Kellhom ic-cans u tilfuh. Qieghed nghid ghal Lawrence Gonzi u Pawlu Borg Olivier. Minn festa li hija nazzjonali ghamlu gallinar partiggan. Smajthom jindirizzaw ggajta nies fuq il-Fosos lejliet Jum l-Indipendenza. Infexxew f’xeb-gha tghajjir u dikjarazzjonijiet mimlija nofs veritajiet fuq il-Partit Laburista.
Nghid il-verità sthajt flokom. F’okkazjonijiet bhal dawn, ahna inqimu lill-mexxejja taghhom, anke gieli fejn ma jixraqilhomx u huma jkasbru lil taghna. Ahna imorru naghtu qima lill-monument tal-Indipendenza u huma jidhku bina. Hemm kuntrast kbir bejn l-imgiba taghhom u dik taghna.
Dawn huma s-sinjali ta’ dek-adenza ta’ dawk li jahsbu li qeghdin fil-Gvern ghal dejjem. Austin Gatt jemmen li l-Partit Nazzjonalista ghad baqalu minn talinqas 20 sena ohra fil-Gvern. Nawgurawlu li jibqa’ jemmen hekk. Anzi ahna ser naghmlu minn kollox biex jibqa’ jsaltan dan is-sens ta’ trijonfalizmu f’nies bhal Austin Gatt.
Ahna mhux hekk nemmnu. Ahna nemmnu li ghadna ‘l boghod minn elezzjoni u li ebda survey ma jista’ jserrhilna rasna minn rebha elettorali. Il-kompjacenza u c-certezza ta’ rebha elettorali huma l-ghedewwa ta’ min ghandu jibqa’ saqajh mal-art.
Rebha elettorali tasal biss, lanqas meta jithabbar ir-risultat mill-Kummissarju Ewlieni Elett-orali, izda minn meta tara lir-rebbieh diehel Kastilja.
Ghalhekk ma ghadniex niddejjqu bid-diskorsi ta’ Lawrence Gonzi u Pawlu Borg Olivier. Dawn huma is-sinjali ta’ poter dekadenti, ta’ min jemmen li tant huwa kbir li jibda jara lil kulhadd dubbien u li jaghmlu x’jaghmlu hadd ma jista’ ghalihom.
Izda ma nistax ma nikkumentax fuq is-sejha patetika li ghamel Pawlu Borg Olivier meta sejjah ghar-rizenja ta’ Alex Sceberras Trigona fuq nofs veritajiet storici li allegatament sehhew kwazi 35 sena ilu.
Kienet patetika mhux biss ghax hadd m’hu qieghed jiehdu bis-serjetà, izda ghaliex il-kelma rizenji ghandha wisq konnessjoni ma’ dak li qieghed jigri illum.
Ir-rizenji huma marbutin ma’ ghemil u komportament politiku li juru bic-car li hemm konflitt ta’ interess jew traskuragni pubblika cara. Halli naghti ftit ezempji ta’ min huma dawk il-puritani li ghadhom jirrizenjaw.
Ma kienx Alex li mar fuq gita fuq superjott mal-akbar kuntrattur li jirbah l-akbar progetti pubblici u li jiffinanzja ukoll lill-Partit fil-Gvern. Kien Pawlu Borg Olivier.
Ma kienx Alex li siefer fuq jet privat ma’ negozjanti lokali li ikunu involuti f’hafna progetti nazzjonali. Lanqas ma kien Alex li gie mixli minn Charles Magro li inxtara b’ghaxart elef ewro biex jirranga daru.
L-anqas kien Alex li baqa’ fejn kien meta saret l-akbar serqa fiskali, meta d-Dipartiment tal-VAT tilef miljuni ta’ Ewro. Dan kien Tonio Fenech.
Ma kienx Alex, li ghamel il-froga tal-ARMS,issa tal-Arriva u jekk ma tridx it-tgerfixa imberfla tal-power station fost affarijiet ohra.
Lanqas ma huwa Alex il-bully tal-politika lokali jew li ghandu l-licenzja li joffendi lil min jidhirlu ghax jahseb li hadd ma jista’ ghalih. Dan huwa Austin Gatt.
Lanqas ma kien Alex meta kien qieghed jistudja ghal nutar li nqabad jikkopja waqt l-ezamijiet u jekk ma tridx f’okkazjoni minnhom kien digà Membru Parlamentari.
Lanqas kien Alex li f’lobgha sportiva ghal darba darbtejn gab ruhhu b’mod tal-misthija.
Lanqas kien Alex li fil-pussess tieghu kellu dokumenti li mhux suppost kienu fid-dominju pubbliku u bi ksur tad-data protection. Dan kien David Agius.
Ma kienx Alex li ta zieda lilu nnifsu ta’ hames mitt ewro fil-gimgha meta lill-poplu tawh zieda ta’ ftit aktar minn ewro fil-gimgha. Zieda li ma inghatatx b’mod trasparenti, tant li parti minnha inghatat lura minn min ittiehdet. Kienu l-Prim Ministru u dawk kollha fil-kabinett.
Fil-mument li beda jsejjah ghar-rizenja ta’ Alex Sceberras Trigona, dawn is-sinjuri li semmejt kollha kienu warajh jisimghuh. Ma ghandi ebda dubbju li meta semghu l-kelma rizenja qalbhom ghamlet tikk ghax jghidulek li gejja taghhom.
Skont Austin Gatt ta’ dawn mhux ser tasal qabel ghoxrin sena.
Kompli ghid hekk Austin ... kompli ghid hekk.

| < Prev | Next > |
|---|






