Rose Degiorgio, orignarjament minn Bormla, regghet kienet eletta b’success bhala l-ewwel persuna li kienet eletta fin-National Constitutional Committee b’97,683 voti. Degiorgio kienet eletta f’elezzjoni li saret bhala parti mill-konferenza generali tal-Partit Laburista Ingliz li ttellghet f’Liverpool u li attenda ghaliha s-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Laburista Alex Sceberras Trigona.
Ed Millilband, il-mexxej il-gdid tal-Partit Laburista Ingliz, waqt id-diskors tieghu f’Liverpool lid-delegati Laburista, ikkritika lil Gvern Konservattiv li ma kienx qed jistimula l-ekonomija.
Milliband qal li per ezempju il-Gvern seta’ jnaqqas il-VAT bi £12 biljun u b’hekk jistimula ix-xiri u jhalli aktar flus fl-idejn biex tibda tikber l-ekonomija minflok inixxifha bil-qtugh fl-ispiza pubblika.
Huwa ikkritika lil Gvern li ma kienx qed jahseb ghal futur. Li ma kienx qed jifrex l-industrija biex ma tibqax daqshekk dipendenti fuq is-servizzi finanzjarji.
Ed Milliband enfasizza l-importanza ta’ skemi ta’ apprendistat li minghajr dawn l-iskemi il-qaghad ma kienx ser jittaffa malajr. Permezz tal-apprendistat is-settur tal-edukazzjoni u tahrig seta’ jinghaqad mad-dinja industrijali u tax-xoghol u t-tkabbir tal-ekonomija jsir sostenibbli.
“Precizament kif kien jaghmel Gvern Laburista f’Malta” qal Alex Sceberras Trigona, Segretarju Internazzjonali tal-Partit Laburista li kien mistieden f’Liverpool mill-Partit Laburista tar-Renju Unit.
F’din il-konferenza kien hemm hafna delegati Maltin jew ta’ nisel Malti, qal Dr. Sceberras Trigona, fosthom Rose Degiorgio.
Waqt li kien qieghed Liverpool, Sceberras Trigona kellu diversi diskussjonijiet ma’ dirigenti tal-Partit Laburista, kemm dwar relazzjonijiet bilaterali bhala partiti u fil-gejjieni bhala gvernijiet, kif ukoll dwar relazzjonijiet Ewropej u internazzjonali.

| < Prev | Next > |
|---|






