Kont digà smajt xi haga zghira dwar din id-drama gdida fuq ONE, izda kien proprju l-kollega u habib tieghi Wayne Aquilina li heggigni nintervista lill-mohh wara Xablott li ser tkun id-drama principali fuq ONE minn Ottubru li gej ghall-iskeda gdida tal-Harifa.Fil-fatt ikkuntattjajt lil Steven Dalli li huwa l-awtur, direttur, producer u l-editur ta' Xablott. Ftehmt mieghu li niltaqghu u infurmani li mieghu kienet ser tattendi t-tfajla tieghu. Accettajt bil-qalb kollha u malli bdejt l-intervista mieghu, malajr sirt naf ghaliex proprju kien ahjar li kellha tkun prezenti t-tfajla tieghu, Audrey. Fil-fatt hija wkoll ghandha sehem importanti f'Xablott ghaliex rat it-twelid tieghu permezz tal-kitba taghha wkoll, fejn imbaghad kompla jizviluppaha Steven.
Steven ghad ghandu 24 sena, huwa minn Haz-Zabbar u bhala xoghol full-time huwa impjegat ma' ONE fejn xogholu huwa ta' video editor. Jiddeskrivi lilu nnifsu bhala ottimist, ambizzjuz u ener-getiku.
Ilu fix-xena tad-drama lokali sa minn mindu kellu dsatax-il sena fejn kien involut waqt Gizelle (drama li kienet tintwera fuq ONE ukoll).
Minbarra li konna nsegwuh bhala attur, kien ukoll jidderiega xi xeni minnha. Madanakollu Xablott huwa l-ewwel progett tieghu bl-ghajnuna tat-tfajla tieghu Audrey. Hadt kumment qasir minghandha wkoll. "Ninsab ecitata sakemm narah fuq it-televizjoni, ghalkemm din kienet xi haga naturali ghalija ghax studjajt proprju fuq din il-linja," qaltli herqana Audrey.
Min-naha tieghu Steven ikkumenta, "Dan hu nista' nghid progett li ghamilt flimkien ma' Audrey, fil-veru sens bhala koppja. Flok nohorgu normali bhan-nies, min jaf kemm-il darba kellna noqoghdu gewwa niktbu u nfasslu Xablott," wegibni bla ebda dispjacir Steven.
Staqsejt lil Steven kif l-aktar li jhossu komdu jekk hux wara l-kwinti jew quddiem il-kameras. "Ir-rectar inhobbu, però nhossni ahjar wara l-kameras ghax inkun qed nohloq xi haga. Li naf zgur hu li ma nghix minghajr id-drama."
Xtaqt ukoll il-kummenti tieghu dwar kif jahsibha dwar il-fatt li hajtu rat diversi passi importanti. Insemmi biss biss li beda ma' 4 People (Gizelle), imbaghad mexa mat-Take 2 (Evenagelisti), u llum huwa mpjegat ta' ONE.
"Dawn il-passi sehhew sforz l-ambizzjoni tieghi li qatt ma qtajt qalbi. L-importanti ghalija li dejjem nimxi ma' tim u mhux wahdi. Dik naraha ferm importanti," wegibni Steven.
Xtaqt aktar dettalji dwar Xablott, u fil-fatt sirt naf li ser tkun drama mzewwqa b'tahlita u varjazzjonijiet li ghandhom jolqtu lil kulhadd. Dan minhabba li ser ikollha fiha komicità, romanticizmu, misteri, zghozija u element ta' kriminalità ukoll. "Xablott hija xabla zghira li tintuza mill-membri ta' grupp ta' nobbli. L-istorja tibda bil-mewt misterjuza ta' gurnalist. Fi kliem ahjar Xablott hija drama romantika bi sfond ta' thriller kriminali".
Xablott ser tibda tintwera fuq ONE kull nhar ta' Tlieta fit-8.30pm mill-4 t'Ottubru li gej. Ghal Steven din tfisser sena shiha xoghol minn qabel, ghax originarjament daqshekk ilu li beda jahdem fuqha.
Fatt kurjuz dwar Xablott huwa li suppost kellu johrog f'Jannar li ghadda, izda ONE tant ra potenzjal fih, li allura ddecieda li jmexxih ghal Ottubru li gej.
Ibati minn kundizzjoni
Mistoqsi jaqsam mieghi xi kurzità dwaru, ma bsartx li proprju ser jaqsam mieghi xi haga li ghal haddiehor forsi titqies bhala personali. Fil-fatt Steven bla problemi qalli li hu jbati mill-kundizzjoni tat-Tourette Syndrome. Din hija kundizzjoni li qabel fl-antik qisu jqisu nies li jbatu minnha bhala nvalidi.
Izda Steven b'wiccu minn quddiem ikkonferma mieghi li hajtu hija pjuttost wahda normalissima. "It-Tourette Synd-rome hija kundizzjoni li jbatu minnha madwar 4 persuni minn kull elf. L-aktar li hija komuni hija fis-subien. Din il-kundizzjoni li ggaghlek ticcaq-laq b'certu mod bla kontroll. Dawn jissejhu tics", beda jispjegali Steven.
Izda b'sorpriza ghalija, ghedt lil Steven li matul kemm kien ilu quddiemi ghal din l-intervista, ma nnutajtu bl-ebda mod jaghti b'xi tics. Hawn-hekk Steven kien pront weg-ibni li llum sar kapaci jikkontrollhom meta jkun qed jikkoncentra fuqhom, ghal-kemm xorta l-kundizzjoni igieghlek tizvugahom bilfors matul il-gurnata.
Steven jinsab kuntent miexi b'hajtu normali xorta wahda u xtaq jghaddi messagg lill-qarrejja sabiex jittrattaw lil din il-kundizzjoni bhala xi haga normali, fis-sens biex ma jallarmawx ruhhom fil-vojt, ghax bniedem ikollu xi kundizzjoni li taghmlu differenti minn haddiehor. Dan bl-ebda mod ghandu jwaqqfu milli jkompli b'hajtu bl-aktar mod naturali u normali possibbli.
Li jdejjaq lil Steve pjuttost huwa l-faccjolizmu. "Ahjar bniedem javvicinani u jghidli f'wicci b'xi haga li tkun tassocja lili u li forsi tkun qed iddejqu".
Fl-ahharnett stedint lil Steve jghaddi messagg lill-qarrejja tal-KullHadd. "Nistieden lill-qarrejja sabiex jibdew isegwu Xablott ghax hija xi haga differenti milli normalment insegwu. L-istorja ser tibda mal-ewwel u mhux se thalli lil dak li jkun bil-kurzità minn episodju ghal iehor.
F'kull episodju ser ikun hemm domandi mwiegba ghal dak li jkunu qed isegwu. Jigifieri t-telespettaturi mhux qishom qatt ma raw xejn, anzi bil-kontra, aktar ma jaraw aktar se jidhlu fl-istorja, ghax l-istorja hija dik li hi u mhux xi wahda mgebbda," temm jghidli Steven.

Minn jon lukas woodenman
,
September 27, 2011 | < Prev | Next > |
|---|






