Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Is-saga tat-trab iswed: grajja ta’ ingann u habi tal-PN

E-mail Print PDF
Share

5360_229574940606_597325606_7700736_2221623_nWara li konna ilna snin shah nisimghu bil-problema tat-trab iswed li tinhass l-aktar fil-lokalitajiet tan-naha t'isfel ta' Malta, kmieni din il-gimgha, l-Awtorità Maltija ghall-Ambjent u l-Ippjanar, il-MEPA, ppubblikat rapport fejn fih ikkonfermat li dan it-trab iswed gej mill-powerstation tal-Marsa.
Fir-rapport, il-MEPA ppruvat isserrah ras in-nies billi qalet li din il-problema mistennija tonqos la darba l-powerstation tal-Marsa tinghalaq darba ghal dejjem.



Ir-rapport li kien ippubblikat mill-MEPA, mhux biss jaghti ragun lir-residenti u l-kunsilli lokali ta' diversi lokalitajiet fin-nofsinhar ta' Malta li kienu ilhom snin shah jishqu li l-problema kienet gejja mill-powerstation tal-Marsa, izda jaghti ragun ukoll lill-Partit Laburista, li kien minn ta' quddiem nett li dejjem sahaq li dan it-trab gej mill-powerstation.
Izda fuq kollox, ir-rapport tal-MEPA, kixef l-ingann u l-habi tal-Gvern Nazzjonalista li ilu snin shah jinnega li l-problema kienet gejja mill-powerstation tal-Marsa. Fil-fatt f'Ottubru tas-sena li ghaddiet, Lawrence Gonzi kien sahansitra ddikjara li ma tezisti l-ebda problema ta' trab iswed fin-nofsinhar ta' Malta.

Storja li tmur lura hafna snin

Izda l-istorja tat-trab iswed tmur lura diversi snin tant li lura ghas-sena 1999, il-Ministru Francis Zammit Dimech kien ikkummissjona rapport imsejjah ‘Stacey Report,' fejn tqabbdu numru t'esperti Inglizi biex janalizzaw din il-problema. Fost l-ohrajn, minn dan ir-rapport kien hareg car li meta r-rih ikun qed jonfoh f'certu direzzjoni, kien qed ikun hemm koncentrazzjoni ta' particelli ta' metalli differenti fosthom vanadium u nickel, li kien jindika li dan it-trab kien marbut mal-emissjonijiet tal-powerstation tal-Marsa.


Fis-sena 2002, studju li kien sar minn studenta universitarja fid-dipartiment tal-kimika, kien ikkonkluda lit-trab iswed li kien waqa' fuq il-Fgura bejn l-2000 u l-2002, kien gej mill-powerstation tal-Marsa.


Fl-ahhar t'Ottubru tal-2009, il-MEPA kienet qalet lir-rapport Stacey kien wiehed inkonklussiv. Dr. Martin Seychell, Direttur tal-Ambjent tal-MEPA, filwaqt li ma kienx eskluda l-possibbiltà li l-powerstation tal-Marsa setghet kienet wiehed mis-sorsi ewlenin tat-trab iswed, sahaq li fin-naha t'isfel ta' Malta, kien hemm ghadd kbir t'attivitajiet industrijali li setghu kienu qed jikkagunaw din il-problema.


Fil-harga tal-gurnal tal-Partit Nazzjonalista In-Nazzjon tas-7 t'Ottubru tal-2010, kien intqal li tezisti l-possibbiltà lit-trab iswed jista' jkun gej minn xi scrap yard. F'Dicembru tal-2010, In-Nazzjon kienet irrappurtat dak li kien qal is-Segretarju Parlamentari Mario de Marco, li minn analizi li kienet saret fuq kampjuni ta' trab iswed, ma kienx irrizulta li kien hemm tracci ta' metalli li kienu prezenti fil-particelli tal-irmied mill-powerstation ta' Delimara.


Mario De Marco kien qal ukoll li parti minn dan it-trab, kien gej mit-traffiku, parti ohra li gejja minn scrapyards, filwaqt li frazzjoni ohra gejja mill-gmied tal-powerstation tal-Marsa.
Imbaghad f'The Malta Inde-pendent tas-sitta ta' Novembru tal-2010, id-Direttur tal-Ambjent tal-MEPA, kien iddikjara li l-problema tat-trab iswed fil-lokalità tal-Fgura, x'aktarx gejja mt-traffiku.


L-Enemalta wkoll dejjem cahdet li din il-problema gejja mill-powerstation tal-Marsa. F'artiklu li kien deher f'The Times tat-30 t'Ottubru tal-2009, l-Enemalta kienet qalet li mhux veru lit-trab iswed gej mill-powerstation, izda qalet li din il-problema x'aktarx hija kkagunata mill-karozzi, vap-uri, fran, l-industrija jew sahansitra l-incineratur tal-biccerija.


Fl-istess gurnata, fil-gurnal In-Nazzjon kien ippubblikat artiklu li kien jghid li t-trab iswed kien differenti mit-trab iggenerat mill-powerstation. Dwar dan it-trab iswed, anke l-Wasteserv kienet accertat li din il-problema ma kinitx gejja mill-incineratur taghha.
Minkejja li issa l-MEPA kkonfermat li l-problema tat-trab iswed gejja mill-powerstation tal-Marsa, l-Enemalta esprimiet id-dubji taghha dwar il-konkluzjonijiet ta' dan ir-rapport.

Responsabbiltà tal-PM Gonzi

Quddiem din is-saga kollha li ilha ghaddejja bosta snin, il-kelliem ewlieni Laburista dwar l-ambjent, Leo Brincat qal li dan il-kaz jikxef bl-aktar mod car l-ingann u l-habi tal-Gvern Nazzjonalista.


Leo Brincat qajjem ukoll bosta domandi fosthom ghaliex ir-rapport kien ippubblikat issa minkejja li jgib id-data ta' Marzu 2011, jistaqsi wkoll jekk il-pubblikazzjoni tieghu tistax b'xi mod tkun marbuta kemm mal-process ta' konsultazzjoni dwar l-estensjoni tal-powerstation ta' Delimara kif wkoll maz-zjara ta' ftit jiem ilu tal-Kummissarju Ewropew ghall-Ambjent.
Staqsa wkoll kif jista' wiehed jirrikoncilja dan ir-rapport mad-dikjarazzjoni li kien ghamel il-Prim Ministru fil-Parlament f'Ottubru li ghadda meta stqarr li l-problema tat-trab iswed fin-nofsinhar ta' Malta ma kinitx ghadha tezisti?


Brincat sostna li din hija grajja li ghandha thammar wicc il-Gvern Nazzjonalista ghax turi li hemm bahar jaqsam bejn il-policies sbieh fuq il-karta li jiftahar bihom u r-rekord ambjentali ta' dan il-Gvern li issa ilu jmexxi lil dan il-pajjiz ghal kwart ta' seklu.


Temm jghid li r-responsabbiltà ta' dan kollu ghandu jerfaghha l-Prim Ministru Lawrence Gonzi, li tliet snin ilu tela' fil-Gvern bl-ghajta li se jiehu taht idejh l-ambjent.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
19C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata