Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Rajt ma rajtx

E-mail Print PDF
Share

Id-decizjonijiet imhawwdin tal-Vici-Sindku tal-PN tal-Qala

18920112522220110917_0068emFi tmien il-gimgha li ghaddiet erhejtha sal-gzira tat-tlett hotbiet. U nista’ nghid li ghaddejt jumejn mill-aqwa fit-trankwillità u s-serhan tal-mohh. U minix niccajta.

Kelli c-cans naqbez sal-Qala, wiehed mill-irhula favoriti tieghi li nassocjah mal-qcacet mizghuda bin-narcis lejn l-ahhar ta’ Jannar bidu ta’ Frar. M’ghandekx cans nghidlek fejn ezatt ikun dan it-tapit tan-narcis, ghax dan hu wiehed mill-ftit sigrieti li nippreferi nzomm ghalija.

 

Mela fir-rahal ta’ San Guzepp u l-Kuncizzjoni ttella’ l-Qala International Folk Festival 2011 li kien success b’folla kbira tohnoq il-pjazza tal-Qala mill-15 sat-18 ta’ Settembru. Prosit lil tant u tant nies li taw is-sehem taghhom b’mod volontarju.

Izda waqt li kont qieghed inhuf hemmhekk, xi ilsna hziena bdew jistaqsu kif waqt li kien qieghed isir dan il-festival, li huwa wiehed mill-avvenimenti principali tal-Kunsill tal-Qala, ‘kumbinazzjoni’ il-President tal-banda tal-Qala Raymond C Xerri mar vaganza Korfu ma’ xi bandisti u xi nies mill-Qala proprju fil-granet tal-festival meta l-banda kellha ddoqq f’dawn il-granet.

Xerri hu wkoll membru fil-Kunsill Lokali, anzi vici-sindku ghal giehna, l-istess kunsill li organizza dan il-festival u huwa wkoll membru fil-kumitat organizzativ tal-istess festival. B’xorti tajba l-bicca l-kbira tal-bandisti ghazlu li jibqghu l-Qala halli jdoqqu.

Skont l-istess ilsna hziena, din it-tip ta’ mgiba mhawwda fakkrithom f’certi decizjonijiet ohra mhawwda tal-istess Xerri ghal dik li hija festa ta’ San Guzepp tal-Qala. Darbtejn il-mixja tal-banda inbidlet ezatt qabel ma bdewha u nholoq tahwid li gab ir-rabja tal-Qalin.

Anke qabel il-hrug tal-istatwa l-banda naqset li tasal fil-pjazza fil-hin u tharbat il-programm kollu.

Decizjoni mhawwda ohra ta’ Raymond Xerri, ferm aktar serja minn tal-banda, kienet dik li kien ha rigward il-progett ta’ Hondoq ir-Rummien fejn fl-ahhar iddecieda li jbiddel fehemtu u beda jappoggja il-progett ghall-qirda ta’ Hondoq.

Bir-ragun il-Qalin huma rrabjati ghal dawn id-decizjonijiet bla ghaqal u mhawdin!

Ir-Ramla l-Hamra parti mill-Genna

ramlaLa bdejt, se nkompli b’Ghawdex. Jien ragel tal-blat, mhux tar-ramel, u ifhimni. U le fejn mort b’rasek…ma nhobbx nghum f’bajjiet ramlin imma xtajta soda kollha blat nippreferieha flok dawk ir-ramel li jidholok fix-xquq kollha ta’ gismek. It-tip ta’ Delimara minkejja li zvergnawa b’dawk is-simboli fallici tac-cmieni tal-power station u li Ninu Zammit l-ewwel, imbaghad il-professur tad-demokrazija Agustus Gatt ghogobhom jirvinaw ghal dejjem; meta trid tqis ukoll il-kwantità kbira ta’ vapuri tal-merkanzija li qeghdin isorgu barra l-port kif ukoll il-fishfarms bil-ghalf kollu xaham.

 

Fejn jidhlu l-bajjiet bir-ramel, eccezzjoni wahda biss naghmel: ir-Ramla l-Hamra ta’ bejn in-Nadur u x-Xaghra, li ghalija hija kif nimmaginaha parti minn dik li tista’ tkun il-Genna.

 

Alla zgur kien jaf x’inhu jaghmel meta halaq din il-bajja – is-sbuhija u l-gmiel naturali taghha jgeghluk tadura l-kobor tal-holqien u minn hemm warajh. Id-darbtejn li mort fi tmiem il-gimgha li ghaddiet komplejt issahhart wara din il-bajja.

 

F’bahar kalm, qiesha pixxina enormi, ilma frisk, imhaddan minn diraghjn il-kampanja Ghawdxija li sa issa ghadha tirrezisti li tgiddem mill-gaffa. F’bahar ftit inqas kajman bhalma kien nhar it-Tnejn, l-gholi tal-mewg igeghlek tammira u anki ggarrab is-sahha u l-kobor tan-natura. Taqbez, tintreha u toghodos ghal gol-mewg u filghaxija torqod qiesek ghaslug u bl-ghejja ghal darba l-hsibijiet ma jkunux jistghu jaghmlu taghhom. Ghax kif timted, ghajnek mill-ewwel tmur bik. Zgur li ahjar mill-aqwa kalmant!

Ma daqqitlix

L-unika esperjenza li ma daqqitlix fir-Ramla l-Hamra kienet dik li ftettilli niekol xi haga f’wiehed mir-restoranti li suppost huwa struttura temporanja, imma li ghandu pedamenti sodi u rabba l-gust izjed mis-swar tac-Cittadella. Iddecidejt li nibqa’ ngawdi l-veduta tar-Ramla sa ma jidlam, u ordnajt platt klamari, suppost moqlija fit-tewm. Dan il-platt li kien jiswa €16, jigifieri madwar 7 liri mill-antiki, kien tlett kwarti minnu mimli insalata u patata chips, u fir-rokna tal-kwart l-iehor tal-platt bil-klamari, illi difficli tghid jekk kienux moqlija jew mghollija, imma li hu zgur li kienu msahhna. L-esperjenza sabiha li tipprovdi b’xejn in-natura, kwazi kwazi giet imfottija mir-reghba u l-egoizmu tal-bnedmin.

L-Arriva u t-turisti

Fil-mejda ta’ quddiemi kien hemm erbgha nisa mill-accent Olandizi jew Belgjani, lkoll ta’ certa età, imma ghadu fuq ruhhom u kienu qeghdin jiehdu gost bil-kumpannija ta’ xulxin, jixorbu l-inbid u bl-ambjent uniku ta’ madwarhom. Ma kielux, allura ma ngidmux bhali. Imma meta gew biex izarmaw u staqsew ghal taxi, tar-restorant qalilhom biex jaqbdu l-Arriva li kellha tinzel ir-Ramla ma ddumx. U kif qalhom hekk dawn it-turisti rrambawh b’ton cajtier kemm trid, imma xorta urew kemm huma urtati.

 

Qalulu li huma l-Arriva ma jirkbuwiex u jippreferu jaqbdu taxi ghax ihossuhom misruqin ghall-fatt li l-Maltin jew l-Ghawdxin ihallsu mod u l-barranin ferm izjed. Biex jekk qieghed jahseb is-super arroganti Gatt li t-turisti qieghed jghaddihom minn ghajn il-labra, sejjer zball ghax hafna minnhom jinsabu urtati u jzommuhielu fil-komma.

 

U fejn hu Simple Simon li kien qal li din id-distinzjoni fin-noll bejn Maltin u Ghawdxin u l-barranin hija diskriminatorja skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea. Se jibqa’ jinsisti dwar dan jew mietet fuq ommha bhal hafna affarijiet ohra?!

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
19C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata