Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Leighton Grech super sostitut

E-mail Print PDF
Share

img_1661Zewg gowls fi spazju ta’ zewg minuti mis-sostitut Leighton Grech meta kien ilu jilghab biss mis-86 minuta ssigillaw rebha misthoqqa ghal B’Kara fuq Hamrun Spartans.

 

L-ewwel taqsima nistghu nghidu li kwazi kellna tim wiehed biss, dak Karkariz, li b’azzjoni wara l-ohra taw x’jaghmel sew lill-gowler Hamruniz Omar Borg.

Hamrun deheru batuti u neqsin mill-motivazzjoni tant li tul it-taqsima kellhom azzjoniwahda biss denja ta’ nota. Ghalkemm l-ewwel gowl wasal minn penalty kien vantagg meritat.

Ghat-tieni taqsima Hamrun hargu ahjar, holqu l-ewwel perikli lejn il-lasti ta’ Mora izda kienu B’Kara li, kontra x-xejra tal-loghob, skurjaw it-tieni gowl. Kellna imbaghad it-tkeccija ta’ Polli li kompliet harbtet lill-Hamrunizi.

B’Kara komplew jaghfsu u lejn it-tmiem skurjaw zewg gowls ohra fil-hin mizjud.

Issa B’Kara jidher li qabdu r-ritmu biex ikunu jistghu jersqu aktar lejn fejn aktar jixraqilhom fil-klassifika.

Kif semmejna diga’ l-ewwel taqsima kienet kollha ta’ B’Kara. Wara hames minuti loghob kross ta’ Vella, xxuttja Cilia jsalva Borg f’korner.

Fl-10 minuta B’Kara fethu li skor permezz ta’ penalty meta Silva waqqa’ li Vella u mill-11-il metru TREVOR CILIA spara b’sahhtu ghal 1-0.

Fis-17-il minuta freekick ta’ Polli jmur ftit gholi.

Fit-33 minuta kross ta’ Cilia lejn Vella li minn qaghda tajba xxuttja gholi.

Fit-tieni taqsima Hamrun b’dew b’reazzjoni tajba. Fis-47 minuta pass ta’ Polli lejn Ribeiro li dahal ftit tard biex il-ballun marlu barra.

Fl-54 minuta pass ta’ Ribeiro lejn Silva li fajjar xutt li ghadda jhokk ma’ sieq il-lasta.

Fit-58 minuta Perisic anticipa lil Sammut fil-hin, qabel seta’ jixxuttja minn qaghda tajba.

Fid-69 minuta li skor isir 2-0. Kross ta’ Vella mix-xellug lejn in-naha opposta fejn dahal ANGUS BUHAGIAR li b’xutt b’sahhtu gheleb lil Borg ghat-tieni darba.

Fil-75 minuta tkecca Polli ghat-tieni karta safra.

Fis-87 minuta Avila qassam lejn Cilia li x-xutt ta’ dan habat mal-wieqfa bil-ballun jidhol lura fil-loghob u jkun ikklerjat.

Fil-91 minuta pass ta’ Buhagiar lejn Avila, li ma hax il-ballun u minflok hadu LEIGHTON GRECH li b’xutt fil-baxx ghamilhom 3-0.

Fit-93 minuta l-istess LEIGHTON GRECH ircieva minghand Sciberras, qabez lil-gowler u minn angolu difficli ghamilhom 4-0.

HAMRUN S: Borg (Cassar 72), Gacesa, Mangion (Azzopardi 72), Ribeira, Agius, Sammut, Gauci, Polli, Spiteri, Silva (Porcari 72), Camilleri. KOWC: Jesmond Zammit.

B’KARA: Mora, Cilia, Perisic, Zerafa, Decesare (Buhagiar 46), Fenech, Muscat (Tabone 77), Vella (Grech 86), Sciberras, Pereira, Avila. KOWC: Paul Zammit.

REFEREE: Chris Lautier.

PLEJER TAL-LOGHBA: Terence Vella Birkirkara.

SKURJAW: Trevor Cilia (B) 10 min, Angus Agius (B) 69 min, Leighton Grech (B) 91 u 93 min.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
18C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata