Dr. Gonzi kien ix-Xaghra l-Hadd illi ghada u bil-kwantià kbira ta’ nies li kellu quddiemu, mhux zgur 20 ruh b’kollox, bil-kemm ma kienux se jixpakkaw ix-xorok tal-kazin Nazzjonalista.
Fost l-irjus kbar li kienu fl-udjenza, kien hemm is-sur Zaren Vassallo, il-partner tal-BWSC f’Malta li qeghdin jithallsu in record time ghax-xoghol taghhom fil-powerstation ta’ Delimara, li ma jmurx jinqala’ xi ngropp u jkollhom jibqghu jittewbu.
Li laqatni l-aktar kien l-attakk sfrenat li Gonzi ghamel kontra l-ispecjalista tal-ghajnejn Franco Mercieca, li huwa kandidat gdid tal-PL. Bilfors li l-kandidatura ta’ Franco Mercieca qeghdha tinkwieta bil-kif lil Lawrence Gonzi biex infexx b’dak il-mod f’kandidat li lanqas biss ghadu hareg ghall-elezzjoni.
F’hin minnhom Gonzi rrimarka li ma jafx x’fettillu Mercieca jiccappas bil-kliem jew kliem f’dan is-sens. Lapus lingue, freudian slip ikbar minn din ftit jista’ jkun hemm.
Meta tghid ‘ticcappas’ ifisser li hemm il-hmieg, ifisser li l-politika mimlija hmieg li jcappas. Issa meta tqis li ghal dawn l-ahhar 24 sena, ghal 22 minnhom kien hemm imexxi l-Partit Nazzjonalista, din hija ammissjoni ta’ Gonzi, li taht in-Nazzjonalisti fil-politika tkattar il-hmieg li jcappas.
Culverts u drains
Bhalissa jinsabu ghaddejjin xoghlijiet estensivi fil-parti tat-triq li mix-Xewkija taghti ghar-Rabat, Ghawdex.
Fil-fernezija biex ifittxu jintefqu l-eluf ta’ ewro bil-gliegel ha jfittxu jlestu qabel l-elezzjoni, min qieghed jiehu hsieb dawn ix-xoghlijiet, flok qabbad mal-culverts ezistenti li kien hemm fi Triq Fortunato Mizzi u li m’ilhomx li saru, qabad u kissirhom biex minflok isiru culverts godda. Veru kaz ta’ money down the drain, ossija down the culverts.
Eddie kien imur ghall-meetings tal-Perit Mintoff
Kif qalet m’ilhux Deborah Schembri, meta n-Nazzjonalisti jkunu minn taht u ma jkollhomx fuqhiex jaqghu, jirrikorru ghal babaw tal-passat.
Hekk ghamel Lou Bondi din il-gimgha meta kellu mistieden lil Eddie Fenech Adami u qadu joghxew flimkien bil-filmati antiki dwar l-episodji tragici ta’ Tal Barrani. Hobz midhun u mitmugh ghal ma nafx kemm -il darba u assolutament ma kien hemm xejn gdid f’dankollu, hlief il-konferma li bhalissa n-Nazzjonalisti tabilhaqq jinsabu minn taht biex qeghdin jirrikorru ghall-grajjiet ta’ 25 sena ilu meta Joseph Muscat mhux zgur kien ghadu ghamel il-Grizma tal-Isqof.
Ma nistax naqbel ma’ Eddie Fenech Adami li l-mibeghda spiccat mill-politika ghax biex qieghed jghid hekk, bilfors ma jarax certi blogs bhal ta’ Daphne Caruana Galiziali li huma mimlija hdura u mibgheda li ftit qatt kien hawn bhala.
Izda fatt verament gdid u kurjuz li hareg minn dan il-programm huwa li Fenech Adami qabel ma dahal fil-politika attiva, kien imur jisma’ l-meetings tal-Perit Dom Mintoff.
Matthew Bonanno
It-tkeccija tal-gurnalista Matthew Bonanno minn mal-gurnal The Times, kienet tqanqal kjass shih kieku sehhet f’xi pajjiz bhal Franza, l-Italja, jew l-Ingilterra. F’Malta qeghdin isehhu dawn l-atrocitajiet u qiesu qatt ma kien xejn.
Ta’ min wiehed jghid li dan il-gurnalista zaghzugh tilef ix-xoghol tieghu ftit wara li fil-blogg ta’ Lou Bondi u ta’ Daphne Caruana Galizia, gie mxandar li dan kien tkellem fuq Facebook ma’ Nicolà Abela Garrett lejliet li Austin Gatt kellu jitla’ fil-kampus tal-Università. Bonanno qalilha b’din iz-zjara u Abela Garrett min-naha taghha qaltlu li dakinhar kienet se taghtih ahbar.
Il-fatt li Austin Gatt dakinhar kien se jkun fuq il-kampus kien maghruf minn kulhadd u mhux biss min-newsrooms tal-gazzetti, tant hu hekk din iz-zjara kienet imnizzla fil-programm tal-Freshers’ Week. Lou Bondi altru milli jaghmel gurnalizmu fuq kollox, ghax li hu zgur f’dan il-kaz serva ta’ tapp biex gurnalista zaghzugh jisfa’ ppersegwitat sal-punt li spicca mkecci mix-xoghol.

| < Prev | Next > |
|---|






