L-importazzjoni parallela tal-medicini
Is-suq tal-importazzjoni parallela tal-medicini issa ilu stabbilit f'Malta ghal numru ta' snin. Dan is-suq jinvolvi x-xiri ta' medicini minn barra minghand produtturi li m'humiex dawk awtorizzati. Filwaqt li l-produttur awtorizzat generalment ikun dak li vvinta l-medicina partikolari, l-produttur mhux awtorizzat ikun jimmanifattura medicina simili, izda mhux dik originali.
Il-beneficcju li wiehed jixtri l-medicina minghand l-agenti ta' produtturi mhux awtorizzati huwa li din tinbiegh ghall-prezz hafna orhos minn dik originali. B'dan il-mod jekk il-konsumatur ma jhossx il-bzonn li jixtri l-medicina ‘originali', ikollu l-ghazla li jekk irid jista' jixtri wahda simili bi prezz orhos.
Izda f'Malta l-konsumatur mhux qed ikollu dan il-beneficcju, hekk kif qed jispicca jinghata medicina li hija mmanifatturata minn produtturi mhux awtorizzati ghall-istess prezz li tinbiegh il-medicina originali. Dan ifisser li l-konsumatur Malti qed ikun imqarraq meta qed jintalab ihallas prezz gholi biex jixtri medicina li mhix tal-agent awtorizzat u li fil-verità tiswa hafna inqas.
F'pajjizna jirrizulta li l-prezz tal-medicini impurtati minghand agenti li m'humiex awtorizzati mhux qed jizdied biss bi ftit centezmi bhal ma suppost jigri, il-famuza mark-up, izda f'hafna spizeriji madwar Malta u Ghawdex dan il-prezz qed ikun sahansitra ittriplat. F'certi kazijiet, il-prezz jibqa' tiela' sa erba' darbiet iktar minn dak originali.
Dan ifisser li jekk fil-Grecja, li huwa l-pajjiz li minnu l-iktar li jingiebu dawn il-medicini, prezz ta' medicina partikolari huwa ta' €1, il-konsumatur Malti qed jispicca jhallas ghalih bejn €3 u €4. Meta l-prodott jasal Malta il-prezz qed jitghatta b'tabella ohra jew bil-linka, u jigi mmarkat bi prezz totalment differenti.
Din il-gazzetta qed tippublika ftit ezempji ta' medicini impurtati b'dan il-mod li qed jinbieghu fl-ispizeriji ta' pajjizna, hafna minnhom iktar minn tliet darbiet oghla, u uhud sahansitra iktar minn erba' darbiet oghla mill-prezz originali.

Il-gazzetta KullHadd staqsiet lil Chris Said is-Segretarju Parlamentari ghall-Konsumatur u Kompetizzjoni li tahtu taqa' l-Awtorità dwar il-Medicini, x'inhuwa l-iskop primarju wara l-importazzjoni parallela tal-medicini.
Filwaqt li spjega x'tinvolvi din il-procedura, huwa qal li din tippermetti li l-istess prodott ikun jista' jinbiegh fis-suq Malti minn aktar minn entità wahda. Ghalkemm ma wegibx b'mod dirett ghall-mistoqsija ta' din il-gazzetta, din it-twegiba timplika li l-iskop wara din il-procedura huwa li jkun hawn izjed kompetizzjoni fis-suq, u b'hekk igawdi l-konsumatur.
Izda kif hareg bic-car mit-tabella t'hawn fuq, il-konsumatur mhux qed jiggwadanja minn din il-procedura, izda qed jispicca jinghata prodott li jista' jkun ta' kwalità inferjuri bl-istess prezz tal-prodott originali.
Dwar dan is-suggett il-gazzetta KullHadd talbet l-opinjoni tal-ispizjar ADRIAN MELI.
L-importazzjoni parallela tal-medicini ilha tezisti. Qabel id-dhul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, kien isir hafna xiri ta' medicini minn pajjizi tat-tielet dinja bhall-Pakistan, u dawn kienu jinbieghu f'pajjizna bi prezz ferm orhos mill-istess prodott li jkun impurtat mill-agent minn pajjiz bhall-Ingilterra. Wiehed irid jghid li dawn il-medicini kienu jkunu ta' kwalità ferm inferjuri.
Wara d-dhul fl-Unjoni Ewropea, l-importazzjoni parallela tbiddlet radikalment u din setghet issir biss minn pajjizi Ewropej u fuq medicini li jkunu digà registrati f'pajjizna. Mela issa ghandna quddiemna sitwazzjoni differenti, fejn il-medicini qed jinxtraw mill-Ewropa stess u ghalhekk dawn suppost ikunu konformi mal-istess standards ta' kwalità. Dan ix-xiri jsir minn dawk il-pajjizi tal-Lvant fejn il-prezz ikun ferm orhos minn taghna.
Wahda mir-ragunijiet li nbdiet l-importazzjoni parallela tal-medicini kien biex il-konsumatur ikollu xelta akbar minn fejn ikun jista' jaghzel rigward prezzijiet. Sfortunatament, minn dan il-lat, din is-sistema falliet bil-kbir.
M'hemm l-ebda kontroll fuq il-prezzijiet ta' dawn il-medicini u ghalhekk hemm lok kbir ghal abbuz. Li qed jigri hu li verament qed jinbieghu bi prezz orhos mill-istess medicina li tkun impuratata mill-agent (u li dan ikun hallas ir-registrazzjoni ta' dan il-prodott mal-Awtorità tal-Medicini), imma dan ir-rohs ikun biss ta' ftit centezmi tal-ewro.
Jien inhoss li l-konsumatur ghandu jkun aktar protett f'dawn is-sitwazzjonijiet. Dan huwa serq fil-wicc u nemmen li l-awtoritajiet ghandhom jintervjenu sabiex dan l-abbuz jinqata'. L-importazzjoni parallela tal-medicini, bhal dik tal-medicini generici, tista' ttaffi verament mill-piz tal-prezzijiet tal-medicini biex fl-ahhar mill-ahhar jibbenefika l-konsumatur.

| < Prev | Next > |
|---|






