Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

It-terremot tat-tliet kuluri

E-mail Print PDF
Share
christian_zammitIl-Bahar Mediterran u l-art ta' madwaru, hija zona geografika affaxxinanti. Minn kull aspett. Kemm dak arkaeologiku, storiku, jew gastronomiku. Mimlijin storja, arti, drama umana, intricci, battalji, irvellijiet, ideologiji.

Huma bahar u art fejn ghandek tliet kulturi monoteistici kbar imissu spalla ma' spalla ma' xulxin. Illum nirreferu ghalihom bhala dik tal-Punent, dik Musulmana u dik Lhudija. Kellna diversi avvenimenti importanti li graw f'dawn l-ahhar sekli, pero` nemmen li bhalissa ghaddej kurrent, fit-tliet kulturi li ghadni kif semmejt, illi zgur li se jaffetwa b'mod drastiku l-mod u manjiera kif jahsbu, jghixu u jagixxu l-popli li jiffurmaw parti minn dawn it-tliet kulturi, nkluz lill-poplu Malti u Ghawdxi.


Zgur li jekk inharsu lejn it-Tramuntana taghna, wiehed ma jistax ma jinnutax it-terremot finanzjarju li ghaddej bhalissa. Anke ahna, minkejja li gejna mwieghda li l-finanzi jinsabu fis-sod, sibna ruhna f'bahar imqalleb, u nghatajna canfira minn agenzija ewlenija internazzjonali, Moody`s, li l-inkarigu taghha hu li tivverifika f'liema stat jinsabu l-krediti ta' diversi pajjizi u kumpanniji debituri, u sahansitra irrakkomandat sabiex naghmlu sagrificcji ekonomici ghax imbilli biegh l-assi tal-pajjiz, il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern xorta ma solviex il-problema tal-istghagnar ekonomiku u n-nuqqas t'investiment barrani.


L-ezistenza nfisha tal-munita Ewro tinsab f'dubbju serju. Hemm preokkupazzjonijiet konkreti fil-konfront tal-Grecja u kemm din se jkollha flus kontanti f'Ottubru sabiex thallas salarji u pensjonijiet.


Hemm il-biza' kbir li jekk u x'hin tfalli l-Grecja, dan se jikkawza effett domino li mieghu jgharraq ekonomiji akbar bhal dik Taljana li zgur taghti l-kolp ta' grazzja finali lill-munita. Il-krizi finanzjarja qed tohloq ukoll krizi ekonomika peress illi r-rata ta' tkabbir tal-ekonomija Ewropea hija negligibbli. U jekk tinsa' t-tkabbir ekonomiku tal-Germanja, ir-rata tal-kumplament tal-Unjoni Ewropeja, hija mizera. Din il-krizi qasmet ukoll l-Ewropa f'zewg partijiet.


Iz-zona Mediterranja u dik Irlandiza li ghaddejin minn uragan peress illi primarjament s-suq tal-propjeta` wehel u mieghu waqfet iddur parti sewwa mill-ekonomija.
Jekk tmur lejn il-Lvant tal-Mediterran, ghandek kwistjoni li ilha tahraq ghal decenji shah. Pero` dan l-ahhar rajna zvilupp interessanti fil-Palestina peress illi l-kap tal-partit moderat Fatah, Abbas, iddecieda li jitlob rikonnoxximent ta' stat, direttament lill-Kunsill tas-Sigurtà tal-Gnus Maghquda.


Li qed jinkwetani mhijiex l-oppozizzjoni t'Izrael, imma l-oppozizzjoni mill-President Amerikan u s-Senat Amerikan li qed jheddu li rispettivament juzaw il-Veto fl-istess Kunsill, u jaqtghu fondi allokati ghall-istess Palestina. Jekk isir dan, se jinholoq cirku vizzjuz iehor.


Fuq in-naha tan-Nofsinhar taghna, imbaghad ghaddeja rivoluzzjoni li d-dinja Gharbija u Musulmana kien ilha sekli biex tara'. Sfortunatament, din iz-zona tad-dinja ghadha mahkuma minn dittaturi li hallew lill-popli taghhom fl-injoranza u l-faqar tremend. Pero` dak iz-zaghzugh Tunezin li haraq lilu nnifsu, xeghel rivoluzzjoni specjalment fost iz-zghazagh, li wasslet biex waqghu tiranni fil-Libja, fl-Egittu, u fit-Tunezija.


F'dan l-istadju, id-diplomazija Maltija ghandha tkun kawta hafna u l-interess taghna ghandu jkun dejjem li nassiguraw li l-interessi ta' pajjizna u tac-cittadini taghna jigu l-ewwel u qabel kollox, partikolarment l-interessi finanzjarji f'dawn l-istess pajjizi Gharab, u mbaghad ghandna wkoll nistinkaw sabiex dawn l-istess pajjizi jaqbdu t-triq tad-demokrazija, l-prosperita` u l-edukazzjoni li tant jehtiegu.


Mil-lat ekonomiku ta' pajjizna, il-mizura unika li ghandu jiehu l-poplu Malti hi dik li jeleggi Gvern Laburista fi ftit zmien iehor. Kwart ta' seklu taht l-istess partit se jhallu dannu qawwi fuq l-ekonomija taghna. Hawn bzonn imminenti ta' nifs gdid f'pajjizna. Nifs li jista' biss joffri t-tim formidabbli li se jipprezenta l-Partit Laburista ghall-elezzjoni generali li jmiss.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
18C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata