Ftit tax-xhur ilu, mhux biss iccelebrajna Jum il-Haddiem fl-ewwel ta’ Mejju, imma fakkarna wkoll episodju importanti fl-istorja ricenti ta’ pajjizna, kif ukoll protagonista ewlieni fl-istorja.
Qieghed nirreferi ghall-jum tat-28 ta’ April u ghal Manwel Dimech.
Forsi jkun hawn min jghidli: Imma dan mhux kull sena naghmluh? Mhux dejjem l-istess sinifikat u l-istess diskors nisimghu?
Lil min jghidli hekk, nghidlu li sa certu punt ghandu ragun. Imma kultant jasal zmien, ikun hemm okkazjoni jew sena partikolari, meta s-sinifikat ta’ dawn it-tifkiriet ikun aktar importanti.
Kultant tigi sena meta wiehed ikun jehtieg jiftakar ferm u ferm aktar dettalji ta’ dawn l-episodji u/jew protagonisti tal-istorja biex jifhem is-sinifikat veru taghhom.
U nhoss li din is-sena kienet wahda minnhom.
Issa ilna numru ta’ gimghat mhux hazin, biex ma nghidx ukoll xhur, nisimghu b’dak li ghaddej f’pajjizi girien taghna, f’pajjizi Gharab, b’mod partikolari fil-Libja.
X’gara u x’inhu jigri fil-Libja, fit-Tunezija, fl-Egittu u f’pajjizi ohra kulhadd jaf. Nistghu nghidu li l-popli ta’ dawn il-pajjizi, imxebbghin ghal kollox bil-qaghda socjali taghhom, minghajr xoghol, minghajr pagi dicenti, minghajr edukazzjoni xierqa, minghajr servizzi tas-sahha dicenti, minghajr dinjità, iddecidew li johorgu fit-toroq u jitolbu drittijiethom.
U ghax dawn il-popli ghamlu dak li ghamlu, sabu l-appogg ta’ hafna popli ohra minn kull rokna tad-dinja. Sabu wkoll l-appogg ta’ hafna u hafna partiti, (tal-leminu tax-xellug) minn madwar id-dinja kollha.
Pajjizna wkoll ghadda minn episodju simili, anke jekk ma kienx, (u allahares kien) daqshekk imdemmi.
Fit-28 ta’ April, 1958, il-had-diem Malti u Ghawdxi, ukoll hareg fit-toroq jiggieled ghal drittijietu.
Fit-28 ta’ April 1958, il-poplu Malti u Ghawdxi, ukoll hareg fit-toroq jiggieled ghad-demokrazija.
Kif jghid it-titlu tal-ktieb dwar din il-grajja miktub minn Alfred Sant, dakinhar il-poplu Malti u Ghawdxi hareg fit-toroq biex jiggieled ghall-“Hobz u Helsien”.
Imma tajjeb niftakru li dakinhar, il-haddiema Maltin u Ghawdxin ma sabux l-appogg ta’ kulhadd, kif qeghdin isibu l-popli tal-pajjizi Gharab.
Nies fil-politika f’pajjizna, li ghadhom mimlijin bil-ghomor, wara dak il-jum storiku, kienu kkundannaw lil dawk li kienu hargu fit-toroq jiggieldu ghall-hobz u ghall-helsien. Mhux biss. Kellhom ukoll kliem ta’ tifhir ghal dawk li ma ddejjqu xejn isawwtu lill-haddiema.
L-ewwel ta’ Mejju
Din is-sena, l-ewwel ta’ Mejju, ahna l-Laburisti ccelebrajnih fil-Hamrun minhabba x-xoghlijiet li qeghdin isiru f’Bieb il-Belt u fil-venda ta’ Bieb il-Belt.
U anke dan il-fatt, fih innifsu, ghandu sinifikat.
Ikun hawn min jghidli: U iva x’differenza taghmel jekk niccelebrawhx il-Belt jew il-Hamrun?
Illum ftit li xejn taghmel differenza. Imma taf ghalfejn ftit li xejn taghmel differenza? Ghax illum l-ghazla f’idejna, ghazla li naghmluha skont ic-cirkostanzi.
Imma mhux hekk kienu l-affarijiet qabel il-Partit Laburista iggieled u rebah il-battalja ghall-helsien u ghad-demokrazija.
Waqt din il-battalja, (li tajjeb infakkru li l-Partit Laburista ggielidha wahdu, bl-appogg biss tal-haddiema), il-Laburisti ma setghux jersqu lejn il-Belt. Anzi lanqas biss setghu jersqu qrib il-Belt. Ghax la fil-Belt, u lanqas fil-Furjana ma setghu jsiru attivitajiet politici.
Imma hawn min se jghid “dawk kienu zminijiet ohra”. Anke jien, sa ftit tal-gimghat ilu, hekk kont nahseb. Imma llum nahsibha mod iehor.
Ghaliex? Sa ftit tal-gimghat ilu lanqas biss kien jghaddili minn mohhi li xi darba f’pajjizna kien se jkun hawn xi ras kbira f’xi partit politiku li jerga’ jregga’ l-arlogg lura b’ma nafx kemm-il sena.
Fejn qatt kont nobsor li proprju wara 11-il sena fis-seklu l-gdid, kien se jkun hawn ministru li jzeffen fin-nofs lil Madonna ghal skopijiet politici! Konvint li mhux jien biss ma kontx nobsorha din, imma hadd u hadd.
Imma hekk ghamel il-Ministru Tonio Fenech li xi whud fil-Partit Nazzjonalista qeghdin jghidu li qieghed jippretendiha li jkun is-successur ta’ Lawrence Gonzi, issa li Simon Busuttil jidher li tilef l-interess.
Qal li l-Madonna hija nkwetata u mdejjqa ghax f’pajjizna qeghdin nitkellmu dwar id-divorzju. Minn fejn sar jaf bl-“inkwiet” u bid-“dwejjeq” tal-Madonna ma nafx, imma tajjeb li nghidu, ghall-benficcju ta’ dawk li ma jafux jew ta’ dawk li nsew, li l-Madonna, il-Kurcifiss u r-religjon kienu jizzefnu sew fil-politika fiz-zminijiet tat-28 ta’ April 1958, u fiz-zminijiet ta’ wara, meta allura kienet fl-aqwa taghha l-glieda politiko-religjuza.
Ghandi ragun jew m’ghandhix naghmel il-mistoqsija: Zminijiet Ohra?

| < Prev | Next > |
|---|






