Iz-zieda li taw lilhom infushom il-ministri u s-segretarji parlamentari kien att mill-aktar irresponsabbli spirat minn egoizmu mill-aktar spjetat.
Apparti l-maniggi li ntuzaw biex dan l-att infami jkun mistur mill-poplu li jhallas it-taxxa, bhal perezempju li z-zieda ma dehritx fl-estimi mal-bqija tal-pagi tal-ministri u tas-segretarji parlamentari, imma nhbiet taht voti ohrajn fl-estimi biex il-poplu jithalla fl-ghama, l-aktar aspett inkwetanti ta’ din iz-zieda mhux misthoqqa, specjalment f’dan il-mument partikolari li ghaddej minnu l-pajjiz, kienu l-paraguni li bdew isiru, anki jekk odjuzi bhal paraguni kollha, bejn iz-zieda fenomenali li taw lil xulxin il-ministri u l-loqma zieda li nghatat lil bqija tal-poplu.
Proprju kif rajna f’dawn il-granet bil-protesta simbolika li saret mill-membri tal-gudikatura, bir-ragun hawn min qieghed jilmenta illi bil-qabza enormi fid-dhul tal-ministri u tas-segretarji parlamentari, issa ntilfet kompletament ir-relattività bejn l-oghla pagi tal-Gvern u s-sellum tal-iskaluni ta’ pagi differenti tac-Civil li jinhadmu abbazi taghhom.
Fil-verità r-relattività bejn il-pagi fis-settur pubbliku tohloq daqxejn ta’ cirku vizzjuz. ‘Il ghaliex ta’ min wiehed ifakkar li minbarra l-argumenti fallaci li ntuzaw mill-Gvern biex jiggustifikaw l-ingustifikabbli, zieda insensata ta’ €600 fil-gimgha li eventwalment tnizlet ghal €500, kien intuza wkoll l-argument imqanzah l-iehor li cermen ta’ korporazzjoni pubblika m’ghandux ikollu salarju iktar gholi minn tal-ministru li jkun appuntah.
Ir-relattività
U fi zminijiet difficli ta’ krizi finanzjarja dinjija u andament ekonomiku lokali pjuttost imcajpar, flok mal-gvern ipprova jrazzan is-salarji u l-beneficcji li qeghdin jinghataw lil min jokkupa l-oghla karigi fil-korporazzjonijiet u l-agenziji pubblici, dawn kienu nvokati bhala skuza u ntuzaw bhala staffa biex il-ministri u s-segretarji parlamentari jirkbu fuqha.
Id-decizjoni ta’ Lawrence Gonzi li jaghti zieda daqstant qawwija lilu nnifsu u lil shabu l-ministri u s-segretarji parlamentari, se tibqa’ wahda mill-aghar decizjonijiet jekk mhux l-aghar, li ttiehdu mill-Gvern matul din il-legizlatura, li tixhed kemm dan il-Gvern huwa skunnettjat mill-poplu u mhuwiex sensittiv ghar-realtajiet socjali li jdawwruh.
Il-imhallfin u l-magistrati qed jinsistu ghal zidiet qawwija fil-pagi taghhom, ghax qeghdin isostnu bir-ragun li ghandha tibqa’ tinzamm ir-relattività bejn il-pagi taghhom u l-pagi tal-ministri u tas-segretarji parlamentari. Issa jekk l-imhallfin u l-magistrati ghandhom ragun fit-talbiet taghhom biex tinzamm ir-relattività mal-pagi tal-ministri, ghalfejn mhux ukoll il-kapijiet tac-Civil, it-tobba fl-isptarijiet, l-ghalliema, l-infermiera u l-izjed u zgur mhux l-inqas il-haddiema li jaqalghuha u jiekluha?!
Imma filwaqt li huwa aktar minn evidenti li ghal dawn kollha zgur m’hemmx flus, tibqa’ f’mohh kulhadd l-istonatura mill-kbarnett li Gonzi u l-ministri kellhom l-isfaccatagni li jahsbu fihom infushom u gew jaqghu u jqumu mill-bqija.
Huma biss il-ministri, is-segretarji parlamentari u c-cermenijiet tal-korporazzjonijiet u agenziji pubblici li ghanhom salarji li jikkomporaw tajjeb ma’ dawk li jezistu fil-qalba tal-Ewropa.
Filwaqt li ghandna prezzijiet ta’ hafna oggetti u utilitajiet essenzjali li huma fl-istess livell tal-pajjizi l-kbar tal-Ewropa, bil-livell ta’ pagi relattivament baxxi li jezistu f’pajjizna, bosta huma dawk li qeghdin isibuha ferm difficli biex ivincu.
Hemm min qieghed ikollu ghal xoghol wiehed jaghmel anki tnejn, mhux b’ghazla biex itejjeb il-kwalità tal-hajja tieghu, imma biex forsi ma jkomplix jaqa’ lura.
U min ikun kostrett li jahdem aktar sighat ta’ xoghol huwa u jipprova jzomm l-istess livell ta’ ghajxien, xorta qieghed ihallas prezz li jista’ jkun gholi, jekk dak il-hin mizjud ta’ xoghol ikun hadu mill-hin li suppost jiddedika ghall-familja.
Prijoritajiet maqlubin
Kien tassew patetiku l-Prim Ministru Gonzi meta ghamel l-argument li jippreferi ma jrahhasx il-kontijiet tad-dawl u l-ilma biex isiru aktar operazzjonijiet.
Kif qal tajjeb il-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat il-Hadd illi ghadda, mhux ahjar ma sarx il-pont li ma jwassal ghal imkien fil-bokka tal-Port il-Kbir, bil-Project Manager b’kollox, u saru aktar operazzjonijiet fil-Mater Dei?! Mhux ahjar il-Gvern ma mbarkax fuq il-progett insensat tat-teatru bla saqaf u tal-Parlament il-gdid li ghad irridu naraw minn fejn se jigu l-flus ghalih u forsi rahhas ftit mill-kontijiet esagerati tad-dawl u l-ilma?!
Dan huwa gvern li apparti li tilef il-boxxla u huwa skunnettjat mill-poplu, ghandu l-prijoritajiet tieghu maqlubin u li ma jemminx li first things first.

| < Prev | Next > |
|---|






