Sentenzi mohbija
Il-website tal-Ministeru tal-Gustizzja tinkludi wkoll is-sentenzi u anki l-verbali tas-seduti tal-Qrati. Fil-fehma tieghi jekk il-Gvern u l-Qrati huma zewg pilastri separati u indipendenti minn xulxin fil-qafas kostituzzjonali tal-pajjiz, ma jaghmilx sens li s-sentenzi u l-verbali tal-Qorti jixxandru fuq il-website ta’ ministeru tal-Gvern u mhux fuq il-website tal-gudikatura tal-pajjiz.
Dan jghodd kemm bhala punt ta’ principju u aktar u aktar meta wiehed josserva kif certi affarijiet jahdmu fil-prattika f’dan il-pajjiz.
Ghal xi raguni inspjegabbli, meta tinghata xi sentenza b’konsegwenzi politici li jistghu jkunu imbarazzanti ghall-gvern, dat-tip ta’ sentenzi ma jittellghux fuq il-website jew idumu biex jittellghu. Proprju hekk gara fil-kaz ta’ Gregory Brincat ta’ S & R Handaq, li kellu jirrizenja minn Vici-Sindku Nazzjonalista tas-Swieqi wara li nstab hati ta’ korruzzjoni relatata mal-iskandlu ta’ frodi fid-Dipartiment tal-VAT. Is-sentenza li nghatat fil-konfront tal-ahwa Brincat damet xi hmistax -il gurnata ma ttellghet fuq l-internet u dan meta 99% tas-sentenzi li jinghataw mill-qrati, jittellghu mill-ewwel fuq l-internet.
L-istess gara ftit tal-jiem ilu meta nghatat is-sentenza kontra Peter Callejja li kien elett f’isem il-PN fil-Kumitat Amministrattiv ghall-hamlet tal-Maddliena. Calleja li nstab hati ta’ korruzzjoni dwar xi kuntratt ta’ servizzi lill-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema, minkejja li s-sentenza kontrih inghatat fit-3 ta’ Ottubru, aktar minn gimghatejn wara, din is-sentenza kienet ghadha mhijiex disponibbli fuq il-website tal-Ministeru tal-Gustizzja.
Il-Prim Imhallef jaghmel sew jekk jiehu nota ta’ dan.
Kukkanja
Mill-programm Inkontri tat-Tnejn li ghadda hargu diversi punti interessanti, ewlenin fosthom illi skont Jeffrey Pullicino Orlando “Bondiplus huwa fabbrika tal-qerq” u skont John Dalli Bondiplus kien jifforma parti minn kukkanja pprogrammata biex taghfas ghar-rizenja tieghu abbazi ta’ rapport falz iffabbrikat minn wiehed li kien jifforma parti mit-tim tal-produzzjoni ta’ Bondiplus u li llum jinsab il-habs.
Tan-NET TV meta attaparsi rrappurtaw x’ghadda waqt dan il-programm Inkontri, hargu jghidu li sar attakk qawwi fuq il-ONE kontra l-WE, imma ma semmew xejn mill-kritika qawwija li saret kontra Lou Bondi minn JPO deputat Nazzjonalista u mill-eks Ministru Nazzjonalista John Dalli.
Censura stil faxxista kontra esponenti tal-partit taghhom stess, imbasta jiddefendu lil tal-Kukkanja.
Peppi Bondi Station (PBS)
Konferma ohra ta’ kemm il-PBS (Peppi Bondi Station) gie highjacked minn Nazzjonalisti huwa l-mod mill-aktar partiggjan li bih it-tmexxija prezenti tal-PBS, l-eks kap tan-NET TV u l-arci-Nazzjonalist Natalino Fenech qeghdin iwiegbu ghall-kritika tal-Partit Laburista fil-konfront tal-Where’s Everybody? Twegibiet tal-misthija li mhumiex denji ta’ risposti li ghandhom jinghataw minn ufficjali pubblici li huma mhallsin minn fondi pubblici tat-taxpayers Maltin kollha.

Terga’ u tghid Anton Attard waqt il-programm Inkontri tat-Tnejn li ghadda ma sab l-ebda diffikultà jperrec kuntratt li kellu Godfrey Grima xi snin ilu dwar ir-rapport tat-temp tal-PBS, imma xorta baqa’ jzomm mohbija l-kuntratti li ghandhom il-Where’s Everybody? mal-PBS.
Attard qal illi Xarabank m’huwa qieghed jigi jiswa xejn lill-PBS meta l-mistoqsija ma kinitx dik imma kemm qeghdin idahhlu ezattament il-WE minn Xarabank u l-kumplament tal-programmi li ghandhom fuq il-PBS.
Mill-banda l-ohra bqajna ma sirnix nafu x’qieghed jigi jiswa Bondiplus ghall-Peppi Bondi Station jew ghandux l-istess arrangamenti li ghandu Xarabank.
Planting
Wara l-kaz ta’ hacking ta’ korrispondenza privata bejn il-Kap tal-Oppozizzjoni u gurnalista tal-RTK, li hija t-tieni gurnalista bl-impjieg taghha mhedded f’temp ta’ ftit granet, bhala parti mill-ispin tan-Nazzjonalisti smajna hafna jidwu l-kliem ‘planting’ u ‘ippjantar’. Irid ikollok daqxejn tal-immaginazzjoni fertili biex tasal biex tghid li Joseph Muscat jista’ jippjanta n-nies tieghu fil-PBS jew fit-Times. Imma ghall-mument erhina minn dan. Ftit taz-zmien ilu, f’artiklu li kien kiteb ghall-gazzetta It-Torca, Alfred Sant kien qal li fost l-affarijiet interessanti li kien sab hekk kif kien dahal Kastilja bhala Prim Ministru fl-1996, kien sab li kien hemm linja diretta, point to point bejn l-ufficcju tas-Segretarjat tal-Prim Ministru Fenech Adami u l-gazzetta The Times.
Dak zgur ‘planting’ u wiehed permanenti wkoll.

| < Prev | Next > |
|---|






