Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Risposta nkredibbli

E-mail Print PDF
Share

agius_decelis_anthonyDan l-ahhar ghamilt mistoqsija parlamentari lill-Ministru tas-Sahha Joe Cassar dwar jekk ghandux pjanijiet biex il-mod kif qed jigu ttrattati pazjenti li jkollhom bzonn li jidhlu l-Isptar Mater Dei u jispiccaw ghal hin twil jistennew fuq stretcher, tinbidel is-sitwazzjoni ta’ dawn il-pazjenti u jibdew jinghataw iktar dinjità milli fil-fatt qeghdin jinghataw.”

F’kaz li ma smajtx l-ahbarijiet halli nghidlek x’risposta tani l-Ministru li ma stahax jghidli li l-pazjenti li jiddahhlu fl-Isptar Mater Dei kollha jigu trattati b’mod dinjituz u dejjem jinghataw sodda irrispettivament mic-cirkostanzi!

 

Meta smajt din it-twegiba bqajt imbellah! Mhux ta’ b’xejn li qam il-Kap tal-Oppozizzjoni u staqsieh jekk kienx qed jghid li mhux qed ikun hemm pazjenti li jdumu sighat konsiderevoli jistennew fuq stretcher sakemm jinghataw sodda? Il-Ministru, ghal darba ohra rega’ rrepeta l-istess risposta li kien ta lili !

 

L-ewwel haga li nghidlu lill-Ministru Cassar hu li kulma ghamel b’dik ir-risposta kien li ipprova jghaddi biz-zmien lil dawk li lesti jibilghu l-imzazen li spiss ibellghulhom certi ministri, inkluz il-prim ministru.

 

Li ma qalx il-Ministru Cassar kien kemm pazjenti gieli jdumu jistennew fuq stretcher sakemm jinghataw sodda! Mur obsor li fl-ahhar jinghataw sodda. Tant hu hekk, li wara biss erbat ijiem il-Ministru Cassar ammetta li gieli jkun hemm pazjenti li jdumu bejn 20 u 30 siegha sakemm jinghataw sodda f’sala!!

 

Issa ma nafx kemm hawn nies f’pajjizna li ma semghux bid-dizorganizzazzjoni oganizzata li hemm fid-Dipartiment tal-Emergenza tal-Isptar Mater Dei. Dan mhux minhabba xi nuqqasijiet tat-tobba, infermieri u staff iehor, izda minhabba n-nuqqas ta’ spazju u sodod li hemm fl-Isptar Mater Dei minhabba ppjanar hazin. U minhabba n-nuqqas ta’ tobba, infermieri u staff mediku iehor, li ghal dan in-nuqqas ma jahti hadd hlief il-Gvern Nazzjonalista

 

Min jaf dawk li semghu dik ir-risposta tal-ministru u jew huma stess, jew xi hadd mil-familjari taghhom, ghadda mil-esperjenza xejn dinjituza li titpogga fuq stretcher ghal sighet twal – kulltant anke aktar minn gurnata. Jew tispicca f’xi kuridur bla ebda privatezza ta’ xejn, kemm ghaddewlu rimarki f’qalbhom lil Joe Cassar! Din hi d-dinjità li ghidt li kull pazjent qieghed jinghata?!

 

X’juri dan kollu? Ikompli jikkonferma li dawn in-nies li ilhom tant snin fil-poter, tant saru insensittivi ghat-tbatija tan-nies, li ma jiddejqu xejn jinsulentaw l-intelligenza tal-poplu Malti, bir-risposti li jaghtu fil-Parlament !

 

Problema ohra li tolqot eluf kbar ta’ nies, hija l-iskarsezza ta’ certi medicini fl-ispizeriji tal-Gvern. U l-prezzijiet tal-medicini f’Malta, li minkejja li gieli nisimghu b’xi rohs fil-prezz ta’ xi medicini, il-prezzijiet f’Malta ghadhom xorta wahda ferm gholjin meta tqabbilhom ma’ prezzijiet ghall-istess medicini kif jinbieghu f’pajjizi fejn il-livell ta’ ghixien – pagi, salarji u pensjonijiet – huma bejn wiehed u iehor simili ghal ta’ pajjizna.

 

Biex ikompli jipprova jikkonvinci lill-poplu kemm qed jorhsu medicini, dan l-ahhar is-Segratarjat Parlamentari ghall-Konsumatur ippubblika avviz/reklam fil-gurnali fejn inkiteb b’ittri kbar hafna “166 medicina irhas!” Malajr indunajt li din il-lista mhiex xi lista gdida ta’ medicini li regghu rohsu minbarra dawk li digà rohsu, izda hi lista tal-medicini kollha li rohsu minn meta bdew jorhsu xi medicini!

 

Nistieden lis-Segretarju Parla-mentari Chris Said biex jippubblika n-numru ta’ medicini li nimpurtaw f’Malta, halli naraw x’kien percentwal ta’ medicini rohsu!

Dan is-suppost rohs jikkonferma li hallejtu ghal kwazi kwart ta’ seklu l-konsumaturi Maltin u Ghawdxin litteralment jinsterqu.

 

Dwar certi medicini li suppost rohsu, hemm medicini li minkejja li rohsu, ghadhom ferm oghla minn pajjizi ohra fejn il-livell ta’ ghixien hu bhal jew vicin taghna. Per ezempju, rajt li l-medicina ZOCOR 20 mg. qed tinbiegh f’pajjizna, wara li rohsot, ghall-prezz ta’ €24.77, meta, kif urieni habib tieghi, din l-istess medicina xtrawha €3 biss minn pajjiz iehor!

Anki n-numru ta’ medicini li rohsu hu ferm inqas minn 166. Ghax, per ezempju, l-istess medicina tinbiegh f’ammont ta’ milligrammi differenti – kif jinbieghu hafna mill-pilloli – dawn ziedu kull ammont ta’ milligrammi daqs li kienu medicina kienet differenti, meta huma l-istess medicina, halli l-ammont tellghuh ghal 166 medicina!

 

Insemmi medicina wahda minn hafna – il-pilloli SIMVASTATIN – li jinghataw lil min ikollu il-cholesterol jew xaham gholi fid-demm. Kemm-il darba dawn il-pilloli kienu out-of-stock? Lanqas tghoddhom!

 

Naturalment min ghandu bzonn jiehu dawn il-pilloli jkollu jmur jixtrihom minn butu. U b’kemm il-Gvern ikun qed jiffranka mill-ispiza fuq il-medicini, ghax dik li spiza ikun ghaddieha fuq il-pazjenti li jkunu gew imgieghla jmorru jixtruhom minn buthom.

 

Tant dan hu minnu li saret haga normali li meta l-ministru isemmi l-ispiza li qed jonfoq il-gvern fuq il-medicini, insibu li din naqset konsiderevolment. U zgur li tonqos jekk spiss jisparixxu numru ta’ medicini u l-pazjenti jkollhom jixtruhom huma.

 

Waqt li Lawrence Gonzi u l-Ministru Cassar jibqghu jghidu li s-servizz tas-sahha ghadu u se jibqa’ b’xejn!! Li hu zgur qed jibqghu b’xejn huma dawk il-pazjenti li jmorru jigbru l-medicini u jghidulhom li dawk il-medicini huma out of stock.

 

Dwar il-prezz tal-medicini, kull meta s-Segretarju Parlamentari Chris Said ihabbar xi rohs f’numru ta’ medicini, jaghti l-impressjoni li issa l-prezz tal-medicini f’Malta qeghdin fl-istess livell li hemm f’pajjizi ohra fl-UE.

 

Dan mhu veru xejn. U nisfida lill-Ministru tas-Sahha jew lil Chris Said biex jippubblika l-prezzijiet ghall-istess medicini li jkun rohsu f’Malta mal-prezz li jezisti ghall-istess medicini li hemm f’dawk il-pajjizi fejn il-livell tal-hajja, pagi, salarji u pensjonijiet huma qrib hafna jew l-istess bhal f’pajjizna.

 

Habib tieghi kellu bzonn jixtri medicina li tintuza fit-trattament ta’ moffa taht id-dwiefer tas-saqajn. F’Malta din il-medicina (nitfa’ ta’ vazett) tiswa €69.76. Billi kien se jsiefer ftit jiem wara, stenna biex jara kemm tiswa f’Barc-ellona.

 

Minn Barcellona sab l-istess medicina u l-unika differenza kien l-isem tad-ditta. Minn Barcellona xtara din il-medicina ghall-prezz ta’ 18 Ewro!! Kien hemm ukoll il-kaz klassiku tal-medicina Zocor li kienet rohsot f’pajjizna minn €34 ghal €24. Izda habib iehor tieghi kien qalli li kienu xtrawha minn Istanbul ghal prezz ta’ €3!

 

Kemm se jdum il-poplu Malti u Ghawdxi jhalli lil dawn in-nies insensittivi ghall-ugigh u t-tbatijiet tieghu, jibqghu jghadduh minn ghajn il-labra?!

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
18C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata