Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Kif jista’ jerga’ jafdak?

E-mail Print PDF
Share

fGhandna gvern illi jaghlaq ghajnejh ghal sitwazzjonijijiet tant niggieza ghas-socjetà taghna, li ghalkemm ix-xewka tniggzu u toqorsu, xorta wahda jibqa’ ghaddej minn fuq dawn l-individwi bhalma r-romblu jillixxja t-tarmak tat-toroq!!

L-anzjani, li min jaf kemm hadmu u stinkaw, u batew sabiex irabbu l-familja taghhom, u ikkontribwew permezz tat-taxxi li hallsu matul hajjithom,sabiex min ser johrog bil-pensjoni jkun jista’ jiehu l-pensjoni, il-Gvern ta’ GonziPN, jistmahom bhal qishom “you’ve lived your life, now we don’t need you anymore”.

U qieghed nghid dan kollu, ghax skont studju li sar, mhux minni, jew mill-Partit Laburista, izda minn ufficcju li waqqaf l-istess Gvern Nazzjonalista, l-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika (l-NSO) dwar id-dhul u l-hajja ta’ kif jghixu l-Maltin u l-Ghawdxin irrizulta illi l-anzjani ’il fuq minn 65 sena huma l-aktar persuni vulnerabbli u fir-riskju tal-faqar.

Dan l-istudju...sur Priministru, li Alla jbierek kont tmexxi l-Ministeru tal-anzjani ul-politika socjali qabel ma’ hadt it-tmun f’idejk, juri illi 21% tal-irgiel anzjani ‘il fuq minn 65 sena u 18% tan-nisa ‘il fuq minn 65 sena, bhalissa ghandhom hajjithom f’riskju tal-faqar.

Immagina ftit sur Priministru, hekk kif ser tidhol ix-xitwa u skont dan l-istudju 13% tal-anzjani mhux ser ikunu jistghu jsahhnu darhom fix-xitwa!

Mur ghid lilek thoss il-bard!! Jew thalli lil xi hadd anzjan li jigi minnek fil-kesha!! Imma kif tpoggi rasek fuq l-imhadda, meta taf li dawk li taw tant kontribut ghal pajjizna meta kienu izghar, li llum qeghdin ingawdu l-frott tal-hidma taghhom jien u int, thallihom f’pozizzjoni li l-anqas biss jjifilhu li jixghelu heater fix-xitwa li gejja ... isthi, isthi, u ghandek biex tisthi.

Mhux talli hekk, izda skont dan l-istudju, li nerga’ nghid m’ghamiltux jien, jew il-partit tieghi...imma ufficcju li waqqaf il-gvern tieghek, persuni anzjani li jghixu wehidhom huma f’riskju akbar.

Hawn nistqarr, illi kieku f’idejja bhalissa ghandi tazza ilma u kont ser nixrob ta’ go fiha, zgur li nixraq fl-ilma...bid-dahk.

Mela sewwa, l-ewwel inhallu waiting lists ta’ anzjani li jinstabu wehidhom u li jkollhom bzonn jidhlu f’xi home, u ndumu ntawwlu u ngebbdu, u mistoqsijiet parlamentari, u ittri, u applikazzjonijiet, u l-anzjan jew anzjana jilhaq mhux jiltaqa’ mal-hallieq qabel ma’ nsibulu home adekwata ghalih, meta taf sew int kemm il-Gvern ghandu dawk li jissejjhu palazzi maghluqa u abbandunati li jistghu jigu konvertiti f’homes tal-anzjani.

Imbaghad insibu li l-NSO qieghed jghid li dawn l-anzjani li jinsabu wehidhom huma l-aktar persuni vulnerabbli u li hajjithom hi mhedda mir-riskju tal-faqar...u int tibqa’ kalm, trankwill, u b’dik id-dahka sarkastika!!

Kif jista’ jkun li anzjan, skontdan l-istudju jghix b’massimu, mhux minimu ta’ 8,000 ewro fis-sena?

X’jista’ wiehed jaghmel b’9 liri fi flus ta’ qabel kuljum meta jrid jixtri l-ikel, ihallas il-kontijiet (u taf x’kontijiet qed tibghat bl-addocc) u jixtri l-pilloli!! Dawk li int tghid li taghti b’xejn u wara li thalli lill-anzjani minn sbieh alla fil-kju, jigu mgharrfa li l-pilloli taghhom jinsabu out of stock, allura jkollhom jixtruhom.

Naf anzjani li ghax ghadhom ma gewx accettati f’home, qeghdin sahansitra jhallsu persuna bhala carer personali sabiex tiehu hsiebhom...dejjem mit-22.47 euros kuljum, li int qed thalli fil-bwiet taghhom...u tibqa’ tghid li l-pajjiz miexi ‘l quddiem? Li l-investiment qed jiggenera l-frott?

Taf x’ghandek wara l-bibien tal-irhula u l-persjani magaluqa, dejjem issigillati, ghax dawk ta’ warajhom tant huma ghaddejjin minn zminijiet difficli, li lanqas biss l-arja ta’ barra ma jridu jaraw?

Kif wiehed jista’ jafdak, meta wieghedt lilna l-isbah mumenti, imma dawn qatt ma wasslu?

Kif wiehed jista’ jafdak, meta dak li kien taghna l-Maltin u l-Ghawdxin bil-bzulija u bl-gharaq ta’ gbina, issa fdajtu f’idejn il-barrani?

Kif wiehed jista’ jafdak, meta kull darba li twieghed xi haga, int tara kif tahrab minnha, ghax tkun taf li l-gvern tieghek impossibbli li jwettaqha?

Kif wiehed jista’ jafdak, meta l-partit tieghek ilu kwart ta’ seklu fil-gvern u l-NSO stess qieghed jghid li ghad ghandek nies fir-riskju tal-faqar?!

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
18C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata