In-Nazzjonalisti jriduha hobbla u tredda’. Iridu li Jum l-Indipendenza jkun il-jum nazzjonali uniku ta’ pajjizna, u fl-istess hin lejlietu jaghmlu festi u diskorsi mill-aktar partiggjani u divizivi, fejn jivvumtaw kemm jifilhu fuq l-avversarji politici taghhom u l-ghada, wara li jkunu hadu l-bajda u t-toast ghall-breakfast, jisbhu l-Pontifikal fil-Konkatidral ta’ San Gwann u jippretendu li qisu qatt ma kien xejn u li kulhadd jiccelebra dan il-jum maghhom bhala turija tal-ghaqda nazzjonali.
Joseph Muscat, il-Kap tal-Oppozizzjoni, xi snin ilu kien ta sinjal ta’ maturità politika, ta’ sens ta’ stat u leadership nazzjonali, meta ta l-imbekkata li l-PL lest li jikkunsidra li naqtghu din il-farsa darba ghal dejjem ta’ hames jiem nazzjonali li thammrilna wiccna mal-barranin u li l-21 ta’ Settembru 1964, Jum l-Indipendenza, ikun rikonoxxut bhala l-jum fl-istorja li welled il-grajjiet importanti l-ohrajn kollha li segwew. Huwa u jaghmel dan Dr Muscat iddecieda li fl-interess tal-pajjiz imur lil hinn mill-kontroversja storika ta’ kemm l-ghoti tal-Indipendenza mill-Inglizi kienx ezercizzju fin-neokolonjalizmu Brittaniku.
Fl-ahhar mill-ahhar minghajr l-Indipendenza la stajna nsiru Repubblika u lanqas niehdu l-Helsien mill-prezenza tal-bazijiet militari fuq din l-art.
Minflok ma hadu din l-imbekkata ta’ Joseph Muscat, in-Nazzjonalisti jibqghu jippersistu f’li jaghmlu l-21 ta’ Settembru l-festa tan-Nazzjonalisti militanti flok il-jum nazzjonali per eccellenza.
Jokkupaw il-Fosos b’armar u ngenji kbar ghal gimghat twal, irewwhu kemm jifilhu fuq il-gamar tal-firda flok jikkoagulaw id-demm li suppost jghaqqduna bhala Maltin u flok jindirizzaw il-pajjiz kollu kemm hu f’okkazjoni bhal din jaghzlu li jitkellmu biss ghall-gallarija, anke jekk kienet pjuttost skarsa fl-ghadd tan-nies rashom shuna li jkollhom quddiemu.
F’mumenti bhal dawn, imma mhux biss, wiehed jirrealizza kemm slogans bhal “nergghu nsiru ahwa Maltin” kienu biss slogans vojta ta’ politikanti li la jemmnu u wisq inqas iwettqu dak li jghidu.
Il-politika diviziva u tribali tan-Nazzjonalisti tilhaq l-aqwa taghha mhux l-aktar f’festa bhal din, meta deliberatament icapsuha bil-politika partig-gjana, imma tista’ tghid saret haga ta’ kuljum meta min ma jaqbilx mal-politika ta’ GonziPN, jista’ jkun Laburist jew Nazzjonalist mhux tal-qalba, jew minghajr ebda politika, qieghed ikun diskriminat, moghti l-genb jew sahansitra vittimizzat minn Gvern li kellu jkun tal-Maltin kollha, imma li fil-verità huwa l-gvern tan-Nazzjonalisti bil-pedigree biss.
Matul l-istess festi Nazzjon-alisti tal-Indipendeza kompla jghaxxaqha l-Ministru Austin Gatt meta qal illi n-Nazzjonalisti se jaghmlu 20 sena ohra fil-Gvern. Ir-ruh tista’ tifhem anki mill-attendenza fqira fuq il-Fosos, illi diskors fieragh u vojt bhal dan jintqal biex forsi jgholli xi ftit il-moral tal-partitarji Nazzjonalisti, li huwa pjuttost baxx bhalissa.
Mill-banda l-ohra dan huwa diskors li m’ghandu jintqal qatt taht l-ebda cirkostanza f’socjetà demokratika. Ghaliex f’demo-krazija l-kunsens popolari m’ghandek qatt tassumieh, m’ghandek qatt tiehdu for granted u trid tissielet biex tirbhu f’kull mument u mhux biss fl-elezzjonijiet li jistghu jintrebhu wkoll bil-qerq u bil-manipulazzjoni.
Kien hemm zmien fis-seb-ghinijiet u t-tmeninijiet fejn anki certi ministri Laburisti kienu jghidu “Das-seklu kollu ghalina” u kienu igibu ruhhom bhallikieku “x-xemx” ma kienet se tinzel qatt ghalihom.
Fl-1987 kien ta’ gid ghall-pajjiz u anki ghall-istess Partit Laburista li jitnizzel mis-setgha ha ssehh l-alternanza fil-poter u jidhol demm gdid fit-tmexxija tal-pajjiz wara 16-il sena bl-istess partit fil-gvern. Anki l-Partit Nazzjonalista – li d-data tal-iskadenza tieghu ilha li ghaddiet, issa jehtieg li jaghmel il-wisgha fl-interess nazzjonali.
25 sena kienu aktar minn bizzejjed biex il-PN jipprova lilu nnifsu bl-istess ftit tuzzani min-nies ihalltu u jaqsmu bejniethom. Bl-abbuz ta’ poter u korruzzjoni rampanti, issa l-poplu xeba’ mit-tmexxija Nazzjonalista ta’ dawk li fi zmien difficli tant ghall-maggoranza tal-familji Maltin u Ghawdxin ma ddardru xejn jaghtu zieda lil xulxin ta’ 500 ewro fil-gimgha. Ma ddejqu xejn iballtu kontijiet ta’ dawl u l-ilma li ghaffgu mhux ftit fuq iz-zghir u l-klassi tan-nofs.
F’kuntest bhal dan, dikjarazzjoni arroganti u prepotenti bhal ta’ Austin Gatt bilfors li ddarras u twegga’, u ghalhekk fl-elezzjoni generali li gejja haqqu li jinghata r-risposta li tabilhaqq tixraqlu.

| < Prev | Next > |
|---|







Fl-opinjoni tieghi l-jum nazzjonali ghandu jkun f'jum ir-Repubblika. dan ghar-raguni li l-parlament ivvota favur ir-Repubblika b'49 kontra 6.