Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Arroganza fl-aqwa taghha

E-mail Print PDF
Share

farell_gazzettiKulhadd sema’ lill-gvern f’dawn l-ahhar gimghat jiftahar bl-istatistika tat-turizmu ghas-sena li ghaddiet.

 

Nghiduha kif inhi. Bin-numri u bl-istatistika, il-gvern ghandu biex jiftahar. Hadd ma jista’ jichad li s-sena l-ohra kellna numru rekord ta’ turisti, qattghu aktar iljieli f’pajjizna, u nefqu izjed. Hekk jirrizulta mill-istatistika mahruga mill-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika.

Minkejja dan, izda, l-operaturi fil-qasam tat-turizmu - il-lukandiera, sidien ta’ restoranti u bars, kif ukoll sidien ta’ hwienet bhal tas-souvenirs ecc, qeghdin jghidu li l-qligh taghhom m’huwiex juri l-progress li wiehed jistenna meta jisma’ l-ftahir tal-gvern.

U jekk il-gvern ihoss li ghandu biex jiftahar, hekk ukoll l-operaturi fil-qasam tat-turizmu ghandhom ragun jghidu, fi ftit kliem, li l-qligh taghhom m’huwiex wiehed sodisfacenti.

Ma tridx tkun gharef wisq biex tghid li ghandhom ragun. Ghax il-qligh taghhom qieghed jittiekel mill-ispejjez, specjalment dawk imposti mill-gvern innifsu, fosthom iz-zidiet fil-prezzijiet tal-fjuwil u l-gass, kif ukoll iz-zieda fil-VAT.

Minkejja dan, il-Ministru Tonio Fenech, il-ministru li huwa responsabbli mill-finanzi u mill-Enemalta, u allura, flimkien mal-Prim Ministru Lawrence Gonzi, huwa l-mohh wara dawn iz-zidiet, hareg jiddubita dak li qeghdin jghidu l-operaturi fil-qasam tat-turizmu.

Anzi nahseb li hafna, bhali fehmu, li l-messagg li Tonio Fenech ried iwassal kien li dawn m’humiex qeghdin jghidu l-verità, li qeghdin jaqilghu hafna aktar milli qeghdin jghidu, tant li donnu tahom x’jifhmu li mhu se jiddejjaq xejn izidilhom il-pizijiet permezz tat-taxxi.

Ghalija din hija arroganza fl-aqwa taghha. Hija arroganza ghax Tonio Fenech imissu jaf sewwa xi qligh qeghdin jaghmlu, u allura m’ghandux ghalfejn jixhet dubji dwarhom. U rridu nzommu f’mohhna li hafna minn dawn zgur li m’humiex xi Laburisti!

Zgur li hadd ma jista’ jakku-zahom li qeghdin jghidu dak li qeghdin jghidu bi skop politiku.

Qatt ma bsart

F’dawn l-ahhar gimghat, smajt u qrajt kummenti minn diversi nies dwar is-siwi tal-politika ta’ newtralità u non-alinjament li jhaddan pajjizna, grazzi nghid jien, ghall-vizjoni tal-gvern Laburista tas-snin sebghin u tmenin immexxi minn Dom Mintoff. Dawn il-kummenti smajthom mhux biss minn nies li jappoggjaw lill-Partit Laburista, u allura wiehed kien jistennihom.

Smajthom ukoll minn nies li kienu u ghadhom Nazzjon-alisti, imma li ghandhom il-kuragg l-iswed jghidulu iswed, u l-abjad jghidulu abjad.

Izda qatt ma bsart li kumment simili kien se jinghad minn Ambaxxatur Amerikan ghal Malta.

Ghalhekk kont sorpriz mhux ftit meta fil-gazzetta (The Times) tat-12 ta’ April l-Ambaxxatur Amerikan Douglas Kmiec kien ikkwotat jghid li anke issa qieghed jifhem il-valur li jkun hemm stat mhux alinejat. Tajjeb li niftakru li meta kien ha l-hatra tieghu f’Malta, dan l-istess ambaxxatur ma kellux kummenti favorevoli ghall-politika ta’ newtralità li jhaddan pajjizna.

Hela ta’ flus

Wahda mill-affarijiet li nhobb naghmel meta nsib il-hin, hija li nidhol fis-sit tal-Parlament u noqghod naghti daqqa ta’ ghajn lejn l-interpellanzi. Naghmel dan ghax mill-interpellanzi, johrog diversi taghrif interessanti.

Ikunu diversi l-mistoqsijiet li jolqtuni, imma ovvjament mhux possibbli li nikkummenta fuq kull wahda minnhom, ghax kieku ma nispicca qatt.

Mistoqsija li laqtitni dan l-ahhar kienet dik maghmula mid-Deputat Laburista Joe Mizzi lill-Ministru tas-Sahha. Jidher li fl-isptar Mater Dei kien sar survey dwar il-kwalità tal-ikel fil-canteen tal-istaff tal-istess sptar. Joe Mizzi talab lill-ministru jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-rapport dwar dan is-survey.

Min-naha tieghu, il-Ministru Joseph Cassar tghidx kemm fahhar l-inizjattiva li ttiehdet biex sar dan is-survey bil-ghan fi kliemu li “jitjieb l-ikel u forsi anke s-servizz fil-canteen tal-istaff”.

Minkejja dan, il-Ministru Joseph Cassar xorta ma poggiex ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra. U tafu ghaliex? Ghax is-survey ma sarx b’mod xjentifiku mija fil-mija.

Mela sewwa. L-ewwel nordnaw li jsir survey, imbaghad meta dan isir nindunaw li ma jkunx sar b’mod xjentifiku, u allura r-rapport li johrog mill-istess survey ma naghtux kasu.

Ghalija dan mhu xejn ghajr hela ta’ hin - u hela ta’ flus.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
18C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata