minn InvictusL-iskeda l-gdida tal-PBS gejja bix-Xarabank
Li Peppi u Lou ghandhom il-kontroll assolut tal-PBS ilna nafuha u m'ghandniex xi nghidu li l-Prim Ministru Lawrence Gonzi dejjem iberiekhom. Minkejja li tal-WE, matul is-Sajf li ghadda, suppost li kienu vaganza, u taw brejk misthoqq lit-telespettaturi, xorta wahda baqghu ghaddejin ir-ripetizzjonijiet tar-ripetizzjonijiet tal-programmi taghhom, mhux biss fuq il-PBS, imma anke kkapparraw l-istazzjon l-iehor tal-istat, l-Education 22, li suppost l-almu tieghu huwa li jeduka it-telespettaturi.
Issa dan l-ahhar fuq il-PBS, Peppi tax-Xarabank, beda jxandar promo li fih qed jghid li llejla ser jaghmel edizzjoni specjali ta' Xarabank fejn matulu l-PBS ser jintroduci l-iskeda l-gdida tal-Harifa. F'dan il-programm, fost il-ftahir tas-soltu li mistenni nassistu ghalih, se jkun hemm il-producers u l-prezentaturi kollha tal-programmi li ser jiehdu sehem fl-iskeda l-gdida.
Min jaf Peppi kemm qed ihossu privileggjat u m'ghandniex xi nghidu, xi ftit jew wisq minfuh ukoll, li s-Sur Attard, ghazel propju lilu u l-programm tieghu biex matulu titniedha l-iskeda l-gdida tax-xandir tal-istat. Min jaf b'liema pompa ser jonfhu l-programm tal-Lou u sehbitu li issa flok nissaportuhom darba f'gimgha, se jkollna naraw wicchom minn tal-anqas darbtejn fil-gimgha.
Insomma bix-xieraq li tal-WE anke f'din l-iskeda jergghu jiehdu l-precendenza ghax kull ma jmur, l-elezzjoni qed toqrob u l-Prim ghandu bzonn tfarfira.
Kixfulu l-warrani
Din il-gimgha, wahda mill-gazzetti lokali ppubblikat ahbar dwar kif il-prezentatur Lou Bondi pprova jirkeb fuq il-vittmi tal-abbuz sesswali meta kien hawn il-Papa Benedittu Sittax f'Malta. Il-gazzetta zvelat kif Lou talab lill-gurnalist tal-BBC il-flus sabiex ikunu jistghu jintervistaw lil Lawrence Grech, wiehed mill-vittmi tal-abbuz sesswali. Min-naha tieghu Lou cahad li talab xi flus lill-BBC u wahhal f'Lawrence Grech izda Grech qal li ma kellux idea li ntalbu xi flus biex issirlu din intervista mieghu.
Tghid min minnhom qed jigdeb?
Lawrence Grech qal ukoll li sakemm Loo (aka Lou) kien qieghed jirrapprezenta lill-vittmi tal-abbuz, kien impona fuqhom biex ma jmorrux fuq programmi ohra hlief tieghu sabiex ikollu l-esklussivita'. Izda anke dan, cahad Lou u qal li mhux veru.
Li hu zgur hu li jekk qatt qabel, m'ghamel bicca xoghol bhal din, minn din l-iskeda l-gdida, hu u siehbu Peppi hekk ser jibdew jaghmlu. Staqsu lil John Bundy ha jghidilkom hu! Tghid Lou u Peppi mwerwrin mill-kompetizzjoni li se joffrilhom il-ONE?
GONZI-U
Ghall-elezzjoni li jmiss Lawrence Gonzi minn GonziPN se jsir Gonzi-U ghax tant ilu jaghmel u-turns li se jkun jixraqlu dan it-titlu.
Wara li kulhadd inhanaq jghid li Mater Dei m'hemmx bizzejjed sodod ghall-pazjenti, fl-ahhar il-Prim stenbah u issa qed jammetti li f'Mater Dei m'hemmx sodod bizzejjed.
Fl-ahhar induna li ghamel paprata meta bena sptar ‘state of the art' b'anqas sodod milli kien hemm fl-Isptar San Luqa u fl-ahhar irrealizza li f'Mater Dei l-anqas hemm post ghal pazjenti Maltin, ahseb u ara ghall-imsieken vittmi tal-gwerra li qed jingiebu mil-Libja. Imma m'hemmx x'taghmel! Gonzi jdum ftit biex jirrealizzahom certu affarijiet!
Gejja l-elezzjoni
Li l-elezzjoni generali tinsab fuq l-ghatba huwa fatt maghruf. Mhux biss ghax skont il-kalkoli, issa qeghdin ftit anqas minn 18 -il xahar boghod, izda anke ghax bhalma jigri s-soltu qabel kull elezzjoni, dejjem jissemma t-thaffir ghaz-zejt. F'nofs din il-gimgha kien imiss lill-Prim Gonzi li f'intervista qal li meta jkun il-waqt, il-Gvern Malti ser jiddiskuti mal-Libja dwar it-thaffir ghaz-zejt. Tghid minn hawn u ftit iehor, Gonzi ser jghidilna bhalma kien ghamel ta' qablu, li jekk jitla' l-PN fl-elezzjoni li jmiss, Malta se ssib iz-zejt?!

| < Prev | Next > |
|---|






