Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

It-tmiem ta’ Gaddafi

E-mail Print PDF
Share

george_salibaWara 42 sens ta’ tmexxija, spiccat it-tmexxija tal-Kurunell Gaddafi. Ma tantx spiccat tajjeb, anzi spiccat hazin hafna. Jien nixtieq naghmel ftit riflessjonijiet sew fuq il-bidu, it-tmiem ta’ Gaddafi kif ukoll fuq il-futur tal-Libja.

 

Il-bidu kien tajjeb, il-Libja kien pajjiz fqir li kien jesporta l-iskart tal-metall u beda jesporta xi ftit zejt. Kien zmien fis-sittinijiet fejn il-kumpanniji taz-zejt jaghmlu qligh kbir, filwaqt li l-pajjizi li kellhom iz-zejt kienu jiehdu xi ftit kummissjonijiet u daqshekk.

Kienu Gaddafi u Jalloud li introducew sistema fejn dahlu ftehim gdid, dak ta’ “producting sharing”, jigifieri il-pajjiz li ghandu z-zejt ikun imdahhal ukoll fil-bejgh taz-zejt.

Gaddafi kien ukoll il-bniedem li ghalaq il-bazijiet militari fil-Libja u beda jiehu pozizzjoniijet favur l-aspirazzjonijiet tal-poplu Gharbi. Dawn huma fatti li ma jistghux jigu michuda. Bhal ma jistax jigi michud il-fatt li fil-bidu l-poplu Libjan gawda aktar mit-tqassim tal-gid tal-pajjiz.

screen_shot_2011-10-22_at_17.06.05Maz-zmien Gaddafi beda jizbalja u jizbalja bil-kbir. F’dik li hija politika barranija beda jindahal fl-Afrika, jaghti ghajn-una sew ekonomika u militari lil dawk li hu kien jahseb li ser jimxu fuq il-linja, sew f’dik li hija politika interna u sew f’dik li hija politika barranija.

Kienu whud minn dawn il-pajjiz li wzaw lil Gaddafi, però wara la hu u lanqas il-Libja ma hadu xejn. Kien bl-istess mod li beda jindahal fl-Afrika billi jaghti l-appogg militari tieghu f’konflitti interni, li ghal-Libja fil-fatt ma kienux daqshekk importanti.

Apparti minn dawn l-avventuri, beda ukoll kampanja ta’ qtil ta’ dawk il-Libjani li kienu kontra r-regim u li kienu jghixu barra mil-Libja.

Fil-Libja stess ma halla l-ebda oppozizzjoni u min kien kontrih, spicca maqful f’habs jew aghar minn hekk mejjet. Beda wkoll jidhol f’azzjonijiet terroristici, u ghalkemm jien ghandi d-dubji tieghi dwar Lockerbie, huwa fatt ippruvat li kien Gaddafi u n-nies tieghu li waqqghu ajruplan tal-UTA fic-Chad.

Fil-Libja stess il-korruzzjoni bdiet tikber b’mod fenomenali; ma kienx iktar commission ta’ 15%. Jien niftakar laqgha ma’ xi hadd li kellu konnessjonijiet tajba fil-qasam taz-zejt, li hekk kif beda l-meeting introduca ruhu b’dan il-mod “jien ma nahdimx ghall-15%, mieghi trid taccetta 50%.” U dan qalu quddiem numru ta’ persuni.

Ovvjament kien wiehed minn tal-klikka. Staghnew tal-klikka u t-tfal tal-Kurunell, b’mod li dejqu lil kulhadd.

Mhux talli ma tqassamx il-gid, talli dan l-ahhar kont tara tallaba f’hafna postijiet, barra banek, moskej, shopping complexes u ufficini. Donnu z-zmien twil fil-poter igib mieghu arroganza. Nahseb li dan ma jghoddx biss ghal-Libja. It-tgergir kont tisimghu kullimkien u ma tantx kien ghadu fil-mohbi.

Ta’ min jghid ukoll li Gaddafi xejn ma kien hanin ma’ dawk li kienu kontrih, mwiet u torturi kienu komuni u dan mhux issa. Dawn l-affarijiet ilhom maghrufa.

Jien niftakar fl-ahhar tas-snin 80 kont ikla ghand l-Ambaxxatur Franciz u l-mara tal-Ambaxxatur kienet qed tghid kif bil-lejl kienu jisimghu in-nies jokorbu u jghajtu waqt li qed jigu ittorturati.

Wiehed minn dawn ic-centri kien proprju biswit ir-residenza tal-Ambaxxatur Franciz.

Fejn tidhol Malta, Gaddafi nistghu nghidu li ttratta tajjeb maghna. Apparti l-kwistjoni taz-zejt, Gaddafi ried li jzid in-negozju ma’ Malta anke kontra x-xewqa ta’ nies ta’ madwaru. Nasal biex nghid li kellu bzonn il-mexxejja godda Libjani jittrattaw lil Malta bhal ma ghamel Gaddafi.

Jekk il-kwistjoni tat-thaffir taz-zejt hija indikazzjoni, nista’ nghid li ma tantx ser naraw differenza. Kelliem tal-Gvern tranzitorju digà qal quddiem il-Prim Ministru Gonzi, li dawn huma affarijiet teknici u jridu jkunu t-teknici taz-zewg pajjizi li jaslu ghal xi ftehim.

Fl-ahhar nett nixtieq nikkummenta fuq it-tmiem tal-Kurunell. Jekk dawn huma l-metodi li bihom ser jimxi il-Kunsill Tranzitorju u jekk ser ihalli dawn il-metodi, allura nista’ nghid li bdejna hazin ferm.

J’alla ma jkunx hekk. Nisten-new u naraw.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
18C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata