Tbatija doppja
Pazjenti li jmorru l-Isptar Sir Paul Boffa l-Furjana, apparti t-tbatija li jkollhom jghaddu minnha minhabba l-marda kiefra tal-kancer, qed ikollhom ihabbtu wicchom ukoll ma’ inkonvenjent iehor, mal-problema serja ta’ nuqqas ta’ parking vicin dan l-isptar.
Minhabba li l-pazjenti li jiehdu kura kontra l-kancer f’dan l-isptar ikunu fizikament imheddlin bir-raggi u bil-chemo, mhuwiex possibbli ghalihom li jirkbu l-karozza tal-linja li thalliehom hdejn il-lukanda Phoenicia. Ghalhekk dawn il-pazjenti qeghdin ikollhom jaqilghu mid-dar tal-inqas zewg familjari, xi hadd biex jakkumpanjhom sa gewwa l-isptar fejn jinghataw it-treatment u xi haddiehor biex jistenniehom barra l-isptar fil-karozza, hafna drabi pparkjat bid-double parking.
Imma bhalma jghid il-qawl Malti, ‘il-hmar il-maghkus idur ghalih id-dubbien, ghax dawk li jsuqu lill-outpatients familjari taghhom ghall-kura fl-Isptar Boffa, qeghdin iduru ghalihom il-wardens li qeghdin iwahhlu t-tickets addocc anki lil dawk li jkunu qeghdin jistennew fil-karozza taghhom.
Wiehed jittama li din il-pastazata kbira tieqaf minnufih.
TVAM
Il-programm TVAM ta’ kuljum fost il-gimgha fuq il-PBS, huwa mfassal b’tali mod u manjiera li jaghtik l-impressjoni, cjoè is-sembjanza ta’ bilanc, meta fir-realtà huwa zbilancjat wahda u sew favur in-Nazzjonalista.
Ix-xemx minn kmieni turik xi jkun gej fil-bqija tal-gurnata. Ghalkemm dan il-programm suppost li huwa mmexxi minn zewg prezentaturi b’mod ugwali, fir-realtà t-tmun ta’ dan il-programm jinsab kollu f’idejn Pierre Portelli, li ghandu l-licenzja li jaghmel il-battuti u jaghti l-imbekkati li jrid hu, mentri Joe Mifsud qiesu ghandu xi sarima ma’ halqu, attent ghal kull kelma li jghid, li ma jmurx jirfes xi kallu tal-powers that be.
F’tal-inqas tlett programmi differenti smajt lil Pierre Portelli jghid li filwaqt li l-maggor parti taghhom il-pajjizi Ewropej jinsabu ghaddejjin minn krizi finanzjarja profonda, f’Malta “qed jirnexxilna nirkbu l-mewg u noholqu aktar xoghol u aktar investiment”. Naturalment Portelli ma jghid xejn dwar id-deterjorament u l-prekarjetà tal-kundizzjonijiet tax-xoghol ezistenti, lanqas dwar il-fatt li hafna minn dawn l-impjiegi l-godda qeghdin ikunu kkapparati mill-barranin meta dan huwa xoghol li facilment isir mill-Maltin.
Min-naha tieghu fl-interventi li ghamel Joe Mifsud waqt dawn il-programmi, l-aktar li spikka kien meta qaghad jincensa u jfahhar lil Natalino Fenech.
Toroq fl-art u fil-bahar
Bhalissa f’hafna mit-toroq ewlenin taghna, ibda minn Ghawdex fl-inhawi tax-Xewkija, kompli bl-inhawi tal-Marfa u spicca l-Menqa u Triq Garibaldi u Triq il-Kunsill tal-Ewropa l-Marsa, fejn l-ajruport l-antik, suppost li ghaddejjin b’xoghlijiet estensivi, anki jekk ix-xoghol f’hafna mill-kazi jinsab ghaddej bit-tlikki tlikki.
Il-fatt li dan ix-xoghol inqala’ kollu f’daqqa u ma giex spjanat matul is-snin, huwa sinjal ta’ nuqqas ta’ ippjanar tajjeb u ta’ amministrazzjoni hazina. Xi ilsna hziena qeghdin jghidu li dax-xoghol inqala’ kollu f’daqqa ghax qed toqrob l-elezzjoni, apparti l-fatt li kieku l-affarijiet thallew jitlajjaw aktar, setghu jintilfu xi fondi tal-Unjoni Ewropea.
Hu x’inhu l-kaz, konsegwenza ta’ dawn ix-xoghlijiet kollha li qeghdin isiru f’daqqa, ghal hafna sighat tal-gurnata fit-toroq taghna qieghed ikun hawn kaos shih u dewmien esagerat biex tasal fid-destinazzjoni tieghek, bil-frustrazzjoni u d-dagha li dakollu jgib mieghu.
L-aktar li ma nistax nifhem però huwa kif triq bhal m’hija Triq Garibaldi u li tibqa’ sejra ghal Triq il-Kunsill tal-Ewropa f’Hal Luqa, se tiehu aktar minn sena biex titlesta, meta mhux zgur fiha kilometru u nofs kollox. Mur gibhom se jibnu xi autostrada jew xi mina taht il-bahar, kemm -il ghexieren ta’ snin kienu jiehdu. Appropozitu, dan kif ma smajna xejn iktar minn fomm Chris Said dwar it-triq fil-bahar li paspar li se jaghmel bejn Malta u Ghawdex?

| < Prev | Next > |
|---|






