Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Kungress dwar Ghawdex fi tmiem il-gimgha

E-mail Print PDF
Share

Fi tmiem il-gimgha li gejja, l-Partit Laburista se jkun qed jorganizza kungress dwar il-gzira Ghawdxija. Fost it-temi se jkunu diskussa se jkun hemm iz-zghazagh, Ghawdex bhala regjun, is-sahha, l-wirt kulturali u l-partimonju, u l-holqien tax-xoghol.

 

Il-kungress hu mistenni li ma jasalx sal-istadju li wiehed jiddiskutu biss u jieqaf hemm, imma se jasal ghall-istadju fejn ikunu proposti soluzzjonijiet biex imbaghad jigu kkunsidrati bhala parti mill-manifest elettorali li jmiss tal-Partit Laburista. Se jkun kungress importanti ghaliex se jittratta dawn il-kwistjonijiet b’mod frisk u se tinghata harsa lejn ir-realtajiet Ghawdxin b’lenti differenti mis-soltu.

 

Dwar dan il-kungress, KRISTA CARUANA tkellmet ma’ CHRISTIAN ZAMMIT u MONICA FARRUGIA.

christian_zammitChristian Zammit

 

“F’dan il-Kungress se jkunu mistednin diversi persuni b’interess dirett fis-suq Ghawdxi, fosthom lukandiera, ekonomisti, nies li jhaddmu u anke kunsilliera, membri parlamentari u kandidati prospettivi ghall-elezzjoni generali.

 

Iz-zmien li fih qed nghixu welled din in-necessità li ghall-ewwel darba lkoll niltaqghu f’kungress sabiex nisimghu u nipproponu toroq alternattivi ghal Ghawdex. Gzira li ghaddejja minn bahar ekonomiku u finanzjarju mqalleb hafna. Il-futur ta’ wliedna huwa l-prijorità taghna. Ahna l-partit li ma niggvernawx biex tinqeda l-klikka ta’ gewwa. Ahna l-partit li rridu naghtu nifs gdid lil Ghawdex. Irridu nsalvawh mill-gharqa u nsibulu t-triq li fiha l-prospetti tieghu jistghu jiffjorixxu.

 

U d-diversi workshops li se jkun hemm f’dan l-istess kungress se jkunu qed isiru appositament biex nfasslu manifest elettorali li permezz tieghu nirxuxxtaw gziritna. Mhux it-tir taghna li nintilfu f’gimmicks bhal xi Eko-Ghawdex. Ahna dak li nipprietkaw u nweghdu, nwettquh.

Hemm hafna xoghol xi jsir biex Ghawdex jistejqer mill-falliment li tefghu fih min ilu jmexxih ghal dawn l-ahhar snin. Hemm bzonn il-hidma u s-sehem ta’ kull min ghandu x’joffri hsibijiet u proposti.”

monica_farrugia_picMonica Farrugia

“Ghal hafna nies Ghawdex huwa gojjell. U hekk hu. Imma Ghawdex ma jistax jibqa’ qisu presepju, tiggostah, tarah imma imbaghad ma jipprovdi ebda futur ghaz-zghazagh u l-familji Ghawdxin.

 

F’Ghawdex inqas zghazagh qed jahdmu, inqas studenti jkomplu jistudjaw meta mqabbla ma’ Malta, inqas postijiet tax-xoghol qed jigu mahluqa u l-qghad qed jizdied. Dan m’ghandux ikun ghaliex ahna nemmnu li Ghawdex jista’ jkun mutur ekonomiku fih innifsu. Nemmnu li Ghawdex m’ghan-dux biss ikun sabih biex tarah, imma anke biex fih innifsu tohloq nicec ekonomici li jaghmlu sens u li jimpjegaw in-nies.

 

Il-kungress t’Ghawdex se jigbor flimkien il-persuni fi hdan il-Partit Laburista u mhux biss li jaghmlu attività politika f’din il-gzira. M’ghandix dubbju wara dan il-kungress, il-hidma politika f’Ghawdex se tkun issahhet u saret aktar iffukata.”

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
18C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata