Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-kundizzjonijiet tax-xoghol u l-gudikatura

E-mail Print PDF
Sharelydia_abelaIs-suggett li ser nikteb dwaru llum hu wiehed li assuma importanza sew minhabba l-affarijiet kif zvolgew fix-xahar li ghadda, fejn il-membri tal-Gudikatura bbojkottjaw zewg funzjonijiet tal-Istat, dik ta' Jum il-Vitorja u Jum l-Indipendenza. Dan il-bojkott ghandu implikazzjonijiet serji, ghaliex il-gudikatura ma bbojkottjatx attività tal-Gvern imma attività tal-Istat, li hi stess tifforma wahda mit-tlett frieghi tieghu, flimkien mal-Ezekuttiv u l-Parlament. Dan ifisser li f'dawn iz-zewg okkazjonijiet, l-Istat kien maqsum. Inhasset ukoll il-qasma fil-gudikatura nnifisha, bl-attendenza tal-Prim Imhallef bhala l-uniku gudikant ghal dawn il-funzjonijiet, u li ma kienx togat evidentement biex din il-qasma ma taghtix wisq fil-ghajn.


Il-bojkott tal-gudikatura serva bhala sinjal ta' protesta dwar problemi tal-gudikatura li issa ilhom zmien twil biex jigu indirizzati, partikolarment is-salarji li l-gudikatura ssostni li huma baxxi wisq. Id-diskussjoni issa qed iddur dwar jekk il-gudikatura kinitx gustifikata fl-azzjonijiet mhux hfief li hadet sa issa.


Bhala stat ta' fatt, il-kundizzjonijiet tal-membri tal-gudikatura zdiedu sew meta mqabbla ma' dak li kienu sa ftit tas-snin ilu. Id-domanda hi jekk tjiebux bizzejjed, u jekk il-kundizzjonijiet tal-lum humiex xierqa meta mqabbla mar-responsabilitajiet li ggorr maghha din il-kariga. Biex wiehed iqis dan, irid iwarrrab argumenti popolari bhal li l-gudikanti kienu jafu minn qabel ghal x'hiex dehlin, u jekk ma joghgbuhomx il-kundizzjonijiet iwarrbu, ghaliex dawn m'humiex argumenti serji.


Il-gudikanti innifishom spiss jaghmlu paraguni mal-kundizzjonijiet li ghandhom gudikanti barranin, u kif ukoll mal-introjtu tal-avukati f'Malta. Iz-zewg paraguni m'humiex xierqa. L-ewwelnett, ghaliex jekk wiehed iqabbel l-introjtu ta' kull haddiem Malti ma' dak ta' haddiem barrani li jwettaq l-istess xoghol barra minn Malta f'pajjizi Ewropej, wiehed jara li dan hu anqas minn dak li jaqla' haddiem barrani, minkejja li meta wiehed ihares lejn il-prezzijiet u l-hajja f'Malta, din mhiex orhos minn pajjizi barranin. U anke l-paragun ma' dak li jaqilghu l-avukati u nies ohra fil-professjoni legali ma tantx ghandu bazi, billi hu fatt li hemm gudikanti li bhala avukati fil-prattika privata taghhom kienu jaqilghu anqas milli jaqilghu illum bhala membri tal-gudikatura, u anke billi hemm membri tal-gudikatura li mhumiex qed jiddedikaw bizzejjed sighat tax-xoghol daqs kemm jiddedikaw avukati fil-prattika privata. U maghdud ma' dan, hemm ukoll il-fatt li wiehed ma jistax jistenna li kariga pubblika trendilu bilfors l-istess introjtu daqs il-professjoni privata.


Il-gudikatura holqot problema lilha nnifisha meta qed tipprezenta ruhha biex jigu kkunsidrati t-talbiet taghha. Hu fatt maghruf li hemm gudikanti li minkejja l-kundizzjonijiet tax-xoghol taghhom tal-lum, qed iwettqu d-dmirijiet taghhom b'mod impekkabbli u jahdmu b'mod organizzat u bla waqfien, u hawn wiehed ikollu bilfors jaqbel li m'humiex qed jircievu hlas bizzejjed ghal xogholhom, u li dan mhuwiex gust. Izda hemm ohrajn li jew ghax m'humiex tal-hila mehtiega, jew ghax ma jridux jiddedikaw il-hin mehtieg ghax-xoghol, m'humiex iwettqu d-dmirijiet taghhom sew. Dan iwassal biex meta l-gudikatura tigi biex timbotta 'l quddiem it-talbiet taghha, dejjem qed tigi rinfaccjata bl-argument li fostha hemm gudikanti, fortunatament mhux kbir hafna, li lanqas qed jaghmlu xoghol bizzejjed daqs kemm hu mistenni bis-salarju li qed jaqilghu llum. Dan ghalhekk qed idghajjef il-pozizzjoni tal-gudikatura.


Hemm ukoll il-fatt li hemm problemi fl-amministrazzjoni tal-gustizzja li fil-mument huma ta' prijorità daqs jew aktar miz-zieda fis-salarju. Wiehed kien jistenna li l-gudikatura tissenjala dan b'vuci soda, dwar is-sistema li biha qed jinhatru l-gudikanti llum, mhux dejjem bazata fuq il-mertu, id-dizorganizzazzjoni fis-sistema tal-Qorti, il-fatt li l-gudikanti m'humiex qed jigu assenjati haddiema bizzejjed u ta' hila fil-legal team taghhom, il-fatt li lanqas basic office equipment ma jinghataw biex jahdmu, il-problemi li l-bini nnifsu tal-Qorti jgib mieghu b'nuqqas ta' spazju u l-fatt li mhux kull gudikant ghandu l-awla tieghu, b'gudikanti jkollhom jahdmu minn ufficini qishom box room. Il-gudikatura kellha timbotta biex ikun hemm dawn ir-riformi tant mehtiega, biex hi tkun f'qaghda li toffri servizz ahjar, u t-titjib fis-salarju mbaghad isegwi bhala konsegwenza naturali.


Izda fil-kaz ta' dawk il-gudikanti li qed jahdmu sew, wiehed ma jistax jiskarta s-sejha tal-gudikatura. Ghaliex fl-ahhar mill-ahhar, lanqas jista' jkollok pakkett finanzjarju li jgerrex nies tajbin milli joffru ruhhom ghall-Bank tal-Gudikatura, jew li jkunu mhallsa anqas minn dak li hu mistenni ghax-xoghol li qed iwettqu.


Il-kwistjoni mhix jekk il-gudikatura timmeritax zieda li tkun akkumpanjata minn titjib fis-servizz u minn ri-organizzazzjoni shiha fis-sistema. Dwar dan m'hemmx dubju. Il-kwistjoni kollha hi jekk il-mument tal-lum kienx il-mument opportun li fih kellha ssir din it-talba, maghdud kollox inkluz il-qaghda tal-haddiema fil-pajjiz b'mod generali.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
19C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata