Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Diskriminazzjoni turistika

E-mail Print PDF
Share

fMhux jien kont ghidt li GonziPN ibati mill-marda tad-diskriminazzjoni u jipprattika kontiwament is-sistema skifuza tal-apartheid. Kien l-eksMin-istru Nazzjonalista John Dalli, llum Kummissarju tal-Kum-missjoni Ewropea, li akkuza lill-Prim Ministru li jhobb jifred lill-merhla bejn naghag u moghoz. Jistma lil dawk kollha li ma jkunux 100% mieghu ta’ moghoz u lil dawk li huma fidili lejh kompletament bhala naghag privileggjati.

Sa wasal, dejjem skond l-eks siehbu, li jaghmel din il-firda u d-distinzjoni sahansitra anke bejn attivisti Nazzjonalisti. Proprju ghalhekk heles bil-pulit minn mexxejja li kkalkola li jistghu jheddulu postu billi eziljahom fil-gageg imdehba ta’ Brussell. Mela jekk GonziPN huwa diskriminatorju anke fl-intern tal-partit tieghu, kif nistghu nistennew li mhux ser ikun hekk ukoll fil-konfront tar-regjuni ta’ Malta ?

Jekk illum nikkunsidraw qasam wiehed biss li fih ir-regjuni taghna gew mitluqin u abbandunati, jigfieri, dak tat-Turizmu, huwa bizzejjed biex nikkonkludu kemm dak li qed nghid huwa minnu.

Apparti minn progetti ta’ infrastuttura li komplew ghakksu l-ambjent taghna bhal dawk tal-Impjant tar-Ricklagg ta’ Sant’Antnin, l-estenzjoni tal-Power Station ta’ Delimara li ser jithaddem bil-fjuwil tal-mewt, l-istazzjon ghall-ipumpjar tad-drenagg fil-limiti tax-Xghajra, l-ebda amministrazzjoni Nazzjonalista qatt ma hasbet jew ippjanat biex taghti sura sabiha u dehra gdida lill-inhawi taghna.

Il-politika tan-Nazzjonalisti ghar-regjuni taghna dejjem kienet, hija u baqghet wahda ta’ tilqit u traskuragni. Anzi sar kollox bil-kontra. Illum wara 25 sena ta’ amministrazzjoni Nazzjonalista, in-nofsinhar thassar minn fuq il-mappa turistika ta’ pajjizna. Hadd ma jista’ jichad li kien fi zmien il-gvernijiet Laburisti li l-inhawi taghna stabbilixxew ruhhom bhala zoni turistici.

Il-hidma Laburista

Illum inqtajna kompletament mill-ghejjun turistici u ghal-hekk ekonomikament in-nies taghna ma jgawdux mill-industrija tat-turizmu proprju ghaliex fin-nofsinhar kollu m’ghadx baqa’ lukanda ta’ certu klassi.

Kellna minn dawn il-lukandi u kollha nbnew bis-sahha tal-inizjattiva u ghajnuna tal-Gvern Laburista, mela ma kellnix! Bizzejjed niftakru fil-Jerma Palace Hotel ta’ Wied il-Ghajn u dik tal-Air Malta f’Hal Luqa. U anke lukandi ta’ kategoriji inqas kienu qed jiffjorixxu fil-Fgura, Birzebbuga u Rahal Gdid.

Izda, donnu kienet il-politika mhux dikjarata tal-gvernijiet Nazzjonalisti li jirriversjaw il-pjanijiet Laburisti li anke l-kummerc u in-nies tal-inhawi igawdu mill-influss turistiku.

Tant ittraskurawna li wara ftit snin ta’ abbandun totali Nazzjonalista, z-zewg lukandi kbar li kienu jservu ta’ kalamita ghat-turisti ghalqu l-bibien taghhom. Ftit, ftit, l-operaturi turistici dawru r-rotot taghhom u insew li n-nofsinhar ta’ Malta ghandu tant x’joffri.

It-turisti narawhom fl-inhawi taghna fuq l-open buses biss. Igibuhom jaraw il-monumenti unici fid-dinja li ghandna, ibda mill-Ipogew u l-Imqades ta’ Hal Tarxien u spicca fil-fortifikazzjonijiet tal-Kottonera.

Jidhlu jaraw, jitpaxxew u wara jlebtu lil hinn biex jonfqu flushom bnadi ohra. Din hija vera hassra u sakemm ma jergghax ikollna gvern Lab-urista li jahseb u jagixxi bi pjan fit-tul b’enfasi specjali li jattira t-turizmu tar-residenza u mhux tal-vizti, nibqghu inkunu s-Cindirella tal-pajjiz, dejjem imgemdin bid-dhahen tal-Marsa u tajbin biss biex nitrejqu mill-loqom li jaqghu minn fuq il-mejda tal-ipprivileggjati.

Is-soluzzjoni hija lukandi

Nahseb li hadd mhu ser imerini jekk nishaq li l-inhawi taghna huma mizghudin b’goj-jelli artistici ta’ pregju internazzjonali. Ghandna wkoll fortifikazzjonijiet li kwazi ghadhom fl-istat pristin taghhom, bajjiet mill-isbah u inhawi tal-qedem li jgeghluk timxi fl-Istorja.

Imma sakemm ma jkunx hemm gvern li jikkordina l-isforzi tieghu kollha biex jisfrutta dawn it-tezori ghall-izvilupp sostenibbli tat-turizmu, n-nofsinhar qatt mhu ser jirnexxilu jiehu sehemu shih mill-profitti ta’ din l-industrija.

Kull sforz u pjan tal-gvern Laburista li ser ikollna dalwaqt irid ikun ikkoncentrat fuq progetti ta’ bini ta’ lukandi ta’ 4 stilel ghaliex jekk ma jkollnix fejn joqoghdu t-turisti, it-turisti narawhom biss fix-xarabanks!

Forsi hawn min jahseb bil-maqlub u jghid halli l-ewwel nirrangaw l-infrastruttura li ilha abbandunata snin twal u ntejbu l-ambjent u wara nibnu l-lukandi.

B’dan l-argument ergajna waqajna ghall-istorja tal-bajda u t-tigiega - min minnhom kien l-ewwel, il-bajda jew it-tigiega ? Argument inutli li ma jwassal ghall-imkien. Appena gvern serju jkollu pjan serju u jghin bis-serjetà biex il-privat jinvesti u jibni lukandi fl-inhawi taghna, kollox imur f’postu awtomatikament u malajr nindunaw kif l-isforzi tal-gvern biex jimmodernizza l-infrastruttura u jsebbah l-ambjent jimxu id f’id mal-intraprendituri li jkunu lesti jinvestu ghaliex jindunaw li l-affarijiet qeghdin isiru sewwa, bi pjan mahsub u minghajr dellijiet ta’ korruzzjoni.

Nghid ghalija, mhux l-ewwel darba li javvicinawni neguzjanti li lesti jinvestu fin-nofsinhar jekk jaraw serjetà, onestà u galbu f’min imexxi.

Inizjattivi tac-cittadini

Jiena ghandi fiducja kbira fic-cittadini, kemm dawk li huma impjegati u kemm dawk li jahdmu fin-negozju u konxju li ma jitilfux okkazjoni wahda biex jiehdu inizjattivi biex jindukraw l-ambjent taghhom u biex jinvestu fil-gejjieni.

Quddiemi ghandi fuljett ckejken izda ferm interessanti li ppubblikat il-Fondazzjoni Wirt Paola jismu The Paola Heritage Walk.

Dan il-ktejjeb jindika 24 sit interessanti f’Rahal Gdid li wiehed jista’ jzur f’mixja wahda. Mappa takkumpanja lil dan il-ktejjeb. Huwa kollu frott ta’ xoghol voluntarju, impenn civiku u hidma ricerkata ta’ ftit cittadini li kienu lesti jinvestu hinhom u hidmiethom b’risq belthom.

Lili affarijiet bhal dawn jimlewni bil-kuragg u bit-tama li f’kull belt u rahal tar-regjuni taghna hemm cittadini dedikati u b’inizjattiva herqana li jikkoperaw mal-Kunsilli Lokali, mal-gvern centrali u mal-investituri biex ahna ma nibqghux l-abbandunati tal-pajjiz.

Huwa l-ewwel dmir ta’ Gvern Laburista li jikkordina l-hidmiet u l-inizjattivi tar-residenti, tal-Kunsilli Lokali, tan-neguzjanti u tal-investituri potenzjali biex ilkoll flimkien, fi sforz wiehed npoggu lir-regjuni taghna fuq il-mappa turistika. Din hija l-holma tieghi li hlift li naghmel realtà.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
19C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata