Kif jaf kulhadd, illum, fejn tidhol l-politika tal-Gvern dwar it-trasport, din hija mplementata minn Transport Malta. Meta nghid implementata rrid nghid imressqa u nforzata.
Transport Malta hija awtorità li s-swaba taghha huma twal daqs dawk tal-MEPA. Tran-sport Malta hija wahda minn dawk l-awtoritajiet li llum ssibha kullimkien u f’kollox.
Hija wahda minn dawk l-awtoritajiet li ma jindahlilha hadd. Fejn min immexxiha huma mhallsa l-eluf. Anke dawk li sempliciment imorru filghodu ghall-kafè, jithallas l-eluf. Nghid li jmorru ghall-kafè ghax huwa sigriet maghruf li hemm sitwazzjoni fejn kif jghidu l-Inglizi, too many chiefs but no Indians.
Fi ftit kliem, kif wiehed seta’ facilment jasal ghall-konkluzjoni, din hija awtorità li fuq spallejha jistrieh wiehed mill-pilastri mportanti tal-ekonomija taghna.
It-trasport mhux is-semplici karozzi jew ahjar trakkijiet u tal-linja, imma huwa aktar mifrux minn hekk. Mat-trasport tal-art hemm dak tal-bahar u tal-ajru. Kollox irregolat minn Transport Malta.
Kelli digà l-opportunità li nistaqsi fil-Parlament dwar il-kwalifiki ta’ xi individwi li huma meqjusa bhala l-mexxejja u ko-ordinaturi ta’ din l-awtorità.
Nammetti u napprezza li kull studju huwa mportanti u kull min jistudja ma jistudjax biex ikollu c-certifikati xi jdendel mal-hajt u joqghod ihares lejhom. Meta wiehed jistudja tista’ tghid ic-certifikati jista’ jahbihom ghax dak l-gherf li jkun gabar jghodd.
Imma mbaghad trid taghmel distinzjoni. Kull par ghal paru. Ma jistax ikun li wiehed studja per ezempju bhala bankier jew tharreg fil-qasam tal-massaggi tal-gisem, imbaghad tpoggih imexxi xi azjenda delikata.
Xejn anqas Transport Malta. Ma jistax ikun li dawk li tpoggew fit-tmun tat-tmexxija ta’ awtorità daqstant importanti ma jkunux imharrga sewwa fil-qasam tat-trasport in generali. Ghax bil-qassatat tispicca.
Hu hekk gara fil-kaz tar-riforma tat-trasport pubbliku. Ma ninsewx illi t-trasport pubbliku huwa nicca mportanti, anzi mportantissma. Min ha r-responsabbilità sabiex jara li jintroduci f’Malta r-riforma fil-qasam tat-trasport pubbliku bilfors li ma kellux idea ta x’qed jaghmel.
Hawnhekk irrid naghmilha cara. Ma jista’ qatt jigi ezonerat il-ministru responsabbli mit-trasport. Fl-ahhar mill-ahhar ir-responsabbiltà hija tieghu. Hu kellu jara li dak li ser jigi propost u mplementat ikun dak li huwa validu ghal pajjizna.
Ovvjament, ma nippretendix illi jkun il-Ministru li jidhol fid-dettall ta’ din ir-riforma. Dak kien xoghol dawk responsabbli f’dan is-settur fi hdan Transport Malta.
Hawn ma nistax ma nsemmix lil Manuel Delia. Dan kien jippoppa sidru tant meta kien jitkellem fuq din ir-riforma. Issa fejn qieghed? L-istess nghid ghac-Chairman u CEO fi hdan Trasport Malta. Dawn kellhom jaraw li dan il-progett ikun studjat bir-reqqa u dak li kien qed jipproponi b’tant pompa Manuel Delia kien fil-fatt fattibbli u possibbli.
Mhix skuza jew difiza li jghidu li hallew f’idejh dawk li jirrankjaw fuqu fi hdan Transport Malta. Ir-responsabbilità taqa’ fuqhom daqs kemm taqa’ fuq il-Ministru.
Grazzi ghall-inkompetenza ta’ dawn in-nies fi hdan Trasport Malta, il-poplu Malti u Ghawdxi ilu jbati sa mit-3 ta’ Lulju 2011 bil-katastrofi jerga’ jafferma u jippersisti ruhu fil-11 ta’ Settembru li ghadda.
Imma tghid dan ghaliex dawk responsabbli inkluz il-Ministru, dirigenti ta’ Transport Malta u tal-Arriva ghazlu l-gurnata tat-11 ta’ Settembru 2011?
Haqqu hekk il-poplu Malti?
Ghamlulu pjacir lill-poplu, warrbu.

| < Prev | Next > |
|---|






