Jekk m'hu kapaci ghal xejn, il-Gvern Nazzjonalista jinqala hafna biex jimmanuvra, jbazwar u jdawwar, b'tali mod li jkun jista' jiehu l-akbar vantagg politiku possibli, l-aktar issa li ninsabu madwar tmintax -il xahar boghod mill-elezzjoni generali li jmiss. It-tattici li jhobb juza dan il-Gvern, l-aktar ftit xhur qabel l-elezzjoni issa drahom kulhadd. Impjiegi ‘l hemm u ‘l hawn, hrug ta' permessi u diversi pjaciri lil dak u lill-iehor.
Imbsghad lill-poplu ingenerali jipprova jbellghalu r-ross bil-labra billi jweghdu li jekk il-Partit Nazzjonalista jerga' jitla fil-Gvern, ix-xoghol jibda jigri wara kulhadd, il-finanzi tal-pajjiz ikunu fis-sod, ikollna s-serhan tal-mohh u fuq kollox, it-tmexxija ta' pajjizna tkun taht par idejn sodi. Izda apparti dawn l-affarijiet, li jafhom kulhadd, haga ohra li tohrog aktar fid-deher fl-ahhar ftit xhur ta' kull legislatura tkun, il-manuvri tal-misthija li jibdew isiru f'diversi entitajiet importanti, fosthom fil-qasam tax-xandir, l-aktar dak nazzjonali kemm tar-radju kif ukoll dak tat-televizjoni.
Ovvjament permezz ta' dawn il-manuvri, l-Gvern ikun irid jaccerta ruhu li kollox huwa mirqum bizzilla. Ikun irid jaccerta ruhu li l-istazzjon nazzjonali, joqghod il-hin kollu jdoqq il-qanpiena tieghu, ifahhar kemm jista' jkun lilu biss u jpingi stampa li turi li kull m'ghamel u kull m'hu qed jaghmel il-Gvern Nazzjonalista huwa sabih u perfett. Il-hijack tal-PN fuq ix-xandir tal-istat f'dawn l-ahhar gimghat kompla jintesifika ruhu mhux hazin. U qed nghid jintensifika ruhu, ghas-semplici raguni li l-hijack huwa dejjem prezenti tul il-legislatura kollha. Fost il-manuvri politici li wettaq il-PN fil-PBS matul din il-legislatura, kien hemm il-hatra tal-eks-kap ta' NET TV, Anton Attard fil-kariga ta' Kap Ezekuttiv tal-PBS u l-hatra tal-eks-gurnalist tat-Times, Natalino Fenech bhala Kap tal-Kamra tal-ahbarijiet. Ma setax jonqos li nies bhal Peppi Azzopardi u Lou Bondi komplew jinghataw is-sahha u l-programmi taghhom komplew iservu ta' forcina ghal Lawrence Gonzi u shabu. Issa liz-zmien tal-prova qieghed joqrob mhux hazin, il-manuvri fil-PBS qed ikomplu jizdiedu bl-aktar mod evidenti u bla ebda misthija.
L-ewwel sirna nafu li Lou Bondi, zidulu programm iehor ma' dak li kellu u ghalhekk flok darba fil-gimgha, issa se jkollu c-cans jincensa lill-Gvern Nazzjonalista, tal-anqas darbtejn fil-gimgha. Il-manuvri tal-PN fil-PBS komplew fil-kamra tal-ahbarijiet fejn dan l-ahhar iddahhlu zewg gurnalisti godda, b'wiehed minnhom li kumbinazzjoni gie min-NET. B'hekk issa tista' tghid li l-kamra tal-ahbarijiet tal-PBS, hija kompletament mahkuma mill-PN b'ammont ta' gurnalisti li jew gew direttament min-NET jew mill-RTK jew inkella kellhom kariga importanti f'xi ministeru. Mill-banda l-ohra nies ohrajn inghataw il-genb jew sahanistra tnehhew mill-kamra tal-ahbarijiet u tpoggew f'xi sezzjoni ohra sabiex b'hekk ikun zgurat li ghall-PN fil-kamra tal-ahbarijiet tal-PBS kollox jimxi bizzilla. Izda ara tahsbu li dawn il-manuvri qed isehhu biss fil-kamra tal-ahbarijiet tal-PBS jew fuq Television Malta.
Altru minn hekk! Anke Radju Malta laqqghatha. Filwaqt li DJs b'simpatija lejn il-Partit Laburista, twarrbu jew sahansitra tnehhew, iddahhlu ohrajn godda. U aqtghu minn fejn! Iva sew hsibtu. Minn Radio 101 u min-NET. Dawn in-nies wicchom tista' tghid li hu sinonimu mall-PN. Rajniehom kemm -il darba jipprezentaw il-maratoni gbir ta' fondi tal-PN, il-mass meetings tal-PN kif ukoll l-attivitajiet tal-Indipendenza fuq il-Fosos tal-Floriana.
B'nies bhal dawn li ghandhom il-pedgree tal-PN imwahhal ma' daharhom, tista' timmagina x'bilanc u x'imparzjalita' se jkollu x-xandir tal-Istat fix-xhur li gejjin. Aktar kmieni din il-gimgha, l-Partit Laburista, permezz tal-kelliemi Laburista ghall-mezzi tax-xandir, Gino Cauchi, appella lic-chairman tal-Awtorita' tax-Xandir u l-PBS biex jassiguraw li jigu rispettati l-principji tal-bilanc u l-imparzjalità fuq ix-xandir tal-istat. Dan wara li rrizulta li f'dawn l-ahhar xhur, l-ahbarijiet tal-PBS, ta coverage ferm aktar estensiv lill-Gvern Nazzjonalista u l-PN milli ta lill-PL u lill-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat. Dawn il-fatti bil-fors li jdarrsu, l-aktar meta wiehed jikkunsidra l-fatt lix-xandir tal-Istat huwa ffinanzjat mill-but ta' kull wiehed u wahda minna u ghalhekk ghandna d-dritt li jkollna xandir tal-Istat li ma jhares lejn wicc hadd, li ma jservi t'ghodda propagandistika ghal hadd u li izda jaqdi dmiru billi jinforma u jeduka lis-socjetà.

| < Prev | Next > |
|---|






