Il-gvern qieghed jaghzel li jibqa’ sieket dwar numru ta’ kwistjonijiet. Qed jaghzel li ma jgharrafx lill-poplu dwar dak li verament ghaddej f’diversi oqsma. In-nuqqas ta’ trasparenza fit-tmexxija qed tkun prezenti f’diversi sitwazzjonijiet, partikolarment fil-kaz tat-tmexxija tal-finanzi tal-pajjiz, kif wkoll dwar pozizzjonijiet ohra li qieghed jiehu l-gvern.
Is-skiet m’huwiex risposta fit-tmexxija finanzjarja tal-pajjiz. Is-skiet huwa nuqqas serju li m’huwiex accettabbli u huwa nuqqas serju min-naha ta’ min ghandu f’idejh ir-responsabbiltà tat-tmexxija tal-pajjiz.
Din il-gimgha, fil-Parlament giet diskussa rizoluzzjoni dwar self lill-Grecja u d-diskors li ghamel il-Mexxej Laburista Joseph Muscat spjega b’mod car il-pozizzjoni li qed jiehu l-Partit Laburista dwar il-krizi fiz-zona ewro.
Il-Partit Laburista jemmen li huwa fl-ahjar interess ta’ pajjizna li l-Grecja u l-ewro ma jfallux u ghalhekk huwa importanti li pajjizna jghin biex tigi salvata s-sitwazzjoni.
Madankollu, huwa importanti li l-poplu jkun infurmat dwar dak li ghaddej, dwar dak li pajjizna qieghed jerfa’, kemm huwa kbir l-exposure finanzjarju li ghandu pajjizna. Jehtieg li jkunu stabbiliti b’mod car il-linji li fihom ghandu jopera pajjizna u sa fejn jista’ jasal finanzjarjament.
Il-poplu ghandu dritt li jkun jaf liema impenji finanzjarji qed jidhol ghalihom pajjizna. Kif dawn l-impenji se jaffettwaw il-qaghda tal-finanzji pubblici ta’ pajjizna.
Irridu nzommu quddiem ghajnejna l-fatt li d-dejn nazzjonali qieghed kull ma jmur jizdied u joqrob id-90 fil-mija tal-GDP.
Imma l-gvern bhal donnu ma jridx jitkellem dwar dawn il-fatti li qed jaffettwaw u jistghu jaffettwaw il-futur ta’ pajjizna. Jidher li qed ihossu komdu li jibqa’ sieket dwar dawn il-fatti ta’ importanza mhux biss illum izda ghandhom effett fuq il-gejjieni ta’ pajjizna.
Il-gvern qieghed jonqos wkoll milli jispjega dwar il-garanziji li l-gvern Malti qieghed jitlob ghas-self li qieghed isir. Il-gvern ghandu jkun car dwar il-pozizzjoni tieghu u dak li qieghed jigi miftiehem ghaliex il-pozizzjoni tal-gvern, kif zvela Joseph Muscat fil-Parlament, inbidlet f’qasir zmien.
F’temp ta’ tmint jiem gejjin it-23 ta’ Settembru 2011 u l-1 ta’ Ottubru 2011, il-gvern biddel u dawwar il-pozizzjoni tieghu rigward is-self u l-garanziji.
Il-gvern l-ewwel qal li talab ghal garanziji u wara biddel il-pozizzjoni u qal li zamm id-dritt li jitlob ghal garanziji. Din hija bidla radikali fil-pozizzjoni ta’ gvern li qed jidhol ghal impenji importanti finanzjarji u l-gvern ghandu jkun car u jispjega ghalfejn din il-bidla fil-pozizzjoni.
Fi zmien daqstant delikat meta ghandhom jittiehdu decizjonijiet li jaffettwaw il-futur ta’ pajjizna, il-gvern ghandu jispjega b’mod car liema pozizzjonijiet se jkun qieghed jiehu.
Pajjizna ghandu jaghti l-kontribut tieghu biex jigi jghin fic-cirkostanzi attwali izda dan ma jistax jaghmlu ghad-detriment tal-interessi nazzjonali u l-interessi tal-poplu taghna.
Il-gvern qieghed jaghzel is-skiet fi zmien meta huwa importanti li l-gvern jitkellem dwar dak li verament ghaddej.
Decizjonijiet li jeffettwaw il-mod kif pajjizna jista’ jimxi fil-futur jehtieg li jkunu imfissra u mhux determinati bil-mohbi tal-poplu.
Hemm bzonn ta’ tmexxija gdida li tkun cara mal-poplu. Tmexxija li taghti direzzjoni gdida li taccerta hidma biex f’pajjizna jsehh tkabbir ekonomiku sostenibbli.
Tmexxija li tkun aktar miftuha u sinciera mal-poplu.
Il-poplu li jrid jaghmel tajjeb ghad-decizjonijiet li qed jittiehdu ghandu d-dritt li jkun jaf dak li qed jigi deciz. Ghandu jkun jaf liema huma l-pizijiet li l-gvern qed jghabbi fuq il-finanzi pubblici.
Idejn il-poplu ma jistghux jigu marbuta illum u ghal gejjieni. Il-gvern ma jistax izomm is-skiet.
This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it

| < Prev | Next > |
|---|






