Kien hemm bahar jaqsam bejn l-istqarrija meqjusa tal-Prim Ministru fil-Parlament dwar il-Libja u l-mod trijonfalistiku kif tkellem ftit jiem qabel fil-mass meeting tal-PN fuq il-Fosos.
L-istess jista’ jinghad ghall-mod kif ipprova jnaqqas l-aspettattivi tan-negozjanti Maltin li attendew il-Business Breakfast tat-Times dwar il-Libja gdida - aktar u aktar meta mqabbel mal-mod kif webblu hafna nies dwar xi El Dorado immedjat - kemm waqt il-festi tal-Indipendenza u anki fix-xhur ta’ qabel.
Biex ma nsemmix il-kitba moqzieza li dehret fil-media Nazzjonalista biex joskuraw kemm jifilhu lill-PL, qisna lkoll b’idejna mcappsin bid-demm filwaqt li jipprogettaw lilhom nfushom qishom angli ghadhom nezlin mis-sema.
Fil-fehma tieghi filwaqt li naqbel bis-shih li ghandna noffru solidarjetà shiha, impenn u ghajnuna materjali u anki umanitarja lil-Libjani kollha wara dak li ghaddew minnu f’dawn l-ahhar xhur fil-glieda taghhom ghall-helsien, ma nistax ma nistmerrx l-iskopijiet ulterjuri tal-Gvern ta’ Gonzi u tal-propagandisti tieghu.
Ghax ma tridx tkun xi analista politiku stuz biex tintebah li fost
affarijiet ohra, Gonzi kellu dawn it-tiri wkoll:
• li jipprova jingabar f’sena li kulhadd jaqbel li kienet annus orribilis (sena orribbli) ghall-PN in generali u ghalih partikularment;
• li jipprova jnessina c-certifikati nkwetanti ta’ Moody’s u l-IMF flimkien mal-Kummissjoni Ewro-pea. B’zieda ma’ dan hemm it-tbassir preokkupanti taghhom li l-prospetti ghall-gejjieni jidhru aghar.
Din il-gimgha stess kellna lit-Taljani jghidu li l-Italja kwazi spiccat ikklassifikata fi skip daqs Malta. U dan meta sa ftit ilu Tonio Fenech kien qed jipprova jikkonvincina u jserrhilna rasna li dak li qed jigri fl-Italja mhux bilfors sejjer jolqot lilna direttament.
Gonzi jista’ jnessi u jwebbel lin-nies ghal xi ftit zmien. Din il-loghba laghbha b’perfezzjoni fl-ahhar elezzjoni, ghalkemm kien kwazi fallielu wkoll. Izda jekk hemm min huwa daqstant fidil li jinsab lest li jkompli jibla’ il-lixka ta’ Gonzi u shabu, allura ma jixraqlux ahjar milli jkompli jgawdi lil Gonzi ... billi jekk hemm bzonn jivvutalu mill-gdid.
Waqt il-business breakfast li attendejt f’isem Joseph Muscat smajt b’widnejja stess businessmen kbar Maltin li huma interessati bis-shih li jidhlu fil-Libja bil-kbir, jilmentaw li kien hemm bahar jaqsam bejn dak li kien qed itihom x’jifhmu l-PN fil-gimghat ta’ qabel. U l-enfasi gdida ta’ Gonzi biex ma jippruvawx jissimplifikaw kobba mhabbla u problema kumplessa, meta ghad hemm tant u tant feruti fil-Libja b’bullets go nofs rashom.
Hemmekk kelli opportunità mhux biss nuri li fil-fehma tal-PL l-uniku triq li nistghu niehdu mal-Libja hi billi nghinuhom permezz tas-solidarjetà, filwaqt li anki biex jiksbu is-sigurtà u l-istabbilità li jenhtiegu u jixirqilhom, izda fakkart kif sa mill-bidu nett kont stqarrejt fuq ONE TV fi programm Inkontri ta’ Joe Grima li ghandna nibqghu solidali ma’ dawn in-nies sakemm jiehdu l-helsien taghhom - iddum kemm iddum il-glieda.
Kif wkoll li l-Mexxej tal-PL innifsu fl-20 ta’ Marzu kien stqarr li ahna obbligati li nirrispettaw ir-rizoluzzjonijiet tal-Gnus Magh-quda dwar il-Libja. L-istess kif ghandna d-dmir li nghinu lil-Libjani u nappoggjaw l-isforzi tal-Gvern li nestendulhom l-ghajnuna umanitarja kollha.
Min inessi, jwarrab jew jghaw-weg dan il-kliem jaghmlu bl-istess skop li bih tkellmu tal-PN fir-rigward taghna fil-gimghat li ghaddew.
Biex minghalihom ipingu lil Lawrence of Arabia bhala s-salvatur il-gdid mhux biss ta’ Malta, izda wkoll tal-Libja gdida. Izda aktar minn hekk...biex jiddemonizzawna mill-ahjar li jistghu.
Fil-kampanja elettorali stennew aktar minn dan.
Izjed u izjed billi issa l-loghba taghhom inbidlet minn dik li jipprogettaw lilhom nfushom bhala team tajjeb ghal team li ghalkemm medjokri, tista’ tafdah - skont huma - aktar milli tista’ qatt tafda lill-PL.

| < Prev | Next > |
|---|






