Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

“Sa minn ckunithom, it-tfal iridu jigu mghallma dwar ir-responsabbiltajiet lejn il-pets taghhom” - Fleur Cilia Buckett

E-mail Print PDF
Share

sl371300Fil-jiem li ghaddew, l-organizazzjoni WEEAC (World Wide Event To End Animal Cruelty) organizzat mixja simbolika bil-ghan li tkompli titqajjem kuxjenza dwar il-mohqrija fuq l-annimali.

 

KRISTA CARUANA tkellmet ma’ FLEUR CILIA BUCKETT, wahda mill-attivisti ta’ din l-organizazzjoni u tkellmet maghha dwar id-drittijiet tal-annimali f’pajjizna.

Ricentament smajna b’hafna kazijiet ta’ mohqrija u qtil tal-annimali. Fl-opinjoni tieghek, dawn il-kazijiet x’jissugg-erixxu dwar is-socjetà Maltija?

Il-mohqrija ma tirriflettix tajjeb fuq l-ebda socjetà, ahseb u ara socjetà zghira bhalma hija taghna. Mill-banda l-ohra f’pajjizna hawn hafna nies li jhobbu lill-annimali.

 

S’issa l-problema kienet fis-sens li l-ligi ma kinitx applikata bis-shih fil-konfront ta’ dawk li kienu jwettqu l-mohqrija fuq l-annimali. F’certu sens il-kaz ta’ Star kien provvidenzjali ghax gab lil pajjizna fuq l-ahbarijiet internazzjonali, fuq l-internet u l-mezzi tax-xandir in generali. Kieku ma kienx ghal Star ma nahsibx li l-ligi taghna kienet tigi riveduta daqshekk malajr.

Thoss li f’Malta u Ghawdex l-annimali huma protetti bizzejjed bil-ligijiet?

 

F’Gunju tas-sena d-diehla, l-klieb kollha jridu jigu registrati bis-sistema tal-“microchip”. Dan huwa pass pozittiv u nispera li l-ligi tigi applikata kif suppost.

Huwa importanti li l-awtoritajiet jedukaw lin-nies bl-obbligazzjonijiet legali u socjali taghhom u fl-istess nifs iridu jaghtu protezzjoni lill-annimali. Wara kollox, kif tikkalkula s-success tal-protezzjoni? B’xi multa gholja u l-kelb mejjet, jew b’sistema effettiva fejn il-kelb mahqur jigi “re-homed” immedjatament?

 

Fil-fehma tieghi kien ikun ahjar jekk il-ligi tkopri bl-istess emfazi l-annimali l-ohra wkoll. Hu perezempju z-zwiemel. Possibbli li m’hemmx ghalfejn dawn jinghataw l-istess protezzjoni li qeghdin naghtu lill-“pets”? X’protezzjoni qeghdin naght-uhom mill-qilla tax-xemx huma u telghin it-toroq taghna miksijin bl-asfalt jahraq, aktar u aktar meta dawn ikunu qed jigbdu xi karozzin mghobbi bin-nies f’xi telgha?

Thoss lis-sistema edukattiva ta’ pajjizna qeghda taghmel l-almu taghha biex trawwem fit-tfal sa minn ckunithom, l-imhabba lejn l-annimali?

 

Ahna tal-WEEAC nippreferu li nitkellmu dwar il-prevenzjoni tal-mohqrija milli dwar il-konsegwenzi tal-mohqrija. Ghal din ir-raguni, huwa importanti ferm li t-tfal jigu mghallma sa mill-bidunett dwar r-responsabbiltà socjali lejn il-pets u li jigu nkoragguti jirrispettaw lill-annimali kollha.

Jekk tifel jitrabba f’ambjent fejn hemm imhabba lejn l-annimali, allura hemm aktar probabbiltà li dak it-tifel ser jimmatura f’persuna li thobb lill-annimali, mentri hemm anqas probabbiltà li jsir hekk jekk it-tifel ma jitrabbiex f’ambjent t’imhabba lejn l-annimali.

Is-sena li ghaddiet f’pajjizna fetah l-ewwel sptar tal-annimali. Minkejja dan xorta ghadna nisimghu lmenti ta’ nies li dan l-isptar nieqes hafna mir-rizorsi u apparti minn hekk, il-poplu xorta wahda qed jintalab ihallas ghas-servizz, daqs li kieku mar go klinika privata. Kif thares lejn din is-sitwazzjoni?

Trid jew ma tridx, kollox fih l-ispejjez tieghu! Dak li hu cert hu li pajjizna ghandu bzonn facilità attrezzata biex tassisti lill-annimali li jisfaw midruba.

Wahda mill-akbar problemi li jibqghu marbuta mall-annimali f’pajjizna hija l-ammont kbir ta’ klieb u qtates strays li ghandna fit-toroq. B’liema mod nistghu nnaqqsu jew neliminaw din il-problema?

Jiddispjacini nghid li smajt lin-nies jghidu li bi hsiebhom jabbandunaw lil-pets tagh-hom ftit zmien qabel ma l-microchipping issir ligi biex minghalihom jevitaw li jhallsu l-ispejjez.

Dawn ikunu kazijiet estremi u nahseb li bil-microchipping ser ikun hawn anqas riskju ta’ strays, ghall-inqas ghall-klieb. Rigward il-qtates, dan ma jidhirlix li ser ikun obbligatorju u jidher li m’hemmx pjan t’azzjoni nazzjonali ghall-qtates stray.

Intom fil-jiem li ghaddew, organizzajtu mixja simbolika favur l-annimali. X’kien l-ghan ta’ din l-attività?

L-ghan kien propju biex noholqu aktar kuxjenza dwar il-mohqrija fuq l-annimali. Din il-problema ma tezistix f’Malta biss imma kullimkien.

Il-mixja u l-mixghela tax-xemghat kellhom l-effett simboliku taghhom u kull min ried juri s-solidarjetà tieghu seta’ jinghaqad maghna biex isemma lehnu. It-tama taghna hija li permezz t’attivitajiet bhal dawn, noholqu aktar kuxjenza fost in-nies sabiex il-kazijiet ta’ mohqrija fuq l-annimali jonqsu dejjem aktar.

Sadanittant, kull min jixtieq jikseb aktar informazzjoni rigward il-hidma li qed inwettqu b’risq l-annimali, jista’ jzur is-sit taghna http://www.marchinmalta-allunitedagainstanimalcruelty.com/ jew izur il-pagna taghna fuq Facebook: http://www.facebook.com/groups/202484516466

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
18C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata