Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Giancarlo Siani- wiehed mill-martri tal-Camorra

E-mail Print PDF
Share
xena_mill-film_mahdum_fl-2009_dwar_siani
Fid-29 ta' Settembru ta' sitta u ghoxrin sena ilu, fl-Italja kienet griet l-ahbar dwar il-qtil brutali ta' Giancarlo Siani, gurnalist zaghzugh ta' sitta u ghoxrin sena li nqatel mill-Camorra ta' Napli. Sitta u ghoxrin sena wara mewtu, dan il-gurnalist ghadu jservi t'ispirazzjoni ghal bosta, hekk kif biex jghid il-verita' u jeqred il-forzi tal-hazen, kien kostrett jirrinuncja ghal hajtu. KRISTA CARUANA tat harsa lejn il-hajja ta' Giancarlo Siani u anke lejn il-hidma tieghu fil-qasam gurnalistiku stampat.

Giancarlo Siani twieled fil-villagg ta' Vomero f'Napli f'familja sinjura. Sa minn ckunitu kien jidher li se jkun bniedem intelligenti hafna u li jhobb jiggieled ghad-drittijiet tieghu u ta' haddiehor. Fil-fatt, meta kien il-liceo kien diga attivist kbir f'diversi movimenti studenteski fejn kien jippartecipa u anke jorganizza diversi protesti u dimostrazzjonijiet.Meta dahal l-universita' beda jistudja l-gurnalizmu u beda jikteb f'rivista bl-isem ta' ‘Osservatorio sulla camorra' minhabba li sa minn ckunitu kien ossessjonat b'dak kollu marbut mall-Camorra. L-ewwel artikli li kiteb kienu jittrattaw il-kriminalita' organizzata u anke l-familji tal-Camorra li kellhom il-kontroll ta' ‘Torre Annunziata' u l-inhawi tal-madwar. Wara li kien kiseb ftit esperjenza gurnalistika, Siani beda jahdem bhala korrispondent mall-gazzetta ‘Il Mattino' fejn hemmhekk kompla jirfina l-hidma gurnalistika tieghu.

Il-hidma gurnalistika ta' Giancarlo Siani

Meta kien qed jahdem mall-gazzetta ‘Il Mattino', Giancarlo Siani beda jistharreg dwar il-bosses tal-Camorra ta' Napli u beda jsegwi mill-qrib il-passi ta' Valentino Gionta li kien irnexxielu jibni negozju minn fuq il-kuntrabandu tas-sigaretti. L-istharrig u l-investigazzjoni tieghu tant kienet profonda li rnexxielu sahansitra jiskopri l-munita li permezz taghha kien isir in-negozju fic-cirki tal-Camorra.


Fost l-aktar artikli li kienu qajmu kaos fic-cirku tal-Camorra kien hemm dak li kien ippubblikat nhar l-10 ta' Gunju tal-1985 meta Siani kien akkuza lill-clan ‘Nuvoletta' u l-clan ‘Bardellino' li riedu jbieghu lil Valentino Gionta lill-Pulizija. Permezz ta' dan l-artiklu, Siani kien wera li kien sar perikoluz hafna ghall-Camorra u ghalhekk gie deciz li ghandu jigI eliminat darba ghal dejjem.


Il-qtil ta' Giancarlo Siani

F'Awwissu tal-1985, il-Camorra ddecidiet li Siani ghandu jinqatel ‘il boghod minn Torre Annunziata sabiex titnaqqas il-possibilta' li jinqabdu l-qattiela. F'dak il-perjodu, Siani kien qieghed jahdem sabiex jippubblika ktieb li permezz tieghu kien ser jikxef ir-rabtiet li kienu jezistu bejn certu politikamenti u l-bosses tal-Camorra. Nhar it-23 ta' Settembru tal-1985, erbat'ijiem biss wara li kien ghalaq 26 sena, huwa safa maqtul b'tiri ta' pistola, ezattament fejn id-dar tieghu. Huwa nqatel fil-karozza tieghu stess ghal habta tad-disgha neqsin ghaxra ta' filghaxija.

 

Il-process kriminali

Kellhom jghaddu tnax -il sena shah, biex isir maghruf min kienu l-persuni li qatlu lil Giancarlo Siani. Nhar il-15 t'April tal-1997, fil-Qorti kriminali ta' Napli, Angelo Nuvoletta, Valentino Gionta u Luigi Baccante nstabu hatja li kienu l-imhuh ewlenin wara dan id-delitt filwaqt li Ciro Cappuccio u Armando Del Core nstabu hatja bil-qtil ta' Siani. Is-sentenza fil-konfront ta' dawn il-persuna kienet regghet giet ikkonfermata mill-‘Corte di Cassazione' filwaqt li Valentino Gionta, fid-29 ta' Settembru tal-2003, kien inghata l-piena massima li bniedem jista' jinghata mill-qorti Taljana.

 

Wara mewtu

Wara l-mewt ta' Giancarlo Siani nhadmu diversi films biex ifakkru din il-grajja tragika. Fosthom kien hemm il-film tal-1999 ‘Mehari' ta' Gianfranco De Rosa, ‘E io ti seguo' tal-2004 ta' Maurizio Fiume u Fortapasc

tal-2009 ta' Marco Risi. Dan il-film tal-ahhar kien l-aktar wiehed qrib tal-grajja propja hekk kif fih intuzaw fost l-ohrajn il-karozza personali tieghu tat-tip ‘Citroen Mahari' u li fiha kien inqatel u hadu sehem ukoll xi qraba tieghu fosthom it-tifel ta' huh.
Ghalih gew iddedikati wkoll kanzunetti u ghalih issemmew ukoll diversi skejjel u swali f'diversi universitajiet fl-Italja.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
19C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata