Ghada terga’ tibda sena skolastika ghat-tfal Maltin u Ghawdxin. Min se jkun qieghed jidhol l-iskola ghall-ewwel darba u jibda jiskopri dinja gdida li toffri l-hajja meta t-tfal imorru l-iskola.
L-iskola mhiex process biss li wiehed jitghallem, izda huwa process ta’ integrazzjoni fis-socjetà. Process li jlaqqa’ lit-tfal ma’ tfal ohra. Process li ghandu jeduka, jghallem u jifforma cittadini tajba li se jkunu qed imexxu s-socjetà taghna fil-gejjieni.
Filwaqt li l-aspett tat-taghlim huwa importanti, jehtieg li nsahhu l-impenn biex l-edukazzjoni ta’ uliedna tghin halli nibnu cittadini tajba. Persuni li jkunu jifhmu kemm huwa mehtieg u x’inhu mehtieg biex nibnu socjetà tajba.
Ghal tfal ohra, il-bidu ta’ sena skolastika taf tfisser skola gdida, ghalliema godda, tfal godda u suggetti godda. Hija mixja li minn sena ghall-ohra tifforma lit-tfal taghna li nafdawhom f’idejn l-ghalliema u l-mexxejja tal-iskejjel bhala parti mit-trobbija ta’ uliedna.
Uliedna ghandhom dritt fundamentali li jkollhom l-ahjar edukazzjoni possibbli u bhala genituri ghandna obbligu li nsegwu l-passi ta’ uliedna fil-mixja taghhom fis-sistema edukattiva taghhom.
Il-htiega ta’ kollaborazzjoni bejn l-ghalliema u l-genituri hija wahda mill-aktar elementi importanti biex naraw lil uliedna jirnexxu fl-edukazzjoni taghhom. Huwa mezz kif naccertaw li uliedna ikunu qed jinghataw formazzjoni tajba biex ghada jiffaccjaw dak kollu li toffri l-hajja bl-aqwa tahrig u l-aqwa mezzi possibbli.
Huwa essenzjali ghalhekk li uliedna imorru fi skejjel li jkollhom ghalliema dedikati li jinghataw facilitajiet tajba, mghammra b’dak kollu li tehtieg l-edukazzjoni fi zminijietna. Taghmir li jharreg u jghallem lil uliedna jiffaccjaw l-isfidi mhux tal-lum, izda l-isfidi li joffru z-zminijiet li ghad iridu jigu.
Flimkien ma’ dan jehtieg li jsir aktar investiment biex naraw li aktar tfal jirnexxu u jkollhom il-bazi mehtiega biex ikomplu t-taghlim taghhom u jibqghu jghozzu l-htiega tat-taghlim.
Filwaqt li sitta minn kull ghaxar zghazagh li ghalqu s-sittax-il sena, huwa mistenni li jkomplu jistudjaw, ghandna erba’ minn kull ghaxra li qed jieqfu milli jkomplu bit-tahrig u t-taghlim taghhom. Dan jehtieg li nindirizzawh. Ma nistghux ikollna daqstant persuni li ma jkollhomx tahrig adegawat biex jahtfu l-opportunitajiet.
Hemm bzonn li dawn iz-zghazagh ikollhom ghajnuna biex huma wkoll jinghataw it-tahrig halli fil-futur taghhom itejjbu l-possibbilitajiet li jkollhom xoghol ahjar.
Jehtieg ghalhekk naraw aktar mill-qrib x’inhu mehtieg, biex minn kmieni, minn età zghira, naraw liema huma dawk it-tfal li jehtiegu aktar attenzjoni u ghajnuna u fihom ninvestu aktar biex huma wkoll jirnexxu.
Pajjizna ma jistax jitlef irgiel u nisa ta’ ghada li ma jkunux inghataw kull cans u opportunità biex ikollhom success f’hajjithom. Ma nistghux nibqghu inharsu lejn is-settur tal-edukazzjoni bhala dak is-settur li meta nitkellmu dwaru kemm qed jintefqu flejjes minghajr ma jkun qed jigi mkejjel sewwa kemm qed jirnexxu t-tfal u z-zghazagh.
Jehtieg li jkun hemm vizjoni cara ibbazata fuq dak li huwa mehtieg fi zmien li gej biex il-generazzjoni t’ghada ikunu jistghu jaghmlu success.
Irridu nharsu u nippjanaw ghall-futur biex pajjizna jkun jista’ jaghmel success. Fuq quddiem, irridu nzommu quddiem ghajnejna li dan is-success jista’ jsir biss jekk ikollna l-akbar numru possibbli ta’ tfal u zghazagh li jirnexxu fl-edukazzjoni u t-tahrig taghhom.
Is-snin li gejjin se joffru sfidi kbar, b’mod partikolari meta l-htiega li jigu rigenerati l-ekonomiji biex jigi accertat li jkun hemm tkabbir ekonomiku adegwat. Bl-istess mod, iz-zmien li gej se joffri sfidi anke mit-tibdil demografiku bin-numru ta’ persuni ta’ età kbira se jizdiedu fi zmien li gej.
Dawn l-isfidi jistghu jigu ffaccjati u anke indirizzati b’success. Wahda mill-aktar soluzzjonijiet importanti hija li naghtu l-ahjar lil uliedna llum biex ikollhom dak mehtieg biex jeghlbu l-isfidi ta’ ghada.
This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it

| < Prev | Next > |
|---|






