Eku tal-mewta misterjuza tal-kantant Michael Jackson
Fis-27 ta' Settembru li ghadda, fil-Qorti ta' Los Angeles, beda jinstema l-guri ta' Conrad Murray, it-tabib personali tal-leggenda tal-Pop, Michael Jackson. Fil-qorti, Conrad Murray kien akkuzat bil-qtil involuntarju tal-kantant.
Krista Caruana segwiet mill-qrib l-ewwel gimgha ta' dan il-guri li mhux mistenni jintemm qabel xahar iehor.
L-Erbgha, 27 ta' Settembru, fil-Qorti ta' Los Angeles, beda l-guri tat-tabib tal-kantant ta' fama mondjali Michael Jackson li kien instab mejjet fid-dar tieghu, f'Gunju tal-2009. Ghalkemm l-awtopsji li saru fuq il-kadavru tal-kantant, indikaw li l-mewt tieghu kienet ikkagunata minn konsum eccessiv ta' pilloli, il-prosekuzzjoni f'dan il-kaz, sa mill-bidu nett, tefghet harsitha fuq Conrad Murray u fuq il-possibbiltà li seta' kien hu li kkagunalu l-mewt.
Akkuza li baqa' jgorrha mieghu u li wasslitu quddiem il-Qorti fejn qed jigi akkuzat bil-qtil involuntarju tar-Re tal-muzika Pop.
X'qed tghid il-prosekuzzjoni?
Il-prosekuzzjoni f'dan il-guri qed issostni li l-mewt ta' Michael Jackson kienet ikkagunata minn Conrad Murray u mill-fatt li kien hu li tah doza letali ta' propofol, liema doza nghatatlu biex tghinu jorqod ahjar.
Il-prosekutur ewlieni David Walgren, fl-indirizz tal-ftuh tal-guri akkuza lil Conrad Murray b'negligenza qawwija meta ripetutament amministra doza qawwija ta' medicini perikoluzi u ma hax hsieb lill-pazjent tieghu kif suppost. "Dan l-agir negligenti, sewa l-hajja ta' Michael Jackson", sostna Walgren waqt l-ewwel sessjoni tal-guri.
Sadanittant, il-prosekuzzjoni, wriet lill-gurija, ritratt tal-kadavru tal-kantant fuq stretcher, liema ritratt kien mehud ftit sieghat wara l-mewt tieghu.
Fl-awla tal-qorti, l-prosekuzzjoni semmghet ukoll ‘audio clip' li fiha l-kantant beda jhawwad fid-diskors waqt li suppost kien qieghed jitkellem dwar il-kuncerti li kien ser jaghmel.
Il-prosekuzzjoni qalet li din l-evidenza turi li ftit qabel miet, Jackson kien taht l-effetti tal-pirmli. Ziedet tghid li dan kollu messu serva t'indikazzjoni cara ghal Murray, li l-kantant ma kienx f'sensieh u ghaldaqstant ma kellux ikompli jamministralu dik id-doza qawwija ta' pirmli.
Walgren, tkellem ukoll dwar il-fatt li Murray ma qabadx u cempel ghall-ambulanza meta nduna li Jackson kien mitluf minn sensieh, izda minflok qabbad lill-bodyguard tieghu, biex icempel hu, ghoxrin minuta wara.
X'qed tghid id-difiza?
Min-naha taghha, d-difiza mmexxija mill-avukat Ed Chernoff, qalet li Murray m'ghandux x'jaqsam mal-mewt ta' Jackson ghax kien l-agir ta' Jackson innifsu li wasslu biex jitlef hajtu. "Jackson ha l-medicini minghajr ma nforma lit-tabib tieghu kontra, u kien dan kollu li wasslu biex jitlef hajtu", sostna Chernoff.
Id-difiza qalet lis-sustanzi kollha li kien ha Jackson holqu tempesta qawwija f'gismu. Sahqet li l-mewta tieghu tant sehhet malajr li lanqas kellu cans jaghlaq ghajnejh. Ed Chernoff tkellem ukoll rigward is-salajru li Murray kien imwieghed u li qatt ma nghatalu mill-kantant.
Waqt li kien qed jitkellem l-avukat tieghu, Murray deher emozjonat hafna tant li deher jixxutta d-dmugh minn ghajnejh.
X'qalu x-xhieda?
L-ewwel xhud li ta x-xhieda tieghu kien Kenny Ortega, il-korjografu ta' Michael Jackson. Ortega spjega kif ftit qabel il-mewt tieghu, huwa kien baghat email lil promotur tal-kuncerti ta' Michael Jackson fejn fiha wera thassib serju dwar sahhet il-kantant. Ortega qal li t-thassib dwar sahhet Jackson qam wara li ripetutament, il-kantant falla l-provi.
Minkejja dan sahaq li fl-ahhar gimgha ta' hajtu, Jackson deher mimli energija u entuzjazmu u wera ferh kbir ghall-fatt li kien ser jaghti dawn il-kuncerti.
Fl-ewwel jiem tal-guri, xehed ukoll Paul Gongaware mill-kumpannija AEG li kienet qed tippromwovi l-kuncerti ta' Michael Jackson. Fil-qorti, Gongaware spjega kif kien hu li qabbad lil Conrad Murray biex jiehu hsieb sahhet Michael Jackson.
B'rabta ma' dan il-kaz, fil-jiem li gejjin, mistennija jitilghu jixhdu wkoll gwardji tas-sigurta', diversi paramedici kif ukoll diversi tobba.
Intant fil-qorti, kien spjegat kif ulied Michael Jackson, Paris u Prince raw lil missierhom imut u minhabba f'hekk esperjenzaw xokk qawwi.
Il-mezzi tax-xandir
Ma jistax jonqos li guri bhal dan, jattira hafna gurnalisti u mezzi tax-xandir.
Qed jinghad li l-guri mistenni jintemm ix-xahar id-diehel u jekk Murray jinstab hati tal-akkuzi migjuba kontrieh, jista' jehel sa erba' snin habs u tittihidlu l-licenzja ta' tabib.

| < Prev | Next > |
|---|






