Is-Sibt 22 ta' Ottubru ra l-bidu tar-Rolex Middle Sea Race. Il-premju finali ser jinaghta s-Sibt 29 ta' Ottubru fl-12:00 fl-MCC il-Belt. It-tellieqa ser tiehu rotta kontra l-arlogg madwar Sqallija u l-gzejjer ta' Aeolia u Egadi, Pantelleria, Lampedusa u mill-kanal bejn Ghawdex u Kemmuna sakemm tispicca fil-port ta' Marsamxett. L-esperti u n-navigaturi ilkoll jaqblu li din ir-rotta hija iebsa minhabba l-varji bidliet fil-kurrent tal-bahar u tar-rih.
L-aktar bicca kumplessa tat-tellieqa huwa l-passagg dejjaq bejn l-Lvant ta' Sqallija u n-Nofsinhar ta' Calabria hekk kif huwa maghruf ghal kurrenti qawwija.
Ir-Royal Malta Yacht Club dil-gimgha kien qed jilqa' d-dghajjes fil-clubhouse ta' Ta'Xbiex, fil-marina gdida li tlestiet das-sajf. Tul dawn l-ahhar 31 edizzjoni, ir-Rolex Middle Se Race kibret u saret aktar popolari u rat 27 rebbieha minn 8 pajjizi differenti, b'2 rebhiet ghal Malta, ta' John Ripard u Christian Ripard. Ir-rebbieh tat-tellieqa jkollu l-unur jgholli t-trofew RMSR.
Dan it-trofew, maghmul mil-bronz u qluh mnaqqxa mir-ram huwa xoghol l-artist u skultur Malti Emvin Cremona. Wara 42 sena mill-holqien tat-trofew, sal-gurnata tal-llum, l-ismijiet tar-rebbieha ghadhom jigu mnaqqxa fuqu mis-Sinjuri Abela.

| < Prev | Next > |
|---|






