Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-Gvern mhuwiex jaghmel il-preparamenti necessarji ghal-ligi tad-divorzju

E-mail Print PDF
Share

wedding_ringsIl-Partit Laburista huwa mhasseb ghal fatt li s'issa ma jidhirx li l-Gvern ha l-mizuri necessarji jew b'xi mod investa f'rizorsi sabiex jilqa' ghal dan id-dritt gdid provdut fil-qrati taghna. Hekk sostna l-Kelliem Laburista ghall-Gustizzja Josè Herrera.


Kif inhu xieraq, il-kawzi tad-divorzju se jibdew jinstemghu quddiem il-Qorti tal-Familja. Huwa fatt maghruf li ghal dawn l-ahhar snin ix-xoghol ta' quddiem din il-Qorti zdied sostanzjalment.



Mhux sigriet li hemm hafna xoghol b'lura u hemm hafna nies li qed jistennew ghal zmien mhux ragonevoli sabiex jinghataw sentenza, jew li jinghataw digriet ghal talba li huma jkunu ghamlu permezz ta' rikors. 


Dan kollu qed jaffettwa l-kwalità ta' hajja ta' hafna nies u qed jippregudika anke l-ulied ta' genituri involuti f'dawn it-tip ta' kawzi.


Dan biex wiehed ma jsemmix il-fatt li ma kien hemm l-ebda zieda fir-rizorsi ghal istitut tal-medjazzjoni, li huwa inkluz fil-Ligi tad-divorzju.


Bla dubju huwa mistenni li kif din il-ligi tad-divorzju tigi fis-sehh, il-volum tax-xoghol quddiem din il-Qorti se jerga' jizdied.


"B'mod inspjegabbli", sostna Herrera, "il-Gvern qed jerga' jzomm lura milli jhejji l-preparamenti necessarji u li jinvesti f'rizorsi adekwati ghal din r-realtà l-gdida tal-qrati taghna.

Dan in-nuqqas serju ser ihalli riperkussjonijiet gravi fuq ir-retta amministrazzjoni tal-gustizzja bi pregudizzju ghac-cittadini Maltin".

 

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
19C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata