Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

L-uniku Malti li ghandu kuntratt ma’ Vandit

E-mail Print PDF
Sharejo_micaliIl-personalità li tkellimt mieghu ghal din l-intervista jikkunsidra lilu nnifsu bhala persuna mimli doni. Mhux hekk biss talli kollox jitghallem wahdu. Ghal xi zmien kien jaghmel in-nar tal-festa, izda llum qed jiffoka fuq il-muzika billi johloq hsejjes godda. Qed nirreferi ghal Joseph Micallef maghruf aktar fix-xena muzikali bhala Jo Micali.

Jo Micali ghadu kif ghalaq 29 sena, jghix Birkirkara u l-ghaxqa tieghu li jiffoka u jahdem bil-muzika. Ix-xoghol ta’ kuljum tieghu huwa ta’ restawratur u skultur. Isostni u jhoss li Alla tah don li jkun kapaci jaghmel hafna affarijiet, u fil-fatt isostni li t-talenti li ghandu jara kif jaghmel biex ihaddimhom. “Ma nhobbx nghaggel fid-decizjonijiet tieghi. Anke biex kultant nohloq track indum nahsibha. Biex ingiblek ezempju car, gieli minn sitt sighat xoghol nohrog tlett minuti muzika biss,” beda jghidli dwar il-perfezzjoni.

 

Ghalkemm hemm kuntrast kbir bejn xogholu ta’ kuljum ghax-xoghol li jahdem fuq muzika trance, ghal Jo Micali t-tnejn li huma huma forma ta’ arti. Fil-fatt kull ma jara f’hajtu hija arti biss.

 

Minkejja s-successi tieghu fil-muzika, Jo Micali stqarr mieghi li sab bsaten fir-roti ma’ wiccu maz-zmien. Xtaqt nelabora aktar dwar din u filfatt qalli li jdejjquh hafna dawk li biex jilhqu juzaw isem Jo Micali b’mod indirett. Ried ifisser li gieli sab artisti li biex jilhqu u jkabbru isimhom, jaghmlu minn kollox biex javvicinawh ghal xi bicca muzika flimkien.

 

“Anke dwar gigs lokali ma narax entuzjazmu, u allura ntfajt aktar fuq productions. B’hekk inkun qed naghmel isem ghalija u ghal Malta peress li hafna mill-muzika tieghi tigi apprezzata u tindaqq barra minn Malta,” kompla jghidli Jo Micali.

Lura ghas-sena 1996 Jo Micali sema’ ghall-ewwel darba bil-muzika trance. “Niftakar meta kont nisma’ din il-muzika bla ma rrid kont inhoss il-beat u r-ritmu tal-muzika go fija. Inspirazzjoni qawwija ghall-muzika gietni meta smajt bid-diska Bt - Flaming June (Bt vs Paul Van Dyk Remix) fejn kelli kurzità kbira ta’ kif isiru dawn it-tip ta’ productions u kont nixtieq li la nikber nibda naghmel din it-tip ta’ muzika.”

Ispirat minn loghba virtwali

Beda johloq il-muzika tieghu b’kumbinazzjoni ghaliex fis-sena 1999 kien hawn craze kbira fuq il-Playstation 1. “Niftakar li filghaxijiet shabi u jien konna inselfu l-loghob lil xulxin. Darba fost l-ohrajn niftakar konna qed nilaghbu l-futbol il-bandli u kif telaq kulhadd u kien baqa’ jien u siehbi staqsejtu jekk ghandux xi zewg loghbiet ghalija biex noqghod nilghabhom dakinhar filghaxija. Kien qalli li kellu u mort mieghu ghalihom. Kien tani zewg loghbiet - wahda tal-karozzi u l-ohra qalli hudha b’xejn ghax ma qbadtilhiex art. Kienet loghba li taghmel il-muzika biha.

Niftakar hadtilu minn idu u nzilt nghaggel ’l isfel lejn id-dar biex nara x’inhi. Bdejt nesperimenta fuqha wahdi u f’hin ta’ ftit sighat bdejt nohloq l-ewwel hsejjes tieghi. Sal-ghada filghaxija kont digà lestejt l-ewwel track. Ix-xoghol beda joghgobni, imbaghad ghamilt xi snin nesperimenta wahdi fejn imbaghad bdejt nirrealizza li m’ghandix hin bizzejjed ghal dan it-talent.

B’hekk waqaft mil-loghob tan-nar u bdejt nikkoncentra izjed fuq il-produzzjoni tal-muzika. Ridt nesprimi l-muzika kif inhossha jien u ridt ukoll li xi darba naghmel isem globalment.

Fost l-ewwel nies li skoprewni hemm Alfie Fabri, li kien l-ewwel bniedem li inkluda muzika minn tieghi fuq ir-radio show tieghu u John Refalo (J.Joy) kien ic-cavetta tal-clubbing fejn introducieni mal-bqija tal-clubbing scene lokali,” beda jirrakkontali Jo Micali.

Fis-sajf tas-sena 2007 Jo Micali pproduca t-track Euphoria li wara li indaqqet minn Tom Colontonio (Vandit Records), kienet gibdet l-attenzjoni ta Paul Van Dyk innifsu u kien gie kkuntattjat mill-manager ta’ Paul van Dyk li infurmah li Van Dyk ghogbitu hafna t-track tieghu u li xtaq li tigi signed fuq ir-record label tieghu bbazata fil-Germanja (Vandit Records).

Id-diska giet released xi xhur wara u ghamlet success kbir u ndaqqet minn artisti kbar bhal Paul van Dyk innifsu, Armin Van Buuren, Solarstone, u hafna ohrajn. Sahansitra dahlet fit-top 10 Trance tune tal-beatport.com ukoll.

“Minn hemmhekk nista’ nghid li nfetah il-bieb ghax-xena internazzjonali, fejn kont u ghadni nigi mitlub biex naghmel diski u remixes ghal record labels ta’ certu fama bhal ASOT, Unearthed Records, Infrasonic Record-ings, Well Mixed Recordings, u labels ohrajn li jaqghu taht Armada.

Kelli ukoll track li giet maghzula minn Armin Van Buuren bhala t-tune of the week, u diski ohra li kienu parti minn compilations ta’ dan l-istess artist”.

Illum il-gurnata Jo Micali sar igawdi s-sapport ta’ Armin Van Buuren, u artisti ohrajn ta’ hila u fama bhalu. “B’dispjacir nghid li hawn Malta minhabba certu pika u injoranza li hawn ma ngawdix mir-rispett u s-sapport bhal ma nircievi minn barra minn Malta, però b’daqshekk ma gara xejn. L-aqwa li nibqa’ nzid fuq it-talent li ghandi u li l-muzika li naghmel tibqa’ tintghogob minn min jifhem u minn min ihobb il-muzika verament,” zied jghidli.

Kompla jghidli li anke bhala fans jista’ jikkonferma li ghandu aktar barranin milli Maltin fuq l-internet. “Jien persuna li qatt ma rajt kbir, anzi nemmen li kollox jigi wahdu”.

Ta’ min izid jghid li recentament Jo Micali hadem fuq vocal track ma’ kantanta Norvegiza - Hanna Finsen fuq id-diska Fade Away li giet released f’Lulju ta’ din is-sena stess record label ibbazata l-Ingilterra - Unearthed Records u qed tgawdi popolarità kbira.

Fl-ahharnett Jo Micali ddiskuta l-fatt li hawn Malta l-muzika hija passatemp mhux industrija. “Bhali hawn hafna ohrajn, però m’hawnx gharfien ghal dak li naghmlu. In-nies idumu biex isiru jhobbuk. Sfortun-atment hawn Malta x’hin titla’ fuq il-pedestall, hemm imbaghad isiru jafuk. L-internet hija kwistjoni ohra ta’ gid u hsara ghal min hu bhali bil-hafna websites illegali ta’ downloading,” temm jghidli Jo Micali.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
18C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata