Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Opportunità biex tiltaqa’ man-nies mid-dinja kollha

E-mail Print PDF
Share

13-05-07_069Is-safar donnu sar parti essenzjali fil-hajja tal-bniedem. Hawn min ifittex il-lussu u l-kumdità f’dik li hija akkomodazzjoni, u ssib ohrajn li l-aqwa li jkollhom saqaf fuq rashom. Hemm ohrajn li jiddejqu joqghodu fid-djar tan-nies, u ssib ohrajn li l-gost taghhom joqghodu ghand persuni differenti, jew inkella bil-kontra li jigu n-nies ghandhom.

Ftit gimghat ilu ohti Alexia gibditli l-attenzjoni li ltaqghet ma’ website barranija li toffri couch surfing. Interessajt ruhi fuq is-suggett u malajr ghamilt il-kuntatti tieghi sa ma ltqajt ma’ wiehed Malti mill-hafna membri attivi ta’ din is-sit www.couchsurfing.org . STEFAN CASSAR laqa’ t-talba tieghi mal-ewwel ghal din l-intervista.

Couch surfing hija bhal klabb socjali infinit fejn wiehed jiltaqa’ ma’ nies mid-dinja kollha u ssir taf b’kulturi godda. “Bis-sahha ta’ couch surfing niltaqa’ ma’ nies diversi mhux bhala turist, imma bhala habib fejn ser issir taf bid-drawwiet u l-mentalità taghhom. F’din l-attività jrid ikun hemm element qawwi ta’ fiducja, li llum sfortunatament qed tintilef, minhabba li din hafna drabi tirrikjedi akkomodazzjoni b’xejn ghand l-persuna maghzula.”

Stefan huwa ghalliem tal-PSD, jghix Hal Balzan u ghandu 39 sena. Ihobb idoqq il-vjolin, isuq ir-rota u anke l-kayak. Jiddeskrivi lilu nnifsu bhala persuna preciz, introvert, attiv u li jhobb hafna lil Malta.

Appuntu ghalhekk jippreferi aktar li jilqa’ barranin ghandu, milli jmur hu, ghax l-hena tieghu joqghod jghidilhom dwar Malta, ghalkemm fis-sajf li gej bi hsiebu juza l-couch surfing biex izur xi pajjiz.

Mistoqsi kif sar jaf bil-website couchsurfing.org, Stefan qalli li qabel kien membru f’sit simili izda kien induna li ma kinitx tant serja.

“Couchsurfing.org hija aktar serja. Fiha ssib referenzi tal-membri. Fiha certa serjetà ghaliex ir-referenzi jghoddu hafna. Bihom malajr tinduna jekk xi membru jkunx qed ifittex akkomodazzjoni b’xejn jew inkella jekk verament jixtieq li jsir jaf il-pajjiz aktar.

Anke mill-mod ta’ kif jikkorrispondu mieghek, ser tinduna bil-genwinità tal-persuna jew le. Personalment inhobb inhares lejn l-aspett socjali; fil-fatt inhobb inqatta’ hafna hin ma’ min inkun gibt id-dar tieghi. Hija tip ta’ attività li jrid ikollok il-hin u dedikazzjoni ghaliha.”

L-ebda hlas ta’ flus

Il-pozittiv ta’ din il-website hija li ma tirrikjedi l-ebda hlas ta’ flus, l-anqas ghar-registrazzjoni. Ghalkemm xi donazzjonijiet sabiex ikunu jistghu joperaw is-sit huma apprezzati, ghalkemm bla ebda obbligu.

Hemm min juzaha sempliciment biex jistaqsi xi domandi dwar il-pajjiz li jkun ser izur. Issib ohrajn li jkunu jridu akkomodazzjoni ghand xi nies li lesti jaccettaw nies ghandhom – li din tkun b’xejn ukoll, u ssib ohrajn li jkunu jixtiequ sempliciment jiltaqghu ghal drink u jsiru jafu aktar dwar il-pajjiz gdid li zaru, u fl-istess hin jinholqu hbiberiji godda.

Stefan kompla jghidli li l-fatt li hafna barranin jigu ghandu, xorta jqis ruhu daqs li kieku siefer pajjizhom. “Minnhom insir naf hafna dwar pajjizhom u t-tradizzjonijiet. S’issa ospitajt madwar ghoxrin darba. Dawn varjaw minn familji shah jew koppji f’daqqa kull darba.

Inhobb inzomm kuntatt maghhom wara li jitilqu minn ghandi. Anzi hija importanti hafna. Mhux hekk biss talli ghandi guestbook apposta, sabiex kull couchsurfer li jigi ghandi jiffirmali,” qalli kuntent Stefan, filwaqt li stedinni naghti titwila lejn il-guestbook stess li kien gabu mieghu bhala evidenza.

Mistoqsi kemm hi facli jew difficli ghal membru tal-couchsurfing.org sabiex isib min jospitah, u fuq kollox x’tip ta’ ricerka u kuntatti jridu jsir, Stefan wegibni, “Normalment jibda t-tfittix minn xi xahar qabel ma’ dak li jkun ikun ser isiefer.

Il-profili tal-membri huma importanti u warajhom hemm ir-referenzi u anke l-vouching. Dawn huma siewja hafna ghal min ikun qed ihares biex isib akkomodazzjoni. Nafu li kelma malajr tinxtered, u fuq couchsurfing.org l-istess haga, kemm pozittiva u anke negattiva jekk ikun hemm bzonn, ghalkemm hija xi haga rari,” spjegali Stefan.

Il-fiducja importantissima

F’Malta nhobbu nuzaw l-frazi “Il-hbieb sal-bieb”. Izda l-barranin ghandhom mentalità differenti. Konxji wkoll li ma tantx hu zmien li wiehed jafda bl-addocc, specjalment li wiehed imur joqghod ghand nies li ma tkun rajthom qatt.

B’hekk iddiskutejt dan il-fatt ma’ Stefan, u staqsejtu kemm hija safe l-couch surfing, u jekk qatt kien hemm xi tip ta’ abbuzi, u dwar kif wiehed jista’ jserrah mohhu minnha l-haga. “Ifhimni qatt mhi 100% safe, imma dak li jkun irid ikollu fiducja f’haddiehor.

Jiena personali f’hajti in generali ngdimt hafna drabi, imma kif nista’ naghmel dinja pozittiva jekk ma nafda qatt? Fil-couchsurfing ahna l-membri naghtu kaz hafna tar-referenzi u l-vouches. Dawn normalment jinkitbu minn persuni li jkunu digà jafuk u jafu xi jssarraf ha nghid hekk. Allura dak li jkun qed jaqrahom ser jara li int persuna ta’ min jafdha jew le. Jien personali anke mill-mod ta’ kif ohrajn jiktbuli e-mail, ser ninduna x’tip ta’ persuna hi. Inhobb inhalli element ta’ fiducja, u jekk tispicca ma tafda qatt, zgur li ser tinqered. L-istess bhal hajja li fiha hafna riskji”, elabora mieghi Stefan.

Tkellimt mieghu dwar il-popolarità ta’ couchsurfing fost il-Maltin.

“Milli qed ninnota qed jizdiedu l-Maltin, ghalkemm mhux tant”. Kif kien indikali fil-bidu, l-couchsurfing jirrikjedi irgulija, fiducja u hbiberiji godda. Xtaqtu jelabora aktar dwar din. “Nassumu li tkun ftehmt ma’ xi couchsurfer iehor fejn jghidlek ejja ghandi u tkun ftehmt kollox, imbaghad xi jumejn qabel it-titjira jghidlek li ma jistax.

Vera m’hemmx kuntratti fin-nofs, imma nerga’ nishaq li jrid ikun hemm element ta’ fiducja u irgulija. Jiena personali wkoll noqghod attent li ma nospitax tfajla jew mara wahedha. Minn esperjenza ta’ ghalliem din tista’ tigi kontrija ghal xi skop jew avvanz mill-persuna l-ohra. Wiehed irid joqghod attent u jistudja l-profili u referenzi ta’ haddiehor”.

B’kurzità staqsejtu jekk illum il-gurnata waqafx ihares lejn lukandi meta jigi biex isiefer. “Aktar skont il-hbieb li nsiefer maghhom, ghax ghandi hbieb li jiddejqu joqoghdu ghand nies ohra, allura jkolli nadatta. Kultant jien stess inkun qed infittex il-kumdità li nkun irrid immur go lukanda, u xorta wahda tkun tista’ niltaqa’ ma’ couchsurfers ohra li nkun ftehemt maghhom minn qabel li ser inkun fil-vicinanzi. Il-kuntest ta’ couchsurfing hija l-ispirtu u mhux l-akkomodazzjoni,” fissirli Stefan.

Fl-ahharnett tlabtu jghaddi messagg lill-qarrejja tal-KullHadd minn perspettiva ta’ couchsurfer. “Ejjew flimkien noholqu dinja pozittiva – dinja li tista’ tafda minghajr barrikati ta’ kulturi, karrieri u klassijiet. Nghid ukoll li couchsurfing mhiex xi dating site,” temm jghidli Stefan.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
19C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata