Bhalissa kulhadd jitkellem fuq il-qaghda hazina tat-trasport pubbliku. F’Malta, ghax f’Ghawdex qajla kien hemm, kellna sistema ta’ trasport pubbliku li tajjeb jew hazin kienet tahdem.
Inkun car. Kien hemm x’jitranga u kien hemm id-dnubiet, però fil-prattika kienet sistema li tahdem u kien hemm min hu ddedikat.
L-ghorrief ta’ Trasport Malta ddecidew li jintroducu riforma ghat-Trasport Pubbliku. Kieku s’hawn m’hemm xejn hazin. Imma li din ir-riforma tkun tfisser grigalata li qalghet kollox mis-sisien, ma jaghmilx sens. U ma jaghmilx sens ghax inti, taf x’inhuma l-konsegwenzi.
Però l-Partit Nazjonalista fil-Gvern, huwa komdu b’dan kollu. Komdu minn hafna aspetti.
Imma l-aktar li hu komdu ghax din hija kwistjoni li ilha ghaddejja sa mit-3 ta’ Lulju u milli jidher ser tkompli tkarkar.
Ma jinteressahx mill-flejjes li ntilfu u ntefqu. Mis-sofferenza ta’ tant nies.
Huwa komdu ghax irnexxilu jiddevja l-attenzjoni tal-poplu Malti. Irnexxielu jnessi lill-poplu mis-sofferenzi li ghaddej minnhom.
Insemmi l-qasam tas-sahha. Daqs dawk nies jistennew ghal operazzjoni. X’sar minnhom? Gew operati kollha? Zgur li le. Hafna minnhom tilfu l-appuntament. Hekk il-lista nizlet, imma l-karba tal-poplu li jkollu jistenna s-snin forsi jinghata l-attenzjoni medika li ghaliha hallas tant flus, sfumat fix-xejn. Ma tismaghhiex. Mhux ghax m’ghadhix hemm imma ghax giet mahnuqa.
U xi nghidu ghall-medicina b’xejn. Gvern li jinsultana f’wiccna billi jhabbar li issa ghandek l-ispizerija tal-ghazla tieghek. U ghalfejn issa qed ihabbar li qed jestendi din l-iskema proprju issa meta l-attenzjoni qeghda mmirata fuq il-qassata ta Trasport Malta?
Nemmen li ftit huma dawk li taw kaz. Fir-realtà, l-pilloli li jqumu l-flus u dawk l-aktar uzati, ma ssibhomx. Vilment jghidulek tmur tixtriehom. U dan minn gol-isptar.
U xi nghidu ghal prezzijiet tal-energija. Esagerazzjoni. Kontijiet tad-dawl u l-ilma dejjem telghin.
Prezzijiet tad-diesel u petrol l-istess. Imma bhalissa hadd ma qed jaghti kaz, ghax fejn qabel wiehed kien imur b’tal-linja issa qed ikollu johrog il-karozza tieghu. U allura jinfexx fuq l-Arriva.
Imma hafna u hafna istanzi li litteralment bazwru lill-familji Maltin u Ghawdxin. Lista ma tispicca qatt ta’ nies jitkarbu ghax-xoghol; nies li qed jigu sfruttati fuq il-post tax-xoghol; anzjani li l-pensjoni mhix isservihom; familji li qed ikollhom johorgu lil uliedhom mill-iskejjel ghax ma jifilhux ghal ispejjez ivvintati; nies li jinsabu frustrati ghax l-Gvern dahak bihom u nehhielhom d-delizzji li kienu joholmu li jippratikkaw.
Sajjieda li qed jitilfu l-qliegh u l-ghejxien taghhom ghax il-Gvern qatt ma nfurmahom bil-ftehim tal-kwoti li ffirma minn wara daharhom. Tghejja ssemmi
Dan kollu ma rridux ninsewh. Il-problema li gabet fuqna Trasport Malta hija wahda gravi. Arriva mhix taghti lill-poplu Malti u Ghawdxi s-servizz li jixraqlu, dak li kien imwieghed. Din hija problema li rridu niggilduha u nsolvuha. Problema li ma nistghux naghtuha l-genb.
Però bl-istess mod ma nistghux npoggu fil-genb il-hemel ta’ sagrileggi li kommetta dan il-Gvern. Ma nistghux ninsew, lanqas ghal mument wiehed biss, it-tbatijiet l-ohra – l-gholi tal-hajja u nuqqas ta’ vizjoni ghal uliedna. Dawn huma issues ta’ mportanza daqs kemm hi l-issue tal-Arriva.
Ejja ma nhallux lil dan il-Gvern juza sistemi wzati minn dittaturi li permezz taghhom inessi lill-poplu dak li jkun verament ghaddej minnu. Ejja ma naghtux ic-cans lill-Partit Nazzjonalsita jerga’ jidhak bil-poplu – ipoggilu problema wahda biss quddiemu qisu l-problemi l-ohra sparixxew, solviehom.
Il-problemi l-ohra qeghdin hemm u jiena l-ewwel wiehed ser nibqa’ ntambar u nfakkar fihom

| < Prev | Next > |
|---|






