Robert Abela
Ix-xhur li gejjin huma krucjali ghall-Partit Laburista, ghaliex fihom ser tkompli tissahhah ir-rilevanza tal-Partit. Aktar minn hekk izda, ix-xhur li gejjin huma krucjali ghall-pajjiz. Ghaliex l-elettorat ser ikollu quddiemu l-ghazla mhux biss dwar min ser imexxih ghal hames snin, izda effettivament dwar min ser ikollu t-tregija tal-pajjiz fi zmien fejn ser tkun mehtiega bidla radikali u li ma tistax tigi posposta fil-mod kif jitmexxa l-pajjiz, u ghalhekk jekk fil-fatt din il-bidla hux ser issehh.
Hawn min jargumenta li l-elezzjoni li jmiss mhijiex xi elezzjoni fejn ser ikun hemm divergenzi ta’ ideologija bejn il-partiti, jew fejn ser tigi determinata xi issue partikolari li tolqot lil pajjiz. Dan mhux korrett, ghaliex l-elezzjoni li jmiss ser ikollha l-effett li sussegwenti ghaliha, jigu determinati issues li l-importanza taghhom x’aktarx li tizboq dik li kien hemm f’kull elezzjoni precedenti.
Ser issir l-ghazla dwar jekk il-pajjiz hux ser ikompli fit-triq li miexi fiha llum, bir-riperkussjonijiet negattivi kollha fil-kwalità tal-hajja tal-poplu u fil-pajjiz b’mod generali, jew jekk inkella l-poplu hux ser jaghzel li jitmexxa minn partit li tassew jemmen fil-meritokrazija u fil-hila tal-individwu bl-eskluzjoni tat-twemmin politiku, u fil-kontabilità. Hawn zgur li hemm differenzi fundamentali bejn il-partiti.
Il-poplu qed iwassal messagg car, li jafda u jemmen fil-politika tal-lum tal-Partit Laburista. Qed juri li l-Partit Laburista hu l-ghazla naturali tieghu ghall-futur. Ghalhekk il-Partit Laburista ghandu jara li ma jaghmel xejn li jista’ jbieghed lill-elettorat minnu.
Wiehed ghalhekk irid iqis x’jixtieq u dak li ma jixtieqx li jara l-poplu fil-Partit Laburista. L-elettorat ma jridx li jara kampanja elettorali imsejjsa principalment fuq in-negattivizmu, izda jrid jisma’ u jinghata l-opportunità li jaghrbel proposti pozittivi li joffrulu tama ghal futur ahjar.
Vera li hu importanti li l-Partit jibqa’ jissenjala n-nuqqasijiet tal-amministrazzjoni prezenti, però dawn tant huma evidenti llum li aktar ma wiehed itambar dwarhom, aktar ser jikkaguna dwejjaq lill-elettorat. Ma jistax ghalhekk ikollna media li tenfasizza n-negattiv, izda li aktar minn kollox twassal il-messagg pozittiv tal-Partit Laburista. Ghalhekk irid jinzamm bilanc xieraq bejn il-kritika, fis-sens negattiv taghha, u l-pozittività.
L-elettorat ma jridx lanqas li fil-gimghat ferventi ta’ qabel l-elezzjoni, jara xi rapprezentant tal-Partit Laburista li bil-messagg tieghu inaqqas mill-konsistenza, kredibbilità u serjetà li biha hu moghni l-Partit Laburista llum. Ghalhekk l-esponenti tal-Partit ghandhom jaraw li fl-attivitajiet, partikolarment dawk pubblici u fuq il-mezzi tax-xandir, ikunu meqjusa f’imgibiethom, fi kliemhom, fi lbieshom u fil-messagg li jwasslu.
Li l-poplu jara politiku li l-emozzjoni tigri bih, u ggieghlu jghid kliem li wara jista’ jiddispjacih li jkun qalu, twassal ghal hsara irreparabbli. Episodju imqar wiehed jista’ itappan il-hidma kbira li wettaq il-Partit Laburista f’dawn l-ahhar zminijiet. Dan ma jkunx gust la lejn il-poplu, u lanqas lejn il-Partit.
Il-poplu irid li l-Partit Laburista ikun konsistenti, però fl-istess waqt widnejh mal-art biex ihoss u jirreagixxi ghall-polz tal-poplu. Li tkun konsistenti ma jfissirx li ma tibdilx jew ma tirreagixxix ghar-reazzjoni tal-elettorat, fejn tara li xi mizura partikolari ma tkunx tirrifletti l-aspirazzjonijiet genwini tal-poplu, però jfisser li l-policies tal-Partit ikunu meqjusa sew qabel jigu mnedija, biex ma jwasslux ghal kutrumbajsi politici f’jiem kritici.
Fl-ahharnett, il-poplu irid jara li bil-Partit Laburista fil-Gvern ser jinholoqlu futur fejn l-aspirazzjonijiet tieghu jistghu isiru realtà. Futur li ma jkunx jiddependi mill-kulur politiku, jew kemm l-individwu hu qrib il-klikka zghira ta’ gewwa, kif qed jigri llum, izda futur li jkun determinat mill-hila tal-individwu, fejn jiehu dak li haqqu, u ma jiehux dak li ma haqqux.
Li min hu kapaci jinghata l-opportunitajiet biex ikompli javvanza, u min hu batut, jigi mwiezen biex jeghleb il-limitazzjonijiet tieghu. Irid il-poplu li jkollu Gvern li jaghtih rendikont tal-infiq tieghu, li jirrispetta l-kontabbiltà, u li ma jaghmilx bi flus il-poplu daqs li kienu l-flus personali tieghu.
Meta wiehed iqis dan kollu, jirrealizza li l-poplu jrid li jinghata dak li hu bi dritt baziku tieghu, dak li l-Gvern prezenti qed icahhdu minnu. Il-Partit Laburista hu car, kredibbli u konsistenti fil-messagg tieghu, li ser jaghti lura lill-poplu dak li l-Gvern tal-lum hadlu.
Ghalhekk kburi li nifforma parti minn dan il-moviment u d-direzzjoni tieghu li timmira lejn is-success tal-individwu, u tal-pajjiz.

| < Prev | Next > |
|---|






