Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Nicolà Abela Garrett

E-mail Print PDF
Share

Jista’ jkun li huwa veru li l-protesti organizzati minn fuq ghal isfel ghadda zmienhom. Anki meta kien ikollu ghalfejn jipprotesta l-poplu, kellu jigi xprunat minn xi partit politiku jew minn xi trejdunjin biex jaghmel dan.

Il-fatt li dat-tip ta’ protesti kienu jkunu organizzati minn gimghat qabel u kienu jkunu strumentalizzati kemm minn dawk li kienu kontra taghhom u anki minn dawk li kienu jorganizzawhom, hafna drabi kienu jirrendu ruhhom f’ezercizzju ta’ turija ta’ sahha, aktar milli biex iwasslu messagg car u konvincenti.

Bil-mod kif qieghda tiz-viluppa d-demokrazija mhux biss f’Malta imma anki fil-bqija tad-dinja, bl-evoluzzjoni tat-teknologija tal-media u b’partiti li jiddistingwu ruhhom bil-mod kif iwasslu l-messagg taghhom aktar milli bil-kontenut tieghu, u fil-kuntest attwali fejn m’ghadx hawn xi differenzi ideologici kbar bejn il-partiti imma pjuttost sfumaturi, ftit huma dawk li ghadhom jemmnu f’politika li tista’ tbiddel l-affarijiet minn got-toroq u mill-pjazez milli bil-vot.

Imma dan ma jfissirx li f’dan il-pajjiz m’hawnx ghalfejn tipprotesta, anzi kull ma jmur ir-ragunijiet ghalfejn ghandna nipprotestaw u nuru l-ghadab taghna, qed jizdiedu u mhux jonqsu.

Aktar kmieni din il-gimgha fl-Università l-istudenta Nicolà Abela Garrett meta nfaqghet mal-Ministru Austin Gatt minhabba s-servizz tal-Arriva, li kien u ghadu tal-qamel, minghajr ma taf u bl-aktar mod effettiv waslet il-messagg li c-cittadin komuni jista’ jasal f’punt meta d-dinjità tieghu tisfa’ offiza, fejn ma jkunx jiflah aktar jibla’ go fih u ma jiddejjaqx jumilja lura lil min ikun ilu jumiljah.

Din l-istudenti ta’ 20 sena, bl-ispirtu zaghzugh kumbattiv taghha, tat prova li b’kelma jew tnejn anki jekk b’mod imqanqal, tista’ ggib ministru arroganti u prepotenti f’postu u twaqqghu minn fuq il-pedestall minn fejn ilu jiddandan u jitqazzes ghal snin twal.

Nicolà Abela Garrett urietna wkoll kif anki persuna wahedha fuq bazi individwali tista’ tqanqal is-sentiment tan-nies, taghmillhom kuragg jissieltu ghad-drittijiet taghhom, biex ma jhallux lill-ebda alla tal-kartapesta jaghmillhom il-bzieq fuq imnehirhom.

Mill-kampanja referendarja dwar id-divorzju hareg car ghall-ewwel darba f’hafna snin, sitwazzjoni fejn il-fehma personali tal-individwu, f’dan il-kaz ta’ eluf kbar ta’ eletturi, hadet is-sopravvent fuq il-pozizzjoni ufficjali tal-partiti. Il-partiti qeghdin ikollhom jirrealizzaw li spicca z-zmien meta kienu jiddettaw fuq l-opinjoni pubblika u llum jistghu biss jikkontribwixxu xi ftit jew wisq fil-formazzjoni taghha imma mhux jimponu.

Joseph Muscat bhala mex-xej modern u zaghzugh, ilu li fehem dan kollu, li f’diversi aspetti importanti tal-hajja, is-socjetà civili, in-nies fuq bazi individwali jinsabu aktar avvanzati fil-hsieb mill-klassi politika.

Min-naha tieghu Lawrence Gonzi meta vvota kontra l-ligi tad-divorzju, mhux biss wera li ma jirrispettax ir-rieda popolari, imma kemm huwa wkoll maqtugh mir-realtajiet socjali kiefra ta’ dan il-pajjiz.

Is-soltu newwieha u ipokriti ta’ dan il-pajjiz tkazaw b’Abela Garrett ghax avveliet lil gatt f’wiccu fil-kampus Universitarju. Min waqa’ f’dat-tip ta’ tkazar jew m’ghandux idea ta’ x’suppost hu kampus universitarju u wisq inqas ghandu idea ta’ x’jigri fil-qalba tal-Ewropa fejn l-awtoritajiet u l-politici jkunu kontinwament ikkontestati mill-istudenti.

Ma nistax nifhem f’ippretendew li kienu qeghdin jaghmlu l-ufficjali li kienu qeghdin jakkumpanjaw lil Gatt, li marru jbezbzuha lil Nicolà Abela Garrett talli ghamlet li ghamlet.

Wiehed jistaqsi b’liema dritt indahal dan l-ufficjal u nsista li Nicolà Abela Garrett taghmel apologija lil Gatt. Mela dan haseb li qieghed l-Università ta’ Tehran?

Ta’ min wiehed ifakkar li ftit granet qabel l-ahhar elezzjoni, kien sar hekk imsejjah dibattitu fl-Assembly Hall tal-Università fejn il-Mexxej Laburista ta’ dak iz-zmien bil-kemm kien thalla jinstema’ jitkellem bl-insolenzi u l-ibbuwjar li sarulu, fosthom min-notorja Daphne Caruana Galizia li kienet fost il-percimess li nterrompew lil Alfred Sant u ma hallewhx jitkellem.

Ghal ragunijiet ovvji, dakinhar hadd ma kien insista li ssir apologija ghall-atti ta’ intolleranza li kienu saru fil-konfront ta’ Alfred Sant.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
18C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata