Wirja deludenti ghall-ahhar mit-tim ta’ Marsaxlokk li ma kienu qatt fil-partita.
Qormi mmexxija tajjeb hafna minn J Farrugia, Bartolo u Pereira, holqu diversi azzjonijiet li M’Xlokk qatt ma kellhom risposta ghalihom. Qormi li kienu gejjin minn wirja negattiva meta tilfu kontra Mqabba, bla dubju kienu tim mibdul u hadu tliet punti fuq il-mertu taghhom.
Ix-Xlukkajri deheru demoralizzati u ghandhom bzonn li jiksbu ftit tal-motivazzjoni biex jergghu jkunu dak it-tim li konna mdorrijin naraw.
Fl-ewwel minuta tal-partita Qormi mill-ewwel kellhom azzjoni perikoluza meta Pereira gab lil Nwoke wahdu quddiem il-gowler avversarju Gauci, izda dan ghamel l-impossibli u xehet barra.
Fil-hames minuta freekick ta’ J Farrugia ghal Qormi ghadda ftit barra. Minuta wara Qormi fethu li skor. Kross ta’ Bartolo, ballun fil-kaxxa, ghola PEREIRA DA SILVA u b’daqqa ta’ ras fil-baxx gheleb lil Gauci.
Fid-disa’ minuta freekick ta’ J Farrugia ghadda ftit gholi biex fit-23 minuta Marsaxlokk kellhom l-ewwel azzjoni denja ta’ nota. Xutt ta’ Obiefule salvat mil-gowler M Farrugia f’korner.
Fit-32 minuta Qormi jirduppjaw minn penalty. Licari waqqa’ lil Pereira fil-kaxxa biex mill-11-il metru JOSEPH FARRUGIA ma falliex b’xutt b’sahhtu.
L-andament fit-tieni taqsima ma nbidilx b’Qormi jkomplu jattakkaw. Fl-54 minuta azzjoni ta’ Osagie meta gera tul il-linja tal-kaxxa l-kbira u xxuttja bil-gowler Gauci jsalva f’korner.
Fis-56 minuta kross mil-lemin ta’ Bondin, dahal bil-girja Pereira izda xxuttja gholi.
Fit-63 minuta korner ta’ Bartolo ghal Qormi, daqqa ta’ ras ta’ Pereira tghaddi ftit barra.
Fis-67 minuta azzjoni perikoluza ta’ M’Xlokk. Ballun kklerjat qasir mid-difiza ta’ Qormi, gie ghand Lattes li fajjar xutt b’lasta vojta izda sab lil R Sammut isalva bir-ras f’korner, bil-gowler barra minn postu.
Fis-77 minuta skor isir 3-0. Pass ta’ Osagie lejn Chetcuti, xutt li l-gowler Gauci salva parzjalment, ballun ghand JONATHAN BONDIN li kien pront spara fix-xibka.
Fl-84 minuta kross ta’ P Borg fejn kien hemm J Chetcuti li fit-tentattiv biex isalva, kien ghoddu kkommetta awto gowl, izda l-gowler M Farrugia salva b’saqajh biex salva s-sitwazzjoni.
Fid-90 minuta Clyde Brincat tkecca mir-referee ghat-tieni karta safra wara fawl ikrah fuq il-gowler.
Fit-93 minuta MARTIN DEANOV skorja l-gowl tal-bandiera meta dahal mix-xellug u qabbez preciz minn fuq il-gowler Farrugia biex naqqas id-distakk.
QORMI: M Farrugia, Jeffrey Chetcuti, R Sammut, Bartolo, J Farrugia (Cachia 81), Nwoke (Joseph Chetcuti), Mirarchi, Scicluna, Bondin, Pereira, Osagie (C Sammut 84). KOWC: Stephen Azzopardi.
M’XLOKK: Gauci, Mamo, Licari (P Borg 40), Brincat, Eboh, Campagnoli, Raimy, Lattes (Valeriani 81), Kokkavesis (Caruana 78), Obiefule, Deanov. KOWC: Winston Muscat.
PLEJER TAL-LOGHBA: Pereira da Silva Qormi.
REFEREE: Esther Azzopardi.
SKURJAW: Pereira da Silva (Q) 6 min, Joseph Farrugia (Q) 32 min, Jonathan Bondin (Q) 77 min, Martin Deanov (M) 93 min.

| < Prev | Next > |
|---|






