Jekk wiehed jaghti harsa lejn l-oqsma tad-djar li nbnew fis-snin sebghin u tmenin, ma jistax ma jinnutax differenza kbira bejn dawn id-djar u d-djar li qeghdin jinbnew bhalissa, b'mod specjali mill-kuntratturi. Filwaqt li d-djar li nbnew fl-era tas-sebghinijiet u t-tmeninijiet huma fil-maggoranza taghhom imdaqqsa u adegwati ghall-familja ta' hamsa u anki sitta min-nies, hafna mid-djar li nbnew fl-ahhar snin bilkemm huma adegwati ghal familja ta' erbgha.
Il-Gvern Laburista fis-snin sebghin u tmenin kien ha decizjonijiet li bihom familji ta' klassi medja u koppji zghazagh setghu jaffordjaw jixtru l-art u jibnu d-dar taghhom kif jixtiquha huma. Izda llum din l-ghazla saret biss possibbli ghal dawk il-ftit li jistghu jaffordjaw, filwaqt li dawk bi dhul baxx jew medju qed ikunu kostretti jixtru propjeta` mibnija minn kuntratturi li iktar jimpurthom kemm se jdahhlu djar fl-inqas spazju possibli, milli kemm id-djar huma adattati biex familja tghix komda fihom.
Rapport tal-NSO jirregistra tnaqqis fil-permessi ghall-appartamenti u zieda fil-maisonettes
L-ahhar rapport ippubblikat mill-NSO il-gimgha li ghaddiet juri kif bejn l-2008 u l-2010 l-permessi mahruga mill-MEPA ghall-appartamenti kienu dejjem sostanzjalment iktar minn dawk mahruga ghal maisonettes u terraced houses. Il-mudell huwa biss differenti ghal din is-sena, fejn kien hemm tnaqqis ta' 20.5% fil-permessi ghall-appartamenti bir-rizultat li t-total ta' permessi ghall-binjiet residenzjali ukoll nizel bi 17.4%.
Min-naha l-ohra, minkejja li din is-sena rat zieda ta' 11.6% fil-permessi ghal maisonettes, dan mhux bilfors ifisser li x-xerrejja ghandhom opportunitajiet ahjar ghal djar tal-familja. Dan minhabba li, ghalkemm qabel il-maisonettes kienu normalment ikunu ikbar mill-appartamenti u jkollhom btiehi kbar jew inkella l-arja tal-bejt inkluza, illum hafna mill-maisonettes huma verzjoni simili tal-appartamenti, bl-unika differenza tkun in-nuqqas tal-komun.
Hafna mill-kuntratturi qeghdin jippruvaw ibighu l-proprjetajiet minn fuq il-pjanta billi jincentivaw lix-xerrejja bi prezz orhos u bi stampi digitali li juru l-binja kif suppost se tidher meta titlesta. Minkejja li l-istampi jkunu sbieh u juru ambjent seren bil-familji, fil-verita` hafna minn dawn il-propjretajiet ma jkunux addatti ghall-familja minhabba c-cokon taghhom. Hafna minn dawn il-propjetajiet huma appartamenti minghajr post adegwat fejn tonxor, minghajr post fejn terfa' oggetti bazici u minghajr lok ghal rikreazzjoni.
Minkejja dawn in-nuqqasijiet, is-suq tal-propjreta` xorta qed jibqa` maghluq ghal certu faxex tas-socjeta`, li lanqas ma qed jaffordjaw jixtru l-irhas proprjetajiet fis-suq. Hafna drabi dawn il-persuni qed jispiccaw ihallsu kirja biex ikollhom saqaf fuq rashom, liema kirja tkun madwar nofs il-pagament li jridu jhallsu lill-bank li kieku jiehdu loan biex jixtru dar simili ghal dik li jkunu qeghdin jikru.
(Ritratt: Fuq il-lemin tidher terraced house tipika li nbniet fis-snin tmenin, fuq ix-xellug binja ricenti ta' maisonette u tliet appartamenti. Il-binja ta' erbgha hija mibnija fuq ammont ta' art izghar minn dak uzat ghal terraced house wahidha.
L-istess klassi medja li qabel kienet taffordja din it-tip ta' terraced house, illum qed taffordja tixtri biss frazzjoni minnha fil-forma ta' maisonette jew appartament.)
Problema fl-Ingilterra hekk kif jissokta l-bini tal-‘gabubi'
Ir-Royal Institute of British Architects (RIBA) qed jikkritika l-kuntratturi li kull ma jmur qeghdin jibnu djar dejjem izghar, hekk imsejjha shoebox houses. L-istitut tal-arkitetti qed jghid li d-djar tal-Ingilterra huma l-izghar djar li qed jinbnew fil-Punent tal-Ewropa, bil-medja tkun ta' madwar 76 metru kwadru, li jammontaw ghal ftit inqas minn hamest ikmamar.
Min-naha l-ohra l-Home Builders Federation tiddefendi l-prattika li jinbnew djar zghar ghax targumenta li jekk jikbru d-djar ikollu joghla wkoll il-prezz, u b'hekk hafna persuni jinqatghu barra mis-suq tal-propjeta` minhabba li ma jaffordjawx prezzijiet gholja. Izda RIBA jghid li dan mhux bilfors huwa l-kaz, ghax ir-ricerka turi li jekk id-dar titkabbar b'10%, dan ma jfissirx 10% iktar fi spejjez ghall-kuntrattur.
Is-sitwazzjoni f'Malta kemm tixbah lil dik tal-Ingilterra? Dwar dan is-suggett il-gazzetta KullHadd talbet l-opinjoni ta' Roderick Galdes, Kelliem Laburista ghall-Ippjanar, Zvilupp Urban, Kostruzzjoni u Housing
"Din hija problema ghal pajjizna li l-Gvern qed jitfa' taht it-tapit"
-Roderick Galdes, Kelliem Laburista ghall-Ippjanar, Zvilupp Urban, Kostruzzjoni u Housing
Is-sitwazzjoni tal-Housing f'Malta hija kemmxejn differenti mir-Renju Unit. Fil-prezent l-Ingilterra hemm nuqqas ta' stock tal-Housing tant li l-Gvern ta' Cameron qed jiddiskuti biex jirilassa l-ligijiet ta' l-Ippjanar halli jistimula l-industrija tal-bini tad-djar.
Il-fenomenu tax-shoebox housing fl-Ingilterra gej mill-fatt li hemm domanda qawwija ghall-Housing izda nuqqas ta' stock adegwat, allura dan jista' jirrizulta fi standards li m'humiex adegwati.
Fil-kaz ta' Malta, f'dawn l-ahhar 20 sena mit-twaqqif tal-MEPA rajna fenomenu fejn is-suq tal-proprjeta` ikkontrolla l-mod kif nizviluppaw id-djar taghna. L-applikazzjonijiet ghall-bini ta' vilel u terraced houses tradizzjonali naqqsu b'mod drastiku f'dawn l-ahhar snin izda splodew il-fuq il-bini ta' appartamenti godda. Dan wassal biex anke l-MEPA approvat applikazzjonijiet iktar minn dak li kien qed jimmira ghalih il-Pjan ta' Struttura.
Minkejja dan il-fenomenu u l-istokk qawwi ta' appartamenti u bini battal, fil-prezent ghad hemm aktar minn 2000 familja li qed ifittxu akkomodazzjoni alternattiva minhabba li jghixu fi djar substandard (taht il-livell accettabbli) jew inkella f'periklu. Dawn huma familji li d-dhul taghhom huwa baxx hafna u qatt ma jistghu jidhlu fis-suq tal-proprjeta`, allura jridu s-sostenn u l-ghajnuna ta' l-istat li jipprovdilhom housing b'kirjiet adegwati.
Sal-lum l-Awtorita` tad-Djar ghadha ma ndirizzatx il-problema ta' dawn il-familji u ghaliex ukoll is-suq tal-kera mhux qed jindirizza wahdu l-bzonnijiet ta' dawn in-nies. Din hija problema ghall-pajjizna li l-gvern qed jitfa' taht it-tapit minn legizlatura ghall-ohra, filwaqt li familji li ghandhom bzonn l-ghajnuna urgenti qed jinghataw il-genb.
Huwa fatt dovut ukoll li l-estetika fil-bini ma tantx marret il-quddiem minhabba l-policies li addotta l-Gvern f'dawn l-ghoxrin sena fejn iktar kienu jindirizzaw il-mira tal-kwantita` fil-bini milli l-kwalita` ta' housing fil-pajjiz.
Ghaldaqstant minkejja li l-istatistika turi li hemm hafna djar battala ghad hemm inugwaljanza socjali qawwija bejn dawk li jistghu jaffordjaw li jsiru sidien ta' darhom u dawk li ghandhom livell baxx ta' ghixien.

| < Prev | Next > |
|---|






