Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Rajt ma rajtx

E-mail Print PDF
Share

209200892910gonzi_l_natalino_fenech_002L-Arriva u l-bulettin tas-Sur Natalin

In-9/11 gie u mar u l-ilmenti dwar is-servizz tal-Arriva baqghu jippersistu minkejja li kien hemm xi titjib, bhall-introduzzjoni ta’ rotot godda. Madankollu l-ilmenti ghadhom mifruxa u gejjin minn diversi nhawi ta’ Malta. Imma bhas-soltu l-Gvern jahseb li bil-montaturi u bl-ispin jista’ jsib soluzzjoni tal-problemi.

 

Il-bulettin tas-Sur Natalin, l-apologista laghqi tan-Nazzjoanlisti, is-servizz tal-Arriva issa gie f’postu u jinsab kif ghandu jkun, meta xorta wahda baqghu ghaddejjin l-ilmenti minn diversi nhawi ta’ Malta, fosthom minn lokalitajiet b’kunsilli lokali Nazzjonalisti.

Kemm is-servizz ghadu ma ttellax ghal-livell mixtieq, ma qaluhx biss sindki Laburisti u Nazzjonalisti, imma anki l-MHRA li rriflettiet l-iskuntentizza ta’ hafna turisti dwar is-servizz moghti mill-Arriva.

Globe trotter

arnold-cassola-monica-frassoniDin il-gimgha rajt bis-serqa lil Profs. Arnold Cassola fuq fin-NET TV jirrigurgità s-soltu ???? tieghu kontra l-Partit Laburista. Is-soltu kantaliena mzarzra minn fomm xi hadd li jghid li huwa haga, meta fil-fatt huwa ohra: jghid li hu “Alternattivist” meta fil-fatt kien, ghadu u jibqa’ arci-Nazzjonalist. Jghallem il-Malti meta fil-fatt hu ggradwat fit-Taljan. Jghid li hu Malti imma meta gietu x-xoqqa f’moxxtha u ghax hekk kien jaqbillu ghall-vanaglorja u ghal butu, halef lealtà lejn ir-Repubblika Taljana.

Dak li zgur ma nbidilx f’Arnold Cassola, apparti t-tendenzi Nazzjonalisti tieghu huwa l-fatt li jpappihielu kien u jpappihielu baqa’ ghax minkejja r-rizultati abbizmali tal-Alternattiva fl-elezzjonijiet, Cassola f’dak li hu safar b’xejn, baqa’ ghaddej qiesu globe trotter.

Il-Bulettin ta’ Natalin

Ghal darb’ohra l-bulettin tan-Natalin rega’ ghamilha. Ghal darb’ohra l-Kamra tal-Ahbarijiet tal-PBS giet iccensurata mill-Awtorità tax-Xandir talli ma mxietx b’mod korrett fir-rigward tal-Partit Laburista.

Lil hinn mid-dettall ta’ din l-ahhar kwistjoni li nqalghet, il-vera problema hija li lanqas kieku jrid Natalino Fenech ma jista’ jaghmel mod iehor. Tant hu Nazzjonalist fetenti, tant hu ppregudikat kontra l-Laburisti, illi ma jistax hlief ihalli d-duda anti-Laburista ta’ go fih taghmel bih.

U jista’ jaghmel servizzi nteressanti kemm irid dwar landiera li jahdmu biz-zingu sriedaq ghal mal-pinuri jew dwar xi gabilotta li qatt ma rat id-dawl elettriku u issa qed tixeghel bozza tal-hmistax bil-pannell solari, fl-ahhar tal-gurnata dak li jghodd fil-bulettin tas-sur Natalin huwa li dan jaqdi lin-Nazzjonalisti shabu mill-koxxa.

Nazzarda nghid li bil-PBS mahkum kif inhu llum, bil-Kap Ezekuttiv Anton Attard, eks kap tan-NET TV, b’Joe Pirotta qiesu t-toru li jibda jiddelirja hekk kif jara nitfa’ ahmar, u bis-sur Natalin li hu maghruf ghall-pregudizzji u l-lanzit tieghu, apparti sintendi s-servizzi rezi b’hafna interessi minn Lou alias Loo Bondi u Joe alias Peppi Azzopardi, ix-xandir pubbliku jinsab mahkum mill-partiggjanizmu aghar minn kif kien fi zmien Toni Pellegrini tal-‘waist’ paper basket.

Ta’ Transport Malta f’Mizurata

Il-Gimgha kont qed niekol ir-ross bil-curry waqt li kont qed nisma’ l-bulettin tas-sur Natalino u xraqt fir-ross u kien se jehilli hekk kif smajt l-ahbar li ufficjali gholjin ta’ Transport Malta marru Misurata, il-Libja biex jaghtu pariri dwar kif ghandha tirranga ruhha l-infrastruttura tat-trasport t’hemmhekk wara li saret herba minnha fil-gwerra.

Tat-Transport Malta ghandhom wicchom daqxejn joqghodilhom biex wara l-iskandli ta’ korruzzjoni li kienet infestata bihom l-ADT, il-predecessur ta’ TM, u d-dizastru li ghamlu bir-rotot il-godda tal-Arriva, zgur mhumiex f’pozizzjoni li jaghtu l-pariri lil haddiehor, wisq inqas lil-Libjani ta’ Mizurata li bizzejjed huma mhawwdin kif inhuma.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
19C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata