Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Trasparenti iva, trasparenti le

E-mail Print PDF
Share
Il-Prim Ministru Dr. Lawrenhelena_copyce Gonzi kien trasparenti hafna ma' Molly Bordonaro meta kienet ambaxxatrici ghall-Istati Uniti hawn Malta.

Kienet qisha l-konfessura tieghu. Tkellem maghha anke fuq in-nuqqas ta' talent u hila li ghandu fost il-grupp parlamentari tieghu. Stqarr maghha wkoll li lanqas kellu minn fejn jaghzel il-ministri tieghu.

Il-Prim Ministru tkellem hafna zejjed, ghax dawn l-affarijet ma tmurx tghidhom lil ufficjal tal-gvern ta' pajjiz iehor. Fejn qatt basar Dr. Gonzi li dak li qal b'mod kunfidenzjali lil Bordonaro se jsir pubbliku permezz tal-Wikileaks.


Interessanti issa li nqabblu din it-trasparenza eccessiva u mhux f'postha tal-Prim Ministru ma' dak li qed jghidlu l-World Economic Forum.


L-ahhar rapport li hareg il-Global Competitiveness Report ( 2011-2012) jghid li fattur li jnaqqas il-kompetittivita' f'pajjizna huwa n-nuqqas ta' trasparenza fejn jidhlu l-policies tal-Gvern.


Filwaqt li l-Prim Ministru kien trasparenti hafna ma' Molly Bordonaro, fejn hemm bzonn meta mbaghad, meta jigi ghall-policies li l-gvern tieghu qed jimplimenta jew se jimplimenta, xejn m'hu car. U allura tifhem ghalfejn per ezempju fis-settur tan-negozji zghar u medji hemm hafna problemi ta' burokrazija zejda tal-Gvern li zzomm lura l-investiment u li xxekkel il-kompettitivita' ta' pajjizna.
Qed jghid dan ir-rapport li m'hemmx politika cara tal-gvern li s-self-employed jistghu jimxu maghha. Li l-Gvern mhux trasparenti fil-politika tieghu ghal dan is-settur.


Ir-rapport ikompli jghid li hemm diffikultjiet biex tinkiseb informazzjoni dwar tibdil fil-policies u regolamenti tal-Gvern. Interessanti wkoll li ninnutaw, li filwaqt li l-media tal-Gvern u tal-PN ghaddejja minn filghodu sa filghaxija tistaqsi x'inhuma l-policies tal-PL, qisu l-policies tal-Partit Laburista se jmexxu l-pajjiz issa, il-forum dinji qed jinnota li min jinvesti f'Malta m'ghandux policies cari tal-gvern fuq xhiex jimxi.


Naturalment fil-kaz ta' l-ahhar hemm konsegwenzi li jista' jitgerrex l-investiment, u qed tonqos il-kompetittivita' ghax jekk ghandek hafna burokrazija u regolamenti li jinbidlu u lanqas biss tkun taf bihom, dan se jaghmlek anqas efficjenti.
Imma dan il-fatt tan-nuqqas ta' trasparenza fejn jidhlu policies tal-Gvern jidher li mhux idejjaq lill-Gvern. Qed idejqu biss il-fatt li l-PL ghadu ma habbarx il-policies tieghu ghall-2013.


Araw ftit x'ragunament hu dan: il-policies tal-Gvern mhux cari u qed johonqu l-investiment u allura l-impjiegi, imma l-Gvern u l-PN jibqghu jinsistu fuq il-policies tal-Oppozizzjoni li anke jekk jithabbru llum, jista' jkun li ma jibqghux li huma ghax jekk jinbidlu c-cirkostanzi tal-pajjiz - j'Alla jinbidlu - il-policies iridu jinbidlu jew jigu aggustati skont ir-realtajiet ta' dak iz-zmien.


Fatt imbaghad li jikkonferma l-konsegwenzi li hergin minn dan li qed jirraporta il-World Economic Forum fuq pajjizna huwa dak li johrog minn studju li sar mill-Unjoni Ewropeja fuq l-intraprizi z-zghar u medji f'Malta li jghid li filwaqt li SMEs fil-pajjizi membri tal-UE kkontribwew ghal zieda fl-impjiegi, hawn Malta n-numru ta' nies li jahdmu fl-SMEs naqas.


Ir-rapport tal-World Economic Forum jghid ukoll li hemm bosta diffikultajiet ohra, bhal per ezempju il-favoritizmu f'decizjonijiet li jiehdu ufficjali tal-Gvern. Nafu xi haga fuqha din. Fl-antik jghidu li kienu jaghmlulek salib ahmar hdejn ismek. Illum imxejna pass ‘il quddiem ghax kull ilment li tersaq bih f'xi dipartiment tal-Gvern, jghaddi l-ewwel ghall-kwartieri tal-PN, kif kien ikkonfermat fl-email li kien baghat bi zball is-Segretarju Generali tal-PN lil Jason Micallef.


Ir-rapport jitkellem ukoll dwar il-piz tal-burokrazija u r-regolamenti tal-Gvern li jkomplu jiskoraggixxu n-nies milli jiehdu l-inizjattiva u jifthu xi negozju ghal rashom u anke forsi jhaddmu lil ohrajn maghhom.


Rapport wara rapport (tal-Moody's, tal-World Economic Forum, tal-UE) jghidu lil Gvern li miexi hazin u li hemm bzonn ikun car u trasparenti dwar il-policies tieghu.
Imma l-Gvern u l-PN jinjoraw dan u jibqghu iffissati fuq il-policies li l-Partit Laburista se jkun qed imexxi bihom, jekk jirbah l-elezzjoni generali li jmiss.

This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it

 

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
18C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata