Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Imhallfin u magistrati mwarrbin

E-mail Print PDF
Sharescreen_shot_2011-09-23_at_11.07.02

L-imhallfin u Magistrati dan l-ahhar jinghad li bbojkottjaw il-quddiesa tal-Vitorja – fit-8 ta’ Settembru u mbaghad fil-21 ta’ Settembru sahansitra bbojkottjaw il-quddiesa ta’ Jum l-Indipendenza, kif ukoll il-festivitajiet konnessi mal-istess jum nazzjonali.

Hareg fil-berah li dawn ilhom hafna jipprotestaw mal-Gvern kemm fuq il-kundizzjonijiet tax-xoghol taghhom, kemm fuq is-salarju kif ukoll fuq il-pensjoni; izda l-protesti taghhom waqghu fuq widnejn torox, tant li kellhom jirrikorru ghal azzjoni fil-berah – haga li zgur li l-imhallfin ma jihdux gost jaghmlu. Pass bhal dan ifisser li hemm krizi serja f’wahda mill-pilastri tal-Istat Malti.

F’pajjiz demokratiku Ewropew, l-Istat ghandu tlett ferghat, ghalkemm jien ninsisti li illum hemm erbgha ghaliex trid iddahhal ukoll il-midja, li suppost jikkontrollaw lil xulxin u dan sabiex ma jkunx hemm dittatura.

 

Hemm il-Parlament li jghaddi l-ligijiet; l-Ezekuttiv jew il-Gvern li jwettaq il-ligijiet li jghaddu mill-Parlament, imbaghad hemm il-Qrati. Dawn ghandhom hafna funzjonijiet importanti: Japp-likaw il-ligi ghall-kazijiet partikolari li jigu quddiemhom, biex jaghmlu haqq f’tilwim li jinqala’ bejn cittadin u iehor. Jipprocess-aw lil dawk li jikkommettu d-delitti kontra s-socjetà bhal min jisraq, min joqtol, jew jaghmel hsara fil-proprjeta’ ta’ haddiehor.

 

Irazznu abbuzi jew eccessi ta’ poter mill-Gvern. U fuq kollox huma l-ghassiesa tal-jeddijiet fundamentali tal-bniedem.

 

Sfortunatament il-Qrati, ghal-kemm suppost kolonna indipendenti, fil-fatt jiddependu hafna fuq il-gvern tal-gurnata ghall-operat taghhom. Il-kundizzjonijiet tax-xoghol tal-imhallfin, l-ambjent tal-post fejn jahdmu, il-facilitajiet li jinghatawlhom, l-istaff taghhom, ikunx imharreg jew le; ikunx immotivat ghax-xoghol jew le, jiddependi fuq x’jaghtihom il-Gvern.

 

Is-salarju taghhom jiddependi mill-Gvern. Il-pensjoni taghhom ukoll tiddependi mill-Gvern. Ghalhekk il-Gvern, ghalkemm ma jistax inehhi mhallef minn postu, jista’ jaghmillu hajtu mizerabbli. Effettivament hekk qieghed isir.

 

L-Imhallef Philip Sciberras, li rtira ftit tax-xhur ilu, u li jista’ jitqies bhala ggant tal-gudikatura ghax maghruf ghall-bzulija, ghaqal, u gherf forensiku tieghu, ma qaghadx jghomodha. Gie kkwotat li qal mill-MaltaToday fil-harga taghha ta’ Jum l-Indipendenza, li hija haga ghal kollox inaccettabbli li l-ilmenti tal-Gudikatura jithallew fuq l-ixkaffa ghal xhur u snin mill-persuni responsabbli.

 

L-Imhallef argumenta li hemm bzonn tigi xprunata s-sistema kollha tal-Qorti, u b’mod partikolari jinhtieg li jkun hemm staff imharreg tajjeb, ghalkemm huwa kellu staff tajjeb meta kien iservi ta’ mhallef.

 

Qal ukoll li s-salarju tal-imhallfin huwa ferm inqas minn dak ta’ bosta konsulenti tal-Gvern, cerpersons, u ohrajn. Staqsa wkoll l-ghala ghandu jkun daqshekk difficli li l-imhallfin jinghataw salarju sura ta’ nies meta kien daqshekk facli ghall-ministri tal-gvern li jghollu l-paga taghhom? U kif imhallef ghandu jkollu pensjoni zghira meta jirtira?

 

Gudikanti ohrajn, li talbu biex ma jidhirx isimhom, ilmentaw ma’ The Times, fil-harga tal-istess jum, li ma kienu qeghdin jircievu l-ebda appogg mill-amministrazzjoni tal-Qrati. Is-‘sigrieta’ – jew l-ufficcju tal-imhallef – ta’ gudikant partikolari tant ma kinitx xierqa li jkollu jahdem kollox mid-dar tieghu.

Qieghed nghid dan kollu mhux biex naqbez ghall-imhallfin u l-magistrati, ghalkemm ma hemm xejn hazin f’dan, ghax wara kollox dawn haddiema bhal haddiehor, imma ghax dawn is-sinjuri jokkupaw karigi delikati u ta’ responsabbilità kbira.

 

Meta l-htigijiet taghhom jigu mwarrbin mill-Ezekuttiv, ifisser li ghandek dik il-kolonna tal-Istat li tikkontrolla lill-istess Ezekuttiv tiddghajjef. Dan jista’ jkun fl-interess tal-Gvern tal-gurnata, izda zgur ma jkunx fl-interess tac-cittadin.

 

Meta ghandek gudikanti li meta jispiccaw ikollhom pensjoni mizerabbli, dawn jigu jiddependu mill-Gvern sabiex jaghtihom xi xoghol wara li jispiccaw il-karriera taghhom fuq il-bank tal-gudikatura. Min jaghtuh bord jew kummissjoni, min jaghmluh Ombudsman, u min jibghatuh xi imhallef fl-Unjoni Ewropea. Dan ifisser li l-gudikanti ma jkunux hielsa u indipendenti ghal kollox mill-Gvern. Huwa mod pulit kif jinzammu ‘kwieti’. Izda metodi bhal dawn jimminaw id-demokrazija u lid-drittijiet tac-cittadini.

 

Ironikament, fl-istess harga ta’ The Times, fl-ewwel faccata, deher l-artiklu dwar l-imhallfin flimkien ma’ rapport tad-diskors tal-Prim Ministru jiftahar li l-PN kien dejjem fuq in-naha t-tajba tal-istorja! Jekk li tistma lill-imhallfin hazin huwa tajjeb, mela l-hazin kif ikun?

 

F’Ghawdex, il-Qorti ukoll ghandha l-problemi taghha. Anzi, ghandha problemi ikbar, ghax bhal hafna hwejjeg ohrajn f’din il-gzira, hija tat-tieni klassi.

Jekk il-bini tal-Belt Valletta qdiem ghax ilu minn zmien Gorg Borg Olivier, tista tahseb f’liema stat huwa l-bini tal-Qorti t’Ghawdex li jinstab fic-Cittadella u jiftakar lil Jean Parisot de la Vallette, qabel ma sar Gran Mastru, arrestat fil-habs li hemm tahtu!

 

Il-haddiema jahdmu f’kundizzjonijiet li jixbhu lil dawk ta’ zmien Charles Dickens. Kollha fuq xulxin, u fi kmamar umdi. Anke l-arkivju huwa mimli umdità. Jekk il-gudikanti f’Malta qeghdin hazin, f’Ghawdex qeghdin ottu, ghax ix-xoghol tal-Imhallfin jaghmluh magistrati. Jigifieri jithallsu ta’ magistrati, u jaghmlu xoghol ta’ magistrati, bl-ghassa b’kollox, u wkoll jaghmlu xoghol ta’ mhallef s’intendi bil-paga ta’ magistrat.

 

L-uniku avvanz fl-istruttura tal-Qorti t’Ghawdex kien meta kont Segretarju Parlamentari jien u fuq insistenza tieghi, l-appelli Civili Inferjuri u l-Appelli Kriminali Inferjuri bdew jinstemghu f’Ghawdex minn Imhallfin li jigu minn Malta, minflok kif kien isir qabel l-Ghawdxin joqghodu jterrqu lejn Malta.

 

U xi nghidu ghall-problema tal-parking? U ghal fatt li anzjani u persuni bi bzonnijiet specjali m’ghandhom l-ebda mezz ta’ accessibbiltà ghal Qorti ta’ Ghawdex u s-servizzi li toffri.

 

M’hemm l-ebda lift u kullimkien turgien biex tasal sal-awli tal-Qorti. Litteralment taqta’ nifsek. Mela biex tiftah semplici hanut il-Mepa tirrikjedi rampi u toilets adegwati ghall-anzjani u persuni bi bzonnijiet specjali u ghal Qorti ta’ Ghawdex proprju xejn. Dan minbarra hafna nuqqasijiet ohra bhal meta jinqata’ d-dawl (u din mhiex xi haga rari f’Ghawdex) lanqas ghandek generator biex is-seduti tal-Qorti jkunu jistghu jitkomplew.

 

Kemm f’Malta kif ukoll f’Ghawdex, hemm bzonn li l-Qrati jigu xprunati u jinghataw lura d-dinjità li tixirqilhom.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
19C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata