Fl-okkazjoni tal-Jum Internazzjonali Kontra l-Faqar, il-President tar-Repubblika George Abela ghamel diskors fejn gibed l-attenzjoni dwar il-problema globali tal-faqar u b’liema modi din tista’ tittaffa. Il-President ghamel referenza ghal kampanja intitolata Millenium Development Goals. Din il-kampanja qed timmira li sal-2015 jkunu ntlahqu tmien ghanijiet, fosthom it-tmiem tal-faqar u l-guh.
Il-President stqarr li l-faqar u l-guh m’humiex xi haga li tista’ tistenna, izda minkejja dan, l-umanità ghadha ma poggietx fis-sehh soluzzjonijiet immedjati biex tinqered, jew talanqas tittaffa, din it-tbatija. Ghalhekk huwa car li l-komunità internazzjonali ghadha ‘l boghod milli tilhaq dawn il-miri.
Hemm diversi fatturi li qed jikkontribwixxu ghall-faqar, sostna l-President. Fost dawn semma n-nuqqas ta’ gustizzja fl-ekonomija mondjali, il-glied u l-gwerer u n-nuqqas t’edukazzjoni.
Il-President fahhar il-prattika ta’ l-microfinancing ghaliex din taghti opportunità lill-individwu biex jintrefa’ mill-faqar u jizviluppa attività ekonomika.
Il-President Abela tkellem ukoll dwar is-sitwazzjoni ta’ pajjizna, fejn ikkwota statistika ufficjali tal-2009 li turi li 15% tal-popolazzjoni tinsab f’riskju ta’ faqar. Il-President staqsa ghalfejn sezzjoni tal-popolazzjoni mhix qed tibbenefika mis-sistema edukattiva ta’ pajjizna, b’konsegwenza li jizdied ir-riskju ta’ faqar fost dawn il-persuni.

| < Prev | Next > |
|---|






