Din il-gimgha, rajna li numru ta’ rekluti godda fil-Korp tal-Pulizija hadu l-gurament f’cerimonja ta’ gradwazzjoni li saret fl-Akkademja tal-Pulizija fil-Forti Sant’Iermu.
Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, li indirizza lill-kuntistabbli godda, qal li minbarra t-tahrig, bil-bini ta’ Akkademja gdida l-Gvern qieghed jahdem biex ikompli jaghti lill-Pulizija l-ahjar ghodda biex taghti l-ahjar servizz lic-cittadini. Il-Prim Ministru zied li r-rekluti godda ghndhom ir-responsabbiltà li jkunu ta’ servizz u ta’ serhan il-mohh ghall-poplu Malti.
Dan kollu li qal il-Prim Ministru huwa tajjeb. Tajjeb li jkollna Akkademja fejn il-membri prospettivi tal-Korp jitharrgu b’mod xieraq, kemm mill-aspett legali kif ukoll mill-aspett tad-dmirijiet taghhom bhala membri tal-Korp, u li l-membri tal-Korp jigu mharrga sew sabiex ikunu ppreparati ghall-esperjenzi li jiltaqghu maghhom ta’ kuljum fil-qadi ta’ dmirijiethom.
Izda filwaqt li l-Prim Ministru jaghmel sewwa li jishaq dwar ir-responsabbilitajiet tal-membri tal-Korp, tajjeb li jhares harsa madwaru u jistaqsi wkoll x’qed jaghmel il-Gvern immexxi minnu sabiex il-Membri tal-Korp ikollhom kundizzjonijiet tax-xoghol xierqa, u mhux kif qed jigri llum li l-Membri tal-Korp qed jigu mcahhda mid-drittijiet bazici taghhom.
L-ewwel dritt sagrosant li l-Membri tal-Korp tal-Pulizija qed jigu mcahhda minnu huwa d-dritt li jissiehbu f’union. L-Assocjazzjoni tal-Pulizija ilha zmien twil li talbet lill-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern biex jigi moghti dan id-dritt ta’ assoccjazzjoni f’union, li tkun wahda li tirrifletti korp dixxiplinat u li jkollha restrizzjonijiet u kundizzjonijiet li ma jwaqqfux il-hidma tal-Korp milli jipprotegi lic-cittadin.
B'kollox madwar l-Ewropa hemm 43 union li jirrapprezentaw korpi tal-pulizija minn madwar l-Ewropa u li jiffurmaw il-Kunsill Ewropew tat-Trade Unions tal-Pulizija, jew inkella l-Konfederazzjoni Ewropea tal-Pulizija.
Kemm il-Gvern kif ukoll l-Opozizzjoni ilhom li esprimew qbil li anke l-Pulizija ghandhom igawdu minn dawn id-drittijiet, li kull haddiem iehor igawdi minnhom.
Ghala l-Gvern baqa’ jkaxkar saqajh u m’ghamel xejn biex il-Pulizija jinghataw dan id-dritt? L-agir tal-Gvern f’din il-kwistjoni hu sintomatiku tal-attitudni generali tal-Gvern illum – attitudni ta’ apatija kbira, fejn filwaqt li l-Gvern bil-fomm jiddikjara li qed jaqbel, meta jigi ghall-fatti, jibqa’ ma jaghmel xejn.
Ma jghidx le, imma ma jaghmel xejn. Sitwazzjoni simili ghal dik li nqalghet dwar id-dritt ta’ assistenza minn avukat li ghandu jkollu min ikun qed jigi investigat dwar reat kriminali, fejn il-Gvern kien ilu li introduca dan id-dritt fil-Kodici Kriminali ghal snin twal, izda d-disposizzjoni partikolari tal-ligi baqghet qatt ma giet fis-sehh hlief ghal snin twal wara li dan il-jedd kien diga imnizzel fil-Kodici Kriminali. Sitwazzjoni li kif nafu, minhabba t-tkaxkir tas-saqajn tal-Gvern, wasslet biex illum numru ta’ persuni qed jigu liberati minn reati kriminali serji, mhux ghax mhux hatja imma ghaliex fl-istadju tal-interrogazzjoni ma kienux inghataw id-dritt ta’ assistenza minn avukat.
Sitwazzjoni din tal-misthija, partikolarment lejn il-vittmi tar-reat li wara li jkunu sfaw vittmi, jispiccaw vittmi ghat-tieni darba meta jaraw lill-aggressur taghhom jigi liberat fuq dawn it-teknikalitajiet.
Hu fatt maghruf li bejn il-Membri tal-Korp u l-Amministrazzjoni tal-Korp u l-Gvern illum jezisti kunflitt u qasma serja. Hu maghruf kif il-Gvern qed jitraskura t-talbiet li sarulu mill-Membri tal-Korp sabiex jithallsu ghal dawk is-sighat zejda li hadmu bhala overtime. Jirrizulta illi l-Gvern ghandu f’idu rapport imhejji minn tlett arbitri nominati mill-Prim Ministru stess fi proceduri ta’ Arbitragg li nzammu, fejn gew ikkonfermati l-jeddijiet tal-Pulizija f’dan ir-rigward.
Minghajr ma nidhol fil-mertu ta x’inhuma l-ammonti precizi li huma dovut lill-membri individwali tal-Korp bhala hlas ghal xogholhom, kif jista’ l-Gvern meta ghandu kwistjoni tant serja u delikata quddiemu jittrattaha bhal ma kieku lanqas biss kienet tezisti din il-kwistjoni, u jerga’ jkaxkar siequ u ma jaghmel xejn dwarha.
Il-Gvern dwar din il-kwistjoni qed juri kemm hu dilettantesk, u qed juri dghjufija. M’ghandux kuragg jghid lill-Membri tal-Korp li mhux ser ihallashom tax-xoghol li ghamlu, jew li m’ghandhomx dritt dwar din il-kwistjoni. Wara kollox il-Gvern, jekk ghandu ragunijiet validi, ghandu dritt li jikkontesta t-talba tal-Pulizija. Izda kull ma qed jaghmel il-Gvern hu li jipprokrastina biex jirbah iz-zmien.
Il-Gvern ilu wkoll iwieghed li ser jihraxu l-pieni ghal reati li jinvolvu swat fil-konfront ta’ membri tal-Pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom – x’ghamel izda sal-lum il-Gvern? Xejn, u dan meta kull ma hu mehtieg hija emenda legislattiva semplici.
Naturalment, il-membri tal-Korp ghandhom responsabbilitajiet kbar, li huma mistennija li jaqduhom bl-ahjar hiliet taghhom u b’lealtà lejn il-gurament taghhom.
Daqstant iehor, il-Gvern irid jerfa’ r-responsabbilitajiet tieghu u jara li l-kundizzjonijiet tal-membri tal-Korp ikunu xierqa. L-istess jghodd ghall-Kummissarju tal-Pulizija, illi s-snin twal li ilu fil-kariga jidher li qed jaghmlu taghhom.
Ilha tinhass il-htiega ta’ arja friska u inizjattivi godda fil-kuriduri tal-Kwartieri Generali tal-Pulizija. Sakemm dawn ma jsirux, l-iskuntentizza li llum hemm fil-Korp tal-Pulizija se tibqa’ tirrenja.
Tajjeb ukoll li wiehed jahseb sew dwar jekk ghandnix nibqghu b’Ministeru wiehed ghall-Gustizzja u ghall-Pulizija. Dan hu aspett li jehtieg analizi serja, ghaliex jista’ jkun wiehed mill-gheruq tal-problemi kbar li qed tiffaccja llum is-sistema tal-gustizzja f’pajjizna. Wiehed ikun qed jittama zzejjed jekk jistenna li l-Gvern prezenti se jaghmel xi ezercizzju serju simili. Ghalhekk dan sar Gvern ta’ see nothing, hear nothing, do nothing.

| < Prev | Next > |
|---|






