Korrispondenza privata bl-email bejn il-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat u gurnalista tal-RTK, spiccat ghand Nathaniel Attard, il-Kap tat-Taqsima Ahbarijiet ta’ NET TV, l-istazzjon tal-partit fil-gvern.
Attard f’nifs wiehed qieghed jghid li dawn l-emails inghataw lilu in printed form u fl-istess hin qieghed jghid illi dawn l-emails inkisbu b’mod legali u mhux permezz ta’ hacking. Naturalment jekk waslu ghandu b’forma stampata, dan ma jistax jahlef ghal min ghaddiehomlu, jekk dan kisibhomx b’mod legali jew le.
Il-Kap tal-Oppozizzjoni, min-naha tieghu talab lill-Ispeaker tal-Parlament biex jinvestiga jekk dan kienx kaz ta’ hacking u ta’ spjunagg politiku.
Dan anki fl-isfond ta’ allegazzjonijiet serji ohra li saru fil-passat, anki dak recenti, ta’ tapping tat-telephone, u anki ta’ spjunagg bi sfond politiku. L-aktar kaz recenti jkun dak tad-deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando u tad-deputat Laburista Evarist Bartolo, li fis-suppost investigazzjoni li segwit ir-rapport li ghamlu dwar l-ittappjar tat-telephone taghhom, l-eks Imhallef Frank Camilleri, inkarigat mis-sovraintendenza fuq is-servizzi tas-sigurtà, lanqas biss indenja ruhu jisma’ x’kellhom xi jghidu dawn iz-zewg deputati, qabel ma kkonkluda li dan ma kienx kaz ta’ tapping.
Dan biex ma nsemmix ukoll dak li kien gara ftit qabel l-elezzjoni li ghaddiet meta informazzjoni sensittiva minn fajls tal-gvern, anki b’dettalji personali medici, b’abbuz ta’ poter giet leaked bhala parti minn pjan ta’ assassinju ta’ karattru.
Il-kaz li tqajjem minn Dr. Muscat kmieni din il-gimgha jista’ jinvolvi ksur ta’ diversi ligijiet tal-pajjiz, fosthom il-Kodici Kriminali, l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data, u l-Att dwar ix-Xandir safejn jirrigwardja l-harsien tal-privatezza tal-individwu.
Il-Kap ta’ MediaLink facli hafna jholl dan il-misteru jekk jghid minghajr tlaqliq kif waslu ghandu dawn l-emails u hemmhekk inkunu naf jekk il-provenjenza taghhom kinitx legali jew le.
Altrimenti se jibqa’ jidwi s-suspett qawwi li din il-korrispondenza privata bejn il-Kap tal-Oppozizzjoni u l-gurnalista tal-RTK spiccat f’idejn il-media tal-partit fil-gvern permezz ta’ hacking.
Fl-isfond ta’ dan il-kaz, tezisti sitwazzjoni fattwali li qajla tirriassigurak u sserrahlek mohhok li l-affarijiet qeghdin jitmexxew b’mod sew. Ftit taz-zmien ilu mijiet ta’ passwords ta’ email accounts tal-gvern, fosthom ta’ deputati tal-Oppozizzjoni, kienu sfaw misruqa minn kompjuter fl-Ambaxxata Maltija fil-Kajr.
Terga’ u tghid, indipendentement mill-mertu tal-kaz tal-hacking imqanqal mill-Kap tal-Oppozizzjoni, illum tezisti sitwazzjoni fejn hemm imexxi l-MITA, l-agenzija tal-informatika tal-gvern, ghandek lill-eks segretarju privat tal-Ministru Austin Gatt, Claudio Grech li jifforma parti mit-tmexxija tal-Elcom, il-magna elettorali tal-PN.
Naturalment bl-ebda mod m’hu qieghed jinghad li b’Claudio Grech bhala Chairman tal-MITA qieghed ikun hemm xi forma ta’ abbuz. Imma l-istess bhalma jinghad ghall-gustizzja, li mhux biss trid issir imma trid tidher li qeghdha ssir, l-istess ghandu jghodd ghal Claudio Grech li mhux biss m’ghandux ikollu konflitt ta’ interess bejn ir-rwol pubbliku u r-rwol politiku tieghu, imma jrid jidher ukoll fil-percezzjoni pubblika li m’ghandux dan it-tip ta’ konflitt.
Qieghed jinghad mill-Kap tal-istazzjon Nazzjonalista Nath-aniel Attard illi l-emails inkwistjoni gew ippubblikati fl-interess pubbliku, li kien sahansitra jiggustifika li jinkiser id-dritt tal-privatezza.
Skont il-Partit Nazzjonalista il-pubbliku kellu dritt ikun jaf li Dr. Muscat ta parir lil Sabrina Agius biex minkejja d-diffikultajiet li kienet qed tiffaccja, tibqa’ fin-newsroom tal-RTK u ghax wara qalilha biex tapplika mal-PBS. Naturalment in-Nazzjonalisti jridu jdawru l-ispin li Joseph Muscat ried jimpjanta n-nies tal-fiducja tieghu fil-media ‘indipendenti’.
Tabilhaqq li l-ispizjar u anki dawk li kienu jishru l-iljieli fi Strada Stretta milli jkollhom jaghtuk. Mhux biss ghax ghal xi zmien kellek lil Lou Bondi jipprezenta l-progammi fuq il-PBS meta kien Direttur Infor-mazzjoni tal-PN, imma llum ghandek Nazzjonalisti militanti bhal Anton Attard, Natalino Fenech u Joe Pirotta jmexxu l-PBS. Ghandek eks gurnalist tan-NET, eks gurnalista ta’ Radio 101 u eks PRO tal-Ministru George Pullicino fin-newsroom tal-PBS; ghandek lill-eks Ministru Nazzjonalista Josef Bonnici jmexxi l-Bank Centrali; ghandek lil Claudio Grech jmexxi l-MITA; ghandek lil dak li kien PRO ta’ Gonzi f’Kastilja, Alan Camilleri jmexxi l-Malta Enterprise; ghandek lill-eks Segretarja Parlamentari Nazzjonalista Helen Damato Kummissarju tat-Tfal li ndahlet fejn ma kienx jesahiex fil-kampanja tad-divorzju; ghandek lil eks gurnalista tan-NET TV tmexxi n-newsroom tal-RTK; ghandek lil dak li sa ftit tal-granet ilu kien President tal-Kunsill Amministrattiv tal-PN, Pierre Portelli, qieghed imexxi l-breakfast show tal-PBS fis-sena ta’ qabel l-elezzjoni.
Imbaghad bil-wicc tost kollu jigu l-ispizjara Nazzjonalisti u jrid jbelghuha lin-nies li Joseph Muscat ipprova jippjanta n-nies tieghu fit-Times u l-PBS meta huma ghamlu pjantaggjonijiet shah ta’ Nazzjonalisti sfegatati li bil-manipulazzjoni u bis-sistemi ta’ mind control taghhom fuq il-PBS qeghdin jaghmlu parodija mid-demokrazija f’dan il-pajjiz.

Minn Osservatur
,
October 23, 2011 | < Prev | Next > |
|---|






