Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Ihares lejn il-biza’ minn aspett differenti

E-mail Print PDF
Share270589_10150693201440597_547120596_19363488_108608_nIl-personalità li ntervistajt illum huwa wicc sinonimu, kemm mat-televizjoni u teatru lokali u anke barra minn xtutna. Qed nirreferi ghall-attur Patrick Vella. Fil-prezent imexxi l-kumpannija tieghu stess – Curtain Raiser Entertainment, li llum ghandha isem popolari specjalment fejn jidhlu shows tat-tfal. Barra minn hekk huwa wkoll musical theatre performer, u dan l-ahhar ukoll producer ghal programm televiziv lokali bl-isem ta’ “L-Imqarbin”.

Patrick ghandu 37 sena, mhux mizzewweg u jhobb hafna l-ivjaggar. Patrick ghandu l-unur jghid li hu missier Liam li ghandu 12-il sena, u li fil-fatt huwa kburi bil-kwalitajiet sbieh tieghu.

 

Jghid li hu persuna imprevedibbli. “Nista’ nkun kwiet u nista’ nkun nervuz, inhobb niskopri, niehu riskji, avventuruz imma fl-istess hin joghgobni nghix fil-kumdità, naf inkun kwiet imma naf inkun party leader. Nippreferi n-natura mill-genn tal-ibliet, però nhobb nifhem kulturi ohra. Ma niggudikax malajr u ma nghirx, però nhobb il-kompetizzjoni,” beda jghidli ftit dwaru.

 

Meta semmili kompetizzjoni, xtaqt nelabora aktar fuqha. Fil-fatt spjegali li kien qed jirreferi ghat-tip ta’ kompetizzjoni healthy. Biha jzomm lilu nnifsu attiv, kreattiv, u anke kompetittiv. “Jekk ma jkunx hawn kompettività, ma jkunx hawn innovazzjoni”, zied jghidli.

Fetah skola tad-drama fic-Cina

Patrick studja t-teatru u performing arts fl-Ingilterra, u hadem f’diversi pajjizi ohra fejn jaghti workshops bhall-Indja, c-Cina, l-Polonja, Franza u l-Italja.

L-esperjenza vasta tiehu waslitu sabiex sena u nofs ilu fetah skola tad-drama ghat-tfal fic-Cina, b’konnessjoni ma’ skola tal-Ingliz. Din l-iskola - Fun4kids hija franchise ta’ Curtain Raiser fic-Cina, li llum imexxuha Cinizi stess.

 

Patrick flimkien ma’ shabu jitilghu ta’ spiss fic-Cina, biex ovvjament jaraw l-andament tax-xoghol. “L-isbah haga minn kollox huma l-kuntatti li taghmel - sija fuq livell socjali, kif ukoll dak professjonali,” kompla jghidli Patrick.

Dar il-Wahx

Bhalissa Patrick ghaddej bl-ahhar preparamenti tieghu flimkien ma’ shabu sabiex itellghu attività bl-isem ta’ Dar il-Wahx. L-attività tikkonsisti f'tour tal-wahx ta’ madwar 40 minuta, li ser isir fil-habs l-antik Ingliz f’Kordin, Rahal Gdid, li sejjer jinbidel f’Dar il-Wahx, b’attrazzjonijiet varji bi qtajja kontinwi, imma fl-istess hin divertenti ghal dawk kollha li jhobbu azzjoni u ecitament.

 

Zgur li ser tkun l-ewwel attività f’Malta ta’ dan it-tip, fejn qabel il-Maltin kellhom isiefru Londra jew xi pajjizi ohra biex jattendu attività tal-istess tip.

“L-idea nibtet minn diversi sorsi, imma kienet xi haga iktar personali. Bazikament inhobb dak kollu li ghandu x’jaqsam mal-biza’.

 

“Jien persuna li passatemp iehor li ma semmejtlekx huma l-films tal-biza’, basta jkunu sura ta’ nies, ghax hareg hafna mbarazz dan l-ahhar,” tbissem jghidli Patrick dejjem skont l-opinjoni tieghu.

 

Dar il-Wahx ser tittella’ bejn il-Gimgha 28 u l-Hadd 30 Ottubru 2011. Mhux ser jonqsu wkoll atturi b’make up specjali u mpressjonanti li ser jinbidlu f’vampiri, monstri, zombi, u makabritajiet ohra. Din l-attività hija miftuha ghal dawk kollha ’l fuq minn 13-il sena.

Migbud lejn dak kollu tal-biza’

Bqajt nahseb fuq li kien ghadu kif qalli li jhobb films tal-biza’ u dak kollu li jbezza’ – basta jkunu tajba. Persuni ohra, fosthom jiena stess nibzghu, ahseb u ara li nfittxu affarijiet tal-biza’. B’hekk staqsejt lil Patrick kif jirnexxielu jingibed lejn dak kollu li jbezza’ u fuq kollox x’jaffaxinah fihom.

 

“Film tal-biza’ ghandu l-ewwel haga ikollu plot tajjeb, mhux necessarjament kollu dmija, jew vjolenza. Infatti kien hemm hafna films li kienu iktar ibbazati fuq qtajja milli fuq dmija u vjolenza u kienu hafna iktar iwahhxu minn films ohra.

 

Hemm ukoll certu fatturi kulturali, per ezempju, dak li jbezz’a lilna mhux necessarjament ser ibezza’ kulturi ohra, u vici-versa, minhabba kultura socjali, u mod ta’ kif wiehed jitla’ bil-valuri tieghu. Hemm ukoll fattur interessanti iehor li forsi qed nanalizzah issa stess huwa - ghost stories.

 

Jekk temmen fihom iktar ser timpressjona ruhek, imma jekk tkun forsi ma temminx, difficli li film bhal dak ser ibezzghek.

 

Issa jien nara l-biza’ minn aspett differenti. Il-biza’ reali llum il-gurnata hija li tara monstru jtik qatgha? Ma nahsibx!! Il-biza’ reali huma gwerer, rivolti, pajjizi Ewropej li qed ifallu, l-faqar li fil-verità qed jikber u mhux jitnaqqas, il-materjalizmu li kull ma qed jaghmel ikompli jizdied, u ovvjament meta jasal il-biza’ tal-kont tad-dawl. Nahseb kulhadd jghid ajma x’qatgha”, spjegali b’mod tant dettaljat Philip.

 

Madankollu xorta hemm xi affarijiet li Patrick jibza’ minnhom, imma imbaghad malajr jirrealizza li l-biza’ ttih il-kuragg. “M’hemmx haga wahda biss li nibza’ minnha, u ovvjament hemm livelli ta’ biza’, però iva jtuni iktar kuragg,” rega’ sahaq mieghi.

 

Il-hajja ta’ Patrick hija bazikament imdawwra bid-drama. Izda ridt inkun naf kif ihobb jirrilassa ruhu u b’sorpriza qalli li ma tantx jaf kif. “Ma nafx! Skuzani imma ma nafx! Mohhi hemm imur. Però drama hija kelma vasta. Jien wara kollox ghandi business tal-entertainment li mhux bilfors huwa drama biss. Forsi hekk niftie-hem ahjar,” tbissem jghidli Patrick, fejn allura stajt nifhem li xogholu huwa mod ta’ divertiment personali ukoll.

 

Fl-ahharnett Patrick qasam xi punti mieghi dwar is-sitwazzjoni tad-drama f’Malta. “Wiehed irid jifhem li meta tkun full-timer, trid tvarja l-entertainment li toffri minhabba li Malta hija digà riskju kbir li tahdem f’dan il-qasam biss, minhabba c-cokon tal-pajjiz.

 

Bhalissa iktar nista’ nghid li hawn hafna affarijiet li tjiebu minn kull angolu, u dan grazzi ghall-interess li hawn, li n-nies jiehdu din id-dixxiplina fuq livell iehor.

L-unika haga li ddejjaqni hija n-nuqqas ta’ finanzi ghal dan is-settur, specjalment biex jithallsu l-atturi li jaghmlu sieghat twal jahdmu,” temm jghidli.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
18C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata