Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Tim Laburista b’nies godda u b’esperjenza

E-mail Print PDF
Share

dsc_4239It-tim Laburista ghall-elezzjoni li jmiss, tim kompetenti bl-ghan car li b’ghaqal igib bidla li tassigura stabbiltà fil-pajjiz

Joseph Muscat jghid li t-tim li se jipprezenta l-Partit Laburista ghall-elezzjoni generali, se jkun b’nies godda li qatt ma rifsu l-ghatba tal-politika u ohrajn b’esperjenza politika qawwija. Nies mill-kamp politiku u ohrajn teknici.

 

Il-Mexxej Laburista qal dan meta kien intervistat minn Norman Hamilton waqt il-programm Bla Agenda l-bierah filghaxija.

Dr Muscat qal li l-Partit Laburista se jkollu tim kompetenti b’ghan car, li b’ghaqal igib bidla fid-direzzjoni li tassigura stabbiltà fil-pajjiz.

 

Il-Partit Laburista se jaghti lill-elettorat tim kompetenti biex l-ghazla bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista tkun cara.

 

“Ma rridx li l-elezzjoni tintrebah b’nies li jghidu mhux se nivvota lill-PN ghax xbajt mill-Gvern jew ghax Lawrence Gonzi dahak bija. Imma rrid li min se jivvota jaghzel lill-Partit Laburista fuq it-tim kompetenti li se jkollu,” qal Dr Muscat.

 

Joseph Muscat qal li l-Partit Laburista jemmen fil-mobbiltà socjali u se jahdem biex in-nies jimxu ’l quddiem. Jemmen li kulhadd ghandu jirnexxi u se jahdem biex fl-edukazzjoni jirnexxi kulhadd. Jemmen fil-gustizzja socjali fejn kulhadd ikollu c-cans li jimxi ’l quddiem, irrispettivament minn liema familja jkun gej.

Qal ukoll li l-Partit Laburista se jkun qed jahdem bil-qawwa kollha biex titkisser il-burokrazija, fejn il-familji jinqdew u n-negozji nhalluhom jahdmu.

Joseph Muscat tkellem dwar is-sitwazzjoni ekonomika f’pajjizna u fl-Ewropa bil-krizi li ghaddejja minnha l-Ewro.

 

Huwa qal li l-punt principali biex pajjizna johrog mill-problemi ekon-omici tieghu huwa billi jkollna tkabbir ekonomiku. “Minghajr tkabbir ekon-omiku ma jistax jonqos id-deficit u dak kollu li naghmlu fl-ekonomija jrid ikun immirat ghal tkabbir,” qal Joseph Muscat.

 

Qal li l-Partit Laburista jemmen li fil-principju ma jaqblilnix li l-Grecja tfalli u l-ewro tispicca ghax dan ikollu riperkussjonijiet qawwi fuq l-impjiegi u fuq il-familji Maltin. B’hekk il-Partit Laburista jaqbel mal-ghajnuna li se nergghu naghtu lill-Grecja.

 

Madankollu, wissa Joseph Muscat, sa hawnhekk nistghu naqblu u l-Partit Laburista mhu se jaghti ebda garanzija ghal self iehor ghall-Fond Ewropew tal-Istabbiltà. Huwa sostna li darb’ohra l-Partit Laburista jrid ikun ikkonsultat u l-Gvern irid jigi ghad-diskussjoni qabel iressaq pjan ghal self iehor.“Ma nistghux naghtu minn dak li ma ghandnix,” qal Dr Muscat.

Arroganza

Joseph Muscat kien mistoqsi wkoll dwar dak li qal u ghamel Austin Gatt fl-ahhar jiem fejn l-ewwel qal li l-Partit Nazzjonalista se jdum fil-Gvern 20 sena ohra, imbaghad qal li hu jorqod tajjeb bil-lejl minkejja l-froga fit-trasport pubbliku u wara injora studenta universitarja wara li pprotestat mieghu b’lehen gholi quddiem kulhadd.

 

Joseph Muscat qal li Gatt huwa simbolu tal-arroganza li rabba l-Gvern ta’ Gonzi.

 

Sostna li l-froga fit-trasport pubbliku hija hlejqa tal-Gvern ta’ Gonzi. Wara li Austin Gatt mar jippoppa sidru u ghamel cerimonja ta’ ftit sighat li swiet €80,000, issa qed jghid li ma ghandux tort. La ried jiehu l-kredtu tar-riforma tat-trasport pubbliku, issa jrid jiehu t-tort tal-froga li ghamel, sostna Jospeh Muscat.

Konvenzjoni Kostituzzjonali

Dwar il-proposta ta’ konvenzjoni kostituzzjonali, Dr Muscat qal li huwa jemmen li wasal iz-zmien li nwelldu t-Tieni Repubblika wara l-kostituzzjoni tal-1974.

Sostna li huwa jemmen li l-Kostituzzjoni ghandha tkun aggornata b’tibdil holistiku u mhux bil-bicciet.

 

Huwa qal li jara f’dawn it-tibdiliet l-okkazjoni biex naslu halli f’Malta jkollna Jum Nazzjonali wiehed, filwaqt li l-ohrajn ikunu festi nazzjonali u jibqghu festi pubblici wkoll.

 

Kif ukoll li l-istituzzjonijiet kostituzzjonali ma jiqghux ibbazati fuq partitokraziji, imma jkunu jirrapprezentaw aktar is-socjetà li qed nghixu fiha llum.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
18C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata