Tuesday
Sep 16th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

“Meta naraw li anke l-Maltin u l-Ghawdxin qeghdin iwarrbu lil Alla u jiftaqru spir itwalment, thossok titnikket” – Madre Rose Therese

E-mail Print PDF
Share

picture_2Is-sorijiet tal-Klawsura huma persuni li jiddedikaw hajjithom ghat-talb. Persuni li jghixu hajjithom fis-silenzju qrib t’Alla, izda li f’mohhhom xorta ghandhom l-imhabba lejn il-proxxmu. KRISTA CARUANA tkellmet ma’ Madre Rose Therese, il-Madre tal-Ordni tas-Sorijiet Klarissi f’Malta, dwar il-hajja kontemplattiva taghhom fil-monasteru ta’ San Giljan.

 

 

 

 

Kemm ilha mwaqqfa f'Malta l-Ordni tal-Klarissi u llum il-gurnata kemm qeghdin sorijiet?

L-Ordni tas-Sorijiet Klarissi gewwa Malta twaqqfet fl-1914, fl-ewwel gwerra dinjija meta l-komunita’ Franciza ta’ Nazaret kienet imkeccija mill-Palestina u gew Malta bhala refugjati. Il-Maltin laqghuhom hafna u tawhom kull ghajnuna. Fil-bidu marru joqghodu Haz-Zabbar, imbghad gew joqghodu San Giljan. Fl-1935 gew joqghodu fil-monasteru prezenti fejn qeghdin illum. Huwa ddedikat lill-Bambin Gesu ta’ Praga u huwa don ta’ hafna benefatturi. Bhalissa fil-komunita’ qeghdin 26 soru.

 

Ix-xewqa li tghix hajja kontemplattiva fit-talb tkun fik mic-cokon jew tista' tinbet maz-zmien? Fil-kaz tieghek, x'wasslek li ssir soru tal-klawsura?

Ix-xewqa li tghix il-hajja kontemplattiva tkun fik sa minn twelidek, izda tintebah biha maz-zmien. Kull wahda minna li qed nghixu din il-vokazzjoni naghmlu l-istess mixja u lkoll naslu sabiex fl-ahhar inhaddnu l-istess ideal u nghixu l-istess hajja fejn insibu l-ferh shih taghna. Jiena minn ckuniti, kont inhobb nitlob ghax kont nara’ lil ommi titlob. Fuq l-ezempju taghha kont immur inqatta xi hin quddiem l-Ewkaristija. Meta kont inkun ma’ shabi, kont inhossni skomda ghax il-hwejjeg li kienu joghgbu lilhom ma kinux jigbduni. Kont inhoss vojt kullimkien. Kien biss meta kont nigi nzur lis-Sorijiet u nghaddi l-hin maghhom, li kont inhossni ferhana. Bil-ghajnuna tad-direttur spiritwali tieghi rajt li l-Mulej kien qed imexxini ghal din it-triq.

Fl-ahhar iddecidejt li nibda nghix din il-hajja u s’issa qatt ma ddispjacieni li hadt din id-decizjoni. Inhossni ferhana f’din il-hajja ddedikata lil Alla wahdu u ghall-gid tal-Knisja u tal-umanita’ kollha.

Il-hajja taghkom is-sorijiet tal-klawsura hija ddedikata lit-talb. Izda apparti t-talb, il-hajja taghkom fil-kunvent kif tkun?

Ghalkemm il-Mulej sejhilna ghall-hajja tat-talb, dan ma jfissirx li ahna qeghdin il-hin kollu gharkubbtejna. Fil-hajja taghna hemm bilanc tajjeb ta’ talb, xoghol u anki mistrieh, izda kollox huwa orjentat lejn Alla bil-harsa tal-fidi u tal-imhabba. Naghmlu kollox mieghu , fiH u biH.

Fil-ghodu nqumu fil-5.15am u l-komunita’ tingabar ghall-kant tat-Tifhir lil Alla fis-6.00am fejn bis-Salmi nfahhru lil Alla u nirringrazzjawH. Fis-6.30am ikollna l-quddiesa u wara nibqghu sejrin bit-talb t’adorazzjoni fis-skiet quddiem Gesu Sagramentat sat-8.00am. Wara niehdu l-kafe u kulhadd imur fuq xoghlu: min imur fil-gnien, min fil-kcina, min ihit, min ipitter,min jiehu hsieb lill-morda etc, kull wahda skond id-don partikulari taghha. Fil-11.30am ningabru ghar-ruzarju u wara jkollna hin ta’ studju fuq l-iskrittura (Lectio Divina). Nergghu nfahhru lil Alla bit-tifhir ta’ nofs il-jum u wara mmorru ghall-ikel. Wara l-hasil tal-platti, ikun hemm siegha u nofs mistrieh. Wara jitkompla x-xoghol u fil-4.00pm niltaqghu ghar-rikreazzjoni jew ghar-repetizzjoni tal-kant. Fil-5.00pm isir il-kant ta’ tifhir ta’ fil-ghaxija u nergghu naghmlu l-adorazzjoni quddiem Gesu Ewkaristija. Wara l-ikel ta’ fil-ghaxija ningabru ghall-ahhar talba tal-kumpieta u fid-9.30pm kulhadd jidhol fil-kamra tieghu ghall-irqad.

Il-fatt li l-hajja taghkom hija ddedikata lil Alla, dan ifisser li intom tinqatghu totalment mid-dinja? B'liema mod izzommu kuntatt ma' dak li qed jigri barra?

Ghalkemm ninqatghu mid-dinja, izda nibqghu hafna qrib taghha bil-ghotja taghna ta’ kull mument.

Hafna huma dawk li jigu jzuruna, jiktbulna u jcemplulna sabiex jitolbu l-ghajnuna tat-talb. Jigu wkoll sabiex iserrhu xi ftit l-ugiegh tal-qalb taghhom imtaqqla mill-problemi tal-hajja, u ahna niehdu l-ugiegh u t-tamiet taghhom fit-talb taghna.

Bhala kuntatt ma’ dak li qed jigri fid-dinja ghandna l-gazzetti u nisimghu l-ahbarijiet fuq ir-radju u t-televixin.

 

Thoss li l-hajja tal-klawsura ghadha tappella ghaz-zminijiet tal-lum?

Iktar minn qatt qabel, il-hajja kontemplattiva fil-klawsura ghadha tappella ghaz-zghazagh tal-lum ghax dawn ifittxu r-radikalità.

U r-radikalità tal-hajja tehilsek u taghtik il-ferh veru li kull qalb tfittex u tixtieq.

Iz-zghazagh ghadhom jigu ghandna u jithajru. Jibdew il-mixja u fl-ahhar jaslu sabiex bhalm’ghamilna ahna jinghataw lil Alla fejn isibu l-ferh tal-qalb taghhom.

X'inhuma l-pregji li tkun soru tal-klawsura?

L-ikbar pregju hu li tkun t’Alla u tghix qrib tieghu.

Fil-fatt, Santa Klara fit-testment li hallietilna tghidilna li l-vokazzjoni hija l-ikbar grazzja li jista’ jkollna fost il-gid kollu li nircievu mit-tjieba t’Alla.

 

Ftit ilu ftahtu monasteru f'Ghawdex. X'wassalkom tifthu dan il-monasteru fil-gzira Ghawdxija?

Kienet x-xewqa tal-Eccelenza Tieghu Monsinjur Mario Grech wara li gie mahtur isqof ta’ Ghawdex.

Fl-ewwel zjara tieghu fil-monasteru taghna gewwa San Giljan, kien staqsiena dwar il-possibilta’ ta’ prezenza tal-hajja kontemplattiva fid-djocesi ta’ Ghawdex fdata lilu. Ghall-ewwel kienet sfida izda wara li tlabna u ghamilna dixxerniment quddiem Alla, rajna li kienet tassew ir-rieda t’Alla li naghmlu dan il-pass.

Tlieta minna offrew ruhhom ghal din il-missjoni gdida u fil-25 t’Awwissu li ghadda, sar il-ftuh ufficjali tad-dar imsemmija ‘Nazaret’.

Hija dar sabiha hafna moghtija lilna mill-Isqof Mario Grech. Din qeghda fil-limiti tar-Rabat, bieb ma’ bieb mad-dar tal-irtiri ‘Manresa’ tal-Gizwiti, post kwiet u li jilhqu kulhadd.

 

Jinkwetakom il-fatt li anke f'pajjizna bhal kumplament tad-dinja, qed tinhass sew il-mewga tas-sekularizazzjoni fejn aktar nies qed jinqatghu mill-fidi u qed jghixu hajja aktar individwalista?

Nahseb li dan il-fatt jinkwieta lil kull min ihobb lil Alla u lill-bniedem.

Meta naraw li anki l-Maltin u l-Ghawdxin qeghdin iwarrbu lil Alla u jiftaqru spiritwalment, thossok titnikket ghal dawn hutna li qeghdin jitbieghdu mill-hena vera li l-bniedem jista’ jkollu u qed jidhlu fi problemi dejjem godda.

Nafu b’hafna li qeghdin iweggghu u jidhlu fl-ugiegh ghax tbeghdu mill-ghajn ta’ kull hajja, sahha u gid. Kemm qal tajjeb Santu Wistin, “Ahna mahluqin ghalik, o Alla, u l-qalb taghna ma tistriehx hlief fik”.

X'inhu l-messagg tieghek ghal dawk iz-zghazagh li forsi ghadhom qed ihossuhom konfuzi dwar jekk ghandhomx jiddedikaw hajjithom ghal Alla?

Lil dawn iz-zghazagh nixtieq nghidilhom sabiex jifirhu jekk il-Mulej qieghed isejhilhom. Wara li jaghmlu il-pass jirrealizzaw kemm ihobbhom il-Mulej, kemm irid jehlishom u kemm ser iferrahhom.

Il-Papa prezenti jghidilna li lil Alla mhux ahna nkunu naghtuh meta niddedikawlu hajjitna izda fil-verita’ Hu jkun qed jaghtina. Nistedinhom lil dawn iz-zghazagh sabiex jigu jaghmlu l-esperjenza tal-hajja evangelika flimkien m’Alla u flimkien bhala familja wahda.

Min hu interessat jista’ jigi jghaddi xi gurnata u anki jumejn. Jistghu jikkomunikaw maghna bit-telephone fuq 21383341 jew permezz tal-email: This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it

*

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Tue Wed Thu Fri Sat

 

Karikatura

 

Faccata