"Mhux veru li l-Gvern ilu jippjana ghal servizz ta' kimoterapija f'Ghawdex" -Paul Pace, MUMN
Dwar in-nuqqas ta' servizz tal-kimoterapija fl-Isptar Generali t'Ghawdex, il-President tal-MUMN Paul Pace qal li huwa jisfida lill-Gvern biex jghid ezattament liema huma d-diffikultajiet li qed isib biex jibda joffri dan is-servizz f'Ghawdex bhal ma attwalment dan qed jigi offrut fl-Isptar Boffa fil-Furjana.
"Il-pazjenti Ghawdxin qed ikunu mghoddija minn tbatija zejda li ma jifilhux ghaliha. Wara l-kimoterapija dawn ikunu debboli u mqalla', u l-ivvjaggar ghal hin twil fuq il-karozza u l-vapur ikompli jaghmlilhom il-hsara", jistqarr Pace.
Mil-lat ta' infermiera, il-President tal-MUMN qal li l-Isptar t'Ghawdex kien moqdi tajjeb ghal dan il-ghan, ghax kull m'hemm bzonn biex jinghata servizz ta' kimoterapija huma zewg infermiera u tabib maghruf bhala houseman.
Pace zied jghid li kien intlahaq ftehim biex din is-sena jitilghu 4 infermiera zejda fl-isptar t'Ghawdex, u fuq medda tas-sentejn li gejjin kienu se jitilghu 8 ohra. Ghalhekk ma kienx hemm bzonn li l-Gvern joqghod jinheba wara l-iskuza tan-nuqqas ta' professjonisti.
Paul Pace qal li lanqas m'huwa veru li l-Gvern ilu jippjana biex jaghmel servizz ta' kimoterapija f'Ghawdex, izda li l-Gvern qal hekk sempliciment biex ma jaghtix il-mertu lill-unjin li harget b'din il-proposta. Huwa qal li l-Ministru ghal Ghawdex Giovanna Debono lanqas biss qatt tkellmet mal-MUMN dwar din il-kwistjoni, minkejja li l-unjin ghamlitilha stedina biex jiddiskutu flimkien id-diffikultajiet li l-Gvern ihoss li jezistu.
Din il-gimgha l-Kelliema Laburista ghas-Sahha Marie Louise Coleiro Preca qalet li din il-kwistjoni kienet ilha snin shah fuq l-ixaffa, u li l-Gvern ftit li xejn ghamel kuntatt mal-MUMN, hlief biex jghidilhom li kien jaf bil-kaz u li kien se jiehu l-parir tal-professjonisti.
Coleiro Preca staqsiet jekk il-pazjenti Ghawdxin kienux gew ikkonsultati, meta dawn kienu qed ibatu minhabba li jridu jinzlu Malta ghat-trattament minkejja li huma morda. Min-naha l-ohra, l-qraba qed ikollhom jonfqu l-flus biex jorqdu hawn Malta, inkella joqghodu jitilghu u jinzlu minn Malta ghal Ghawdex.

| < Prev | Next > |
|---|






