Illum ikun qed jigi tmiemu l-ewwel kungress regjonali ghal Ghawdex. Kungress li holoq forum gdid fi hdan l-istrutturi tal-partit li jiffoka fuq it-tfassil tal-politika regjonali ghal Ghawdex. Opportunita’ ghall-Partit Laburista biex ihares aktar mill-qrib lejn dawk li huma l-prioritajiet u l-htigijiet ewlenin ta’ dan ir-regjun tant importanti ghal pajjizna.Ghawdex ghandu karatteristici partikolari u biex issehh tmexxija tajba ghal Ghawdex jehtieg li tkun imfassla u mwettqa politika regjonali li sservi biex ir-regjun u l-poplu tieghu jimxi ‘l quddiem.
Il-Partit Laburista jemmen li r-regjun ta’ Ghawdex jehtieg attenzjoni partikolari. Ghalhekk hemm bzonn li jkun hemm azzjoni li tinbena’ fuq vizjoni li taghti direzzjoni gdid ghal dan ir-regjun. Dan il-kungress huwa opportunita’ biex niddiskutu dak li huwa tant mehtieg ghal dan ir-regjun kif wkoll dak li nistghu nwettqu biex insahhu u ntejjbu l-kwalita’ tal-hajja fir-regjun ta’ Ghawdex.
Matul din is-sena, il-Partit Laburista fisser il-mira li fassalna biex naghmlu lil pajjizna, il-pajjiz kif jixraq lil uliedna. Mira li rridu nilhqu permezz ta’ tmexxija li tkun ghaqlija. Tmexxija li taghzel il-prioritajiet fl-ahjar interess ta’ pajjizna u fl-ahjar interess tal-familji Maltin u Ghawdxin.
Il-kungress regjonali hares mill-qrib lejn dawk li huma il-htigijiet ta’ Ghawdex biex infasslu politika li titwettaq u taghti l-ahjar ghal dan ir-regjun. Politika li temfasizza l-htiega ta’ holqien ta’ aktar xoghol f’Ghawdex, li sservi biex titjieb il-kwalita’ tal-hajja tal-Ghawdxin, li sservi ghal aktar investiment fiz-zghazagh Ghawdxin filwaqt li jithares il-wirt Ghawdxi.
Dawn l-ghajnijiet jistghu jintlahqu u jehtieg li jintlahqu imma dan kollu jista’ jsir jekk Ghawdex jinghata direzzjoni gdid. Direzzjoni li tindirizza l-prioritajiet tal-familji u dak li huwa mehtieg ghal dan ir-regjun li thalla jaqa’ lura.
Il-fatti juru li Ghawdex ghandu bzonn ta’ aktar impenn li joholoq aktar xoghol f’Ghawdex u xoghol ta’ kwalita’ ahjar. Ghawdex jista’ jkun regjun li fih jinholoq xoghol li jkun kontribut importanti ghall-ekonomija Maltija. Il-fatti juru li dan mhux qieghed isehh u ghalhekk f’dan ir-rigward hemm bzonn ta’ direzzjoni gdida.
Meta wiehed jara n-numru ta’ zghazagh Ghawdxin li jahdmu f’Malta, wiehed jifhem kemm huwa mehtieg li jitkattar ix-xoghol f’Ghawdex. Iz-zghazagh Ghawdxin qed ikollhom iffittxu xoghol f’Malta ghax m’ghandhomx alternattiva ohra. Mhux iz-zghazagh biss, izda hafna Ghawdxin qed ikollhom jifittxu xoghol f’Malta meta hemm hafna opportunitajiet li qed jintilfu li bihom jista’ jinholoq aktar xoghol f’Ghawdex.
F’Ghawdex huwa mehtieg li jsir investiment gdid li jattira aktar turizmu. Turizmu ta’ kwalita’ li jiggenera aktar impjiegi. Ir-regjun ta’ Ghawdex ghandu hafna x’joffri biex aktar turisti izuru din il-gzira matul is-sena kollha. Bl-istess mod jehtieg li jinholqu aktar industriji godda f’Ghawdex billi jigi attirat investiment gdid bil-ghan li jinholqu aktar impjiegi ta’ kwalita’.
Matul il-kungress kellna l-opportunita li naraw wkoll liema huma dawk is-servizzi li jehtieg li jizdiedu jew li jissahhu f’Ghawdex biex titjieb il-kwalita’ tal-hajja ghall-Ghawdxin. Qasam li jehtieg attenzjoni huwa s-settur tas-sahha li f’Ghawdex thalla jaqa’ lura. Hemm diversi servizzi tas-sahha li jistghu jinghataw f’Ghawdex izda l-gvern naqas milli jiehu l-azzjoni mehtiega b’detriment ghall-Ghawdxin li m’ghandhomx dawn is-servizzi f’dan ir-regjun.
Tinhass aktar il-htiega li jsir investiment akbar fiz-zghazagh Ghawdxin partikolarment fil-qasam tal-edukazzjoni. Hemm il-htiega li f’Ghawdex isir investiment ta’ aktar strutturi edukattivi biex l-opportunitajiet ta’ edukazzjoni f’Ghawdex jitkattru.
Il-Kungress Regjonali ghal Ghawdex li jigi fi tmiemu llum, huwa opportunita’ li fuqha l-Partit Laburista se jkompli jfassal u jibni politika ghal dan ir-regjun biex fil-gejjini, dan ir-regjun isir kif jixraq lil uliedna.
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|






